Pajjiżi l-Baxxi

pajjiż fl-Ewropa tal-Punent
(Rindirizzat minn Pajjiżi Baxxi)

L-Olanda, Netherlands, jew il-Pajjiżi l-Baxxi[2] (bl-Olandiż: Nederland) huma pajjiż fl-Ewropa. Aktar minn 17-il miljun ruħ jgħixu fih. Fit-Tramuntana u fil-Punent tan-Netherlands jinsab il-Baħar tat-Tramuntana. Lejn il-Lvant hemm il-Ġermanja u fin-Nofsinhar hemm il-Belġju. In-Netherlands huma wieħed mill-pajjiżi fundaturi tal-Unjoni Ewropea. In-nies li jgħixu fin-Netherlands jissejħu "Olandiżi". Il-lingwa tan-Netherlands hi wkoll imsejħa Olandiż. Il-belt kapitali ewlenija tan-Netherlands hi Amsterdam. Madankollu, dan mhuwiex il-post fejn il-gvern għandu s-sede tiegħu. Il-Kamra tad-Deputati (bl-Olandiż: "Tweede Kamer") tinsab f'Den Haag.

In-Netherlands
(NL) Nederland
In-Netherlands (NL) Nederland – Bandiera In-Netherlands (NL) Nederland – Emblema
Mottu: (FR) "Je maintiendrai"
(NL) "Ik zal handhaven"
(traduzzjoni: "Jien inżomm")
Innu nazzjonali: "Het Wilhelmus"
Fejn jinsabu n-Netherlands (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
Territorji extra-Ewropej tan-Netherlands (aħdar skur) fil-Karibew
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Amsterdam
52°19′N 05°33′E / 52.317°N 5.55°E / 52.317; 5.55

Lingwi uffiċjali Olandiż
Gruppi etniċi  ara Demografija
Gvern Monarkija parlamentari
 -  Re Willem-Alexander
 -  Prim Ministru Mark Rutte
Indipendenza
 -  Mill-Imperu tal-Asburgi wara l-Gwerra tat-Tmenin Sena min-Netherlands 26 ta' Lulju, 1581 (rikonoxximent fit-30 ta' Jannar 1648) 
Sħubija fl-UE 25 ta' Marzu, 19572
Erja
 -  Total 41,848 km2 (135)
16,158 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 18.41
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2016 (stima) 17,016,967 (65)
 -  Densità 409.6/km2 
1,040/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2010
 -  Total $676.895 biljun[1] 
 -  Per capita $40,764[1] 
PGD (nominali) stima tal-2010
 -  Total $783.293 biljun[1] 
 -  Per capita $47,172[1] 
Valuta Ewro ()1 (EUR)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku 31
TLD tal-internet .nl3
1 Qabel l-1999: Fjorin Olandiż
2Membru fundatur.3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea
Organizzazzjoni territorjali
Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Koninkrijk der Nederlanden)
Binnenhof, The Hague, l-Pajjiżi l-Baxxi (Kwartieri ġenerali ta' l-Stati Ġenerali ta' l-Pajjiżi l-Baxxi) (Den Haag Binnenhof)
Mappa tal-erba' pajjiżi kostitwenti murija fuq skala
Palazz tal-Paċi, sede tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja. Hija tinsab f'The Hague.
Palazz tal-Paċi, sede tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja. Hija tinsab f'The Hague.
Tarka ta' l-Stati Ġenerali ta' l-Pajjiżi l-Baxxi

Etimoloġija

immodifika

In-Netherlands jew il-Pajjiżi Baxxi jissejħu hekk għax l-art togħla metru wieħed biss 'il fuq mil-livell tal-baħar. Terz tal-art hija taħt il-livell tal-baħar. In-Netherlands huma msejħin ukoll l-Olanda. L-Olanda jew Holland bl-Olandiż kienet żona rikka ħafna fil-parti tal-Punent tan-Netherlands, u b'hekk sar l-iżball. Xi nies li ma jgħixux fil-parti tal-Punent tan-Netherlands jiddejqu meta n-nies isejħu l-pajjiż bħala l-Olanda. Holland tfisser "art bis-siġar" għaliex ir-reġjun ta' Holland kien miksi bil-foresti.

Fl-aħħar tal-Medjuevu, id-Dukat ta' Bourgogne, li issa sar parti minn Franza, kien jiġbor fih sbatax-il reġjun. Dawk iż-żoni kienu jissejħu n-Netherlands. Meta bint Duka iżżewwġet ir-re ta' Spanja, in-Netherlands saru parti minn Spanja. Fis-seklu 16 ħafna mill-Olandiżi saru Protestanti. Ir-re ta' Spanja ma ħax pjaċir u ried l-Olandiżi kollha jkunu Kattoliċi. Iddeċieda li l-Protestanti kollha għandhom jinqatlu. Naturalment il-poplu Olandiż ma għoġbitux din id-deċiżjoni, u fl-1568 bdiet gwerra kontra Spanja. Il-gwerra damet sal-1648, u għalhekk tissejjaħ il-Gwerra ta’ Tmenin Sena. Il-mexxej importanti tal-Olandiżi f'din l-gwerra kien Willem van Oranje imsejjaħ ukoll Guliermu s-Sieket.

 
Joannes van Deutecum - Leo Belgicus 1650 - published by Claes Jansz Visscher Amsterdam

Fl-1648, in-Netherlands u Spanja ffirmaw trattat ta' paċi. Il-poplu Olandiż seta' jżomm l-art kollha li kien rebaħ. Il-parti tan-Netherlands li ma kinux rebħu l-Olandiżi baqgħet parti minn Spanja. Aktar tard din il-parti saret il-Belġju.

Meta n-Netherlands saru indipendenti, kienu pajjiż speċjali ħafna. Dak iż-żmien kważi l-pajjiżi kollha tal-Ewropa kienu ggvernati minn re, iżda n-Netherlands ma kinux. In-Netherlands kienu magħmulin minn seba' provinċji, li kienu mmexxija mill-bliet il-kbar. Il-bliet kienu ggvernati mill-muniċipju li kien magħmul minn ċittadini għonja. Flimkien dawn il-provinċji kienu ggvernati minn stadtholder, li għalkemm kellu ħafna qawwa, imqabbel mar-rejiet tal-pajjiżi Ewropej l-oħra kellu ħafna inqas poter. Fis-seklu 17, in-Netherlands kienu l-aktar pajjiż għani u wieħed mill-aktar pajjiżi qawwijin fid-dinja. Għalhekk l-Olandiżi jsejħu s-seklu 17 bħala l-Età tad-Deheb. Huma kellhom artijiet madwar id-dinja. L-art l-aktar importanti kienet l-Indji tal-Lvant, li llum sar l-Indoneżja. L-Olandiżi waqqfu ukoll il-Belt ta' New York, li kienu jsejħulha Amsterdam il-Ġdida. L-Amerikani nattivi kienu jseħu din iż-żona Manhattan u fl-1628 huma bigħuha lill-Olandiżi għal 60 Gilder. In-Netherlands ġġieldu ħafna gwerer kontra pajjiżi oħra Ewropej, speċjalment kontra l-Ingilterra. Michiel de Ruyter, ammirall Olandiż, sar eroj Olandiż meta għeleb il-flotta Ingliża qrib Londra.

Fis-seklu 18, in-Netherlands ftaqru. Ħafna nies ħasbu li dan kien it-tort tal-istadtholders. Ħafna ħasbu li kellhom wisq poter u riedu jeħilsu minnhom. Fl-1789, il-poplu Franċiż neħħa r-re tiegħu. L-armati Franċiżi attakkaw pajjiżi oħra biex ineħħu l-mexxejja tagħhom ukoll. Fl-1795 dawn attakkaw in-Netherlands. L-istadtholder Guliermu V kellu jaħrab lejn l-Ingilterra. In-Netherlands ingħataw isem ġdid, ir-Repubblika Batavjana, u saru demokrazija. Iżda l-Franċiżi ma kinux kuntenti bil-mexxej Olandiż, u allura fl-1806 l-imperatur Franċiż Napuljun għamel lil ħuh Louis Bonaparte re tan-Netherlands. Louis sar popolari fin-Netherlands, iżda l-imperatur għal darb'oħra ma kienx kuntent bih, u minħabba dan fl-1810 in-Netherlands saru parti minn Franza.

Fl-1815, Napuljun ġie megħlub, u n-Netherlands reġgħu saru indipendenti. Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej ħasbu li kienet idea tajba li jagħmlu n-Netherlands aktar b'saħħithom, biex ikunu kapaċi jirreżistu invażjoni oħra Franċiża. Għalhekk il-Belġju u l-Lussemburgu ġew miżjuda man-Netherlands. Ir-re Guliermu, bin l-istadtholder Guliermu V, sar re. Il-Belġjani ma kinux kuntenti bir-re Olandiż u fl-1830 dawn irribellaw. Guliermu bagħat armata u inizjalment il-qawwa tiegħu kienet aqwa ħafna mill-Belġjani, iżda wara għaxart ijiem il-Franċiżi bagħtu armata biex jgħinuhom. Fl-1831, il-Belġjani għażlu re għalihom, u l-Belġju sar pajjiż indipendenti.

Xi nies ħasbu li r-re Olandiż kellu wisq poter. Riedu li jagħtuh inqas qawwa u jivvutaw għall-gvern huma infushom. Fl-1848, kien hemm irvelli vjolenti kontra r-rejiet ta' bosta pajjiżi Ewropej. Ir-re Olandiż beża' li ħa jiġri l-istess fin-Netherlands. Għalhekk ħalla lil Johan Rudolf Thorbecke jikteb kostituzzjoni. Minn dak iż-żmien in-nies setgħu jivvutaw. Għall-ewwel l-irġiel għonja biss setgħu jivvutaw. Mill-1919, kulħadd seta' jivvota.

Fl-Ewwel Gwerra Dinjija, in-Netherlands ma ħadux sehem fi gwerer. L-Olandiżi riedu jibqgħu newtrali fit-Tieni Gwerra Dinja wkoll, imma fl-1940 il-pajjiż ġie invadut u okkupat mill-Ġermanja. Bħal fil-pajjiżi l-oħra li kienu okkupaw, il-Ġermaniżi bdew joqtlu l-Lhud. Anne Frank kienet tifla Lhudija li għexet fin-Netherlands. Hija mietet f' kamp ta' konċentrament Ġermaniż. Meta hi u l-familja tagħha kienu qed jistaħbew mill-Ġermaniżi, kitbet djarju. Wara l-gwerra d-djarju tagħha sar famuż ħafna. Fl-1944, l-armata Amerikana, Kanadiża, Pollakka u Brittanika lliberat in-Nofsinhar tan-Netherlands mill-Ġermaniżi. Riedu jaqsmu x-xmara Renu sabiex jilliberaw il-bqija tal-pajjiż, iżda ġew megħluba mill-Ġermaniżi. Ħa sa Mejju 1945 qabel ma l-pajjiż kollu ġie lliberat. Matul il-ħames snin tal-okkupazzjoni Ġermaniża, mietu 250,000 ruħ fin-Netherlands.

Ftit wara l-gwerra, l-Indoneżja ddikjarat l-indipendenza. L-Olandiżi bagħtu s-suldati l-Indoneżja. Matul il-gwerra l-Olandiż irrealizzaw kif iħossuhom dawk li jkunu okkupati minn pajjiż ieħor, għalhekk xi nies ħasbu li l-Olandiżi ma kellhomx jagħmlu l-istess lill-Indoneżjani. Wara, pajjiżi oħra inklużi l-Istati Uniti, qalu lill-Olandiżi biex jitilqu mill-Indoneżja, xi ħaġa li finalment ġrat fl-1949.

Wara l-gwerra, in-Netherlands saru wieħed mill-iktar pajjiżi għonja fid-dinja. Fl-2004, il-Ġnus Magħquda qalu li n-Netherlands kienu l-ħames l-aħjar pajjiż biex wieħed jgħix fih.

Politika

immodifika

In-Netherlands huma monarkija kostituzzjonali. Dan ifisser li l-pajjiż għandu re jew reġina, iżda l-veru poter hu f'idejn il-parlament, magħżul mill-poplu Olandiż. In-nies Olandiżi kollha li għandhom 18-il sena jew aktar jistgħu jivvutaw. Issir elezzjoni kull erba' snin. Wara l-elezzjonijiet, il-partiti li jġibu l-maġġoranza tal-voti joħolqu kabinett. Il-kabinett jikkonsisti minn Prim Ministru u bosta ministri.

Dawn li ġejjin huma l-partiti politiċi fil-parlament:

  • CDA, l-Appell Nisrani-Demokratiku. Is-CDA huwa r-raba' l-ikbar partit. Il-membri tas-CDA huma fil-parti l-kbira Insara. Il-Prim Ministru ta' qabel, Jan Peter Balkenende, huwa membru tas-CDA.
  • PvdA, il-Partit tal-Ħaddiema. Il-PvdA huwa partit Soċjal-Demokratiku. Hu t-tieni l-akbar partit.
  • VVD, il-Partit Popolari għal-Libertà u d-Demokrazija. Il-VVD hu partit liberali u l-akbar partit. Il-Prim Ministru li hemm issa, Mark Rutte hu membru tal-VVD.
  • SP, il-Partit Soċjalista. L-SP kien partit Komunista, iżda issa hu partit soċjalista.
  • GroenLinks, ix-Xellug Ħadrani. GroenLinks huwa parit soċjal-demokratiku li jagħti attenzjoni speċjali lill-ambjent.
  • D66, id-Demokratiċi 66. Id-D66 twaqqaf fl-1966. Bħall-VVD, hu partit liberali iżda d-D66 hu aktar progressiv mill-VVD.
  • ChristenUnie, l-Unjoni Nisranija. ChristenUnie hu partit Nisrani.
  • PVV, il-Partit għal-Libertà. Dan huwa partit konservattiv ħafna tal-Lemin u t-tielet l-akbar partit.
  • Partij voor de Dieren, il-Partit għall-Annimali. Huwa partit għad-drittijiet tal-annimali.
  • PST. Il-PST hu partit Nisrani konservattiv ħafna.

In-Netherlands huma magħrufin għat-tolleranza fil-politika. In-Netherlands huma pajjiż fejn id-drogi ħfief mhumiex kompletament meqjusin illegali. Barra minn hekk, in-Netherlands huma wieħed mill-pajjiżi li jippermettu ż-żwieġ bejn żewġ persuni tal-istess ġeneru, l-ewtanażja u l-prostituzzjoni legali.

Minħabba li huma minn tal-ewwel demokraziji parlamentari, in-Netherlands kienu pajjiż modern sa mit-twaqqif tagħhom. Fost affiljazzjonijiet oħrajn, il-pajjiż huwa membru fundatur tal-Unjoni Ewropea (UE), in-NATO, l-OECD, id-WTO u ffirma wkoll il-Protokoll ta' Kyoto. Flimkien mal-Belġju u mal-Lussemburgu, jagħmlu parti mill-unjoni ekonomika tal-Benelux. Il-pajjiż jilqa' fi ħdanu ħames qrati internazzjonali: il-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Eks Jugożlavja, il-Qorti Kriminali Internazzjonali u t-Tribunal Speċjali għal-Libanu. L-ewwel erbgħa jinsabu f'Den Haag bħalma tinsab l-aġenzija tal-intelliġenza kriminali tal-UE, Europol. Għalhekk, li din il-belt ġiet imsejħa "l-kapitali legali tad-dinja".

Provinċji

immodifika
 
Mappa tan-Netherlands

Fin-Netherlands hemm 12-il provinċja:

Bandiera Provinċja Belt Kapitali L-akbar belt Erja (km2) Popolazzjoni[4] Densità
(per km2)
  Drenthe Assen Assen 2,641 486,197 184
  Flevoland Lelystad Almere 1,417 374,424 264
  Friesland Leeuwarden Leeuwarden 3,341 642,209 192
  Gelderland Arnhem Nijmegen 4,971 1,979,059 398
  Groningen Groningen Groningen 2,333 573,614 246
  Limburg Maastricht Maastricht 2,150 1,127,805 525
  Noord Brabant Den Bosch Eindhoven 4,916 2,419,042 492
  Noord Holland Haarlem Amsterdam 2,671 2,613,070 978
  Overijssel Zwolle Enschede 3,325 1,116,374 336
  Utrecht Utrecht Utrecht 1,385 1,190,604 860
  Zeeland Middelburg Middelburg 1,787 380,497 213
  Zuid Holland L-Aja
(Den Haag)
Rotterdam 2,814 3,455,097 1228

Hemm ukoll tliet muniċipji speċjali li huma territorji extra-Ewropej tan-Netherlands fil-Karibew:

Bandiera Provinċja Belt Kapitali L-akbar belt Erja (km2) Popolazzjoni Densità
(per km2)
  Bonaire Kralendijk Kralendijk 288 17,408 60
  Saba The Bottom The Bottom 13 1,991 153
  Sint Eustatius Oranjestad Oranjestad 21 3,897 186

Minbarra dawn Aruba, Curaçao u Sint Maarten huma wkoll parti mir-Renju tan-Netherlands.

Ġeografija

immodifika
 
Pajjiżi l-Baxxi 5500 QK

Fil-fatt, il-biċċa l-kbira tan-Netherlands inħolqu mir-ramel li kaxkru l-ħafna xmajjar li jgħaddu minnha. L-iżjed importanti fosthom huma r-Renu, il-Maas, l-Ijssel u s-Scelt. Ħafna mill-art tan-Netherlands tinsab taħt il-livell tal-baħar. Madankollu, l-Olandiżi nixxfu ħafna lagi u partijiet fejn kien hemm il-baħar biex joħolqu dawk li jgħidulhom polders. Għalhekk għandhom dan il-qawl "Alla ħoloq id-dinja, iżda l-Olandiżi ħolqu n-Netherlands". Minħabba dan, in-Netherlands għandhom art ċatta ħafna. Fix-Xlokk nett tan-Netherlands, f'Limburg, hemm xi għoljiet. Għalhekk, dan ir-reġjun hu attrazzjoni turistika għal ħafna Olandiżi. L-ogħla punt fin-Netherlands, Vaalserberg, huwa 321 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.

Total tal-Pajjiżi l-Baxxi: 1,053 km, pajjiżi tal-fruntiera (2): il-Belġju 478 km; Ġermanja 575 km. Hemm ukoll 16-il km bejn il-komun Franċiż barra minn xtutna ta' Saint Martin 16-il km u n-nazzjon separat tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ta' Sint Maarten.

Idrografija

immodifika
 
Id-distributuri tar-Rhine bil-persentaġġ ta' ilma li jbattu
 
Mitħna fil-Pajjiżi l-Baxxi

In-Netherlands huma pajjiż żgħir, imma hemm ħafna nies li jgħixu hemmhekk. Huma wieħed mill-pajjiżi bl-ogħla densità tal-popolazzjoni fid-dinja.

Il-biċċa l-kbira tan-nies fin-Netherlands jitkellmu bl-Olandiż. Fi Friesland madwar 200,000 ruħ jitkellmu l-Friżjan. Xi Olandiżi jitkellmu bid-djaletti. Id-djaletti Sassoni mitkellma fil-parti tal-Grigal tan-Netherlands huma pjuttost simili għad-djaletti Ġermaniżi tan-Nofsinhar.

Skont stħarriġ magħmul fl-2006, 25 % tal-poplu Olandiż huma Nsara u 3 % jemmnu f'xi reliġjon organizzata oħra, bħall-Ġudaiżmu, l-Iżlam jew l-Induiżmu, eċċ., filwaqt li 26 % għandhom twemmin spiritwali mhux marbut ma' reliġjon. L-44 % l-oħra mhumiex reliġjużi.

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Fond Monetarju Internazzjonali [1] data ta' aċċess 6 ta' Mejju 2011
  2. ^ Bil-Malti hu magħruf ukoll bħala l-Olanda, però l-isem uffiċjali huwa n-Netherlands, ladarba Olanda jirreferi wkoll għal isem ta' reġjun wieħed tal-istess pajjiż.
  3. ^ a b [2] Regionale Kerncijfers Nederland 2007
  4. ^ [3] Bevolking per regio naar leeftijd, geslacht en burgerlijke staat 2007