Luang Prabang
Luang Phabang (bil-Lao: ຫລວງພະບາງ/ຫຼວງພະບາງ) jew Louangphabang (pronunzjata [lǔaŋ pʰāʔ.bàːŋ]), spiss trażlitterata bil-lingwi tal-Punent skont l-ortografija tal-Lao ta' qabel l-1975 ຫຼວງພຣະບາງ (ຣ = r li ma titlissinx) bħala Luang Prabang, li litteralment tfisser "Xbiha Rjali tal-Buddha", hija belt fit-Tramuntana tal-Laos ċentrali, li tikkonsisti minn 58 villaġġ biswit xulxin, li minnhom 33 villaġġ jiffurmaw is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO ta' Luang Prabang.[1] Is-sit tniżżel fl-1995 għall-wirt arkitettoniku, reliġjuż u kulturali uniku u tassew ippreservat, bħala taħlita tal-iżviluppi rurali u urbani matul is-sekli, fosthom l-influwenzi kolonjali Franċiżi matul is-sekli 19 u 20.
Luang Prabang | |
---|---|
Laos | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Laos |
Province of Laos | Provinċja ta' Luang Prabang |
Ismijiet oriġinali | ຫຼວງ ພະບາງ |
Kodiċi postali |
06000 |
Ġeografija | |
Koordinati | 19°53′24″N 102°08′05″E / 19.89°N 102.1347°EKoordinati: 19°53′24″N 102°08′05″E / 19.89°N 102.1347°E |
Lua error in Module:Location_map at line 485: Unable to find the specified location map definition: "Module:Location map/data/Laos" does not exist. | |
Superfiċjenti | 820 hectare, 12,560 hectare |
Għoli | 305 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 53,792 abitanti (2012) |
Informazzjoni oħra | |
Kodiċi tat-telefon |
071 |
bliet ġemellati | Chengdu |
tourismluangprabang.org |
Iċ-ċentru tal-belt jikkonsisti minn erba' toroq prinċipali u jinsab f'peniżola fil-konfluwenza tax-xmajjar Nam Khan u Mekong. Luang Prabang hija magħrufa sew għad-diversi tempji u monasteri Buddisti tagħha. Kull filgħodu, mijiet ta' patrijiet mid-diversi monasteri jimxu tul it-toroq biex jittalbu għall-ikel. Waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-belt hija l-Għolja ta' Phou Si; għolja kbira u wieqfa li minkejja l-iskala mdaqqsa tal-belt, hija għolja 150 metru (490 pied); taraġ wieqaf jagħti għas-santwarju ta' Wat Chom Si b'veduta panoramika tal-belt u tax-xmajjar.[2][3]
Il-belt fl-imgħoddi kienet il-belt kapitali ta' renju tal-istess isem. Kienet magħrufa wkoll bl-isem tal-qedem ta' Xieng Thong.[4] Kienet il-belt kapitali rjali u s-sede tal-gvern tar-Renju tal-Laos, sal-ħakma tal-poter tal-Pathet Lao fl-1975. Il-belt tagħmel parti mid-Distrett ta' Luang Prabang tal-Provinċja ta' Luang Prabang u hija l-belt kapitali u ċ-ċentru amministrattiv tal-provinċja. Tinsab bejn wieħed u ieħor 300 kilometru (190 mil) fit-Tramuntana tal-belt kapitali tal-Laos Vientiane. Attwalment, il-popolazzjoni tal-belt kollha tlaħħaq madwar 56,000 abitant, filwaqt li l-qalba protetta tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO għandha popolazzjoni ta' madwar 24,000 ruħ.[5][6]
Storja
immodifikaRenji tal-bliet-stati tad-Dvaravati
immodifikaSas-seklu 6 fil-wied tax-xmara Chao Phraya, il-poplu Mon kien issaħħaħ biex joħloq ir-renji tad-Dvaravati. Fit-Tramuntana, il-Haripunjaya (Lamphun) feġġew bħala setgħa rivali għad-Dvaravati. Sas-seklu 8, il-poplu Mon kien espanda lejn it-Tramuntana u ħoloq il-bliet-stati, f'Fa Daet (attwalment Kalasin, fil-Grigal tat-Tajlandja), f'Sri Gotapura (Sikhottabong) qrib dik li attwalment hija magħrufa bħala Tha Khek, il-Laos, f'Muang Sua (Luang Prabang), u f'Chantaburi (Vientiane). Fis-seklu 8 W.K., Sri Gotapura (Sikhottabong) kienet l-iżjed b'saħħitha fost dawn il-bliet-stati bikrin, u kienet tikkontrolla l-kummerċ tul in-naħa tan-nofs tax-xmara Mekong. Il-bliet-stati ma tantx kellhom rabta politika sfiqa, iżda kulturalment kienu simili u introduċew il-Buddiżmu Therevada mill-missjunarji tas-Sri Lanka fir-reġjun kollu.[7][8]
Perjodu ta' Lan Xang
immodifikaXieng Dong Xieng Thong esperjenzat perjodu qasir taħt il-Khmer immexxija minn Jayavarman VII mill-1185 sal-1191. Madankollu, sal-1180 is-Sipsong Panna kienu reġgħu kisbu l-indipendenza tagħhom mill-Khmer, u fl-1238 rewwixta interna fl-istazzjonament tal-Khmer f'Sukhothai keċċiet il-mexxejja tal-Khmer. Xieng Dong Xieng Thong fl-1353 saret il-belt kapitali tar-renju ta' Lan Xang. Fl-1359, ir-re Khmer minn Angkor ta Phra Bang lil ibnu tar-rispett, l-ewwel monarka ta' Lan Xang, Fa Ngum (1353–1373); sabiex tiġi pprovduta l-leġittimità Buddista kemm lir-renju ta' Fa Ngum u bħala estensjoni lis-sovranità tal-Laos, il-Buddiżmu Theravada nfirex fir-renju l-ġdid. Il-belt kapitali bdiet tissejjaħ Luangphabang, f'ġieħ xbieha rjali tal-Buddha. Luang Prabang għal żmien qasir ġiet okkupata mill-qawwiet tal-Vjetnam matul l-ispedizzjoni tal-Imperatur Lê Thánh Tông fl-1478–1480 kontra Lan Xang u Lanna. Il-belt kapitali ġiet ittrasferita lejn Vientiane fl-1560 mir-Re Setthathirath I, u baqgħet il-belt kapitali sa llum il-ġurnata.[9]
Fl-1707, Lan Xang sfaxxat minħabba taqbida dinastika u Luang Prabang saret il-belt kapitali tar-Renju indipendenti ta' Luang Phrabang. Meta Franza annettiet lil Laos, il-Franċiżi rrikonoxxew lil Luang Prabang bħala r-residenza rjali tal-Laos. Eventwalment, il-mexxej ta' Luang Prabang sar sinonimu mal-figura ewlenija tal-Laos. Meta l-Laos kisbet l-indipendenza, ir-re ta' Luang Prabang, Sisavang Vong, sar il-kap tal-istat tar-Renju tal-Laos.[10]
Tieni Gwerra Dinjija
immodifikaMatul it-Tieni Gwerra Dinjija fil-belt seħħew bosta avvenimenti u wara l-gwerra ġiet okkupata minn diversi pajjiżi barranin (Franza ta' Vichy, it-Tajlandja, il-Ġappun Imperjali, Franza Ħielsa u ċ-Ċina Nazzjonalista). Inizjalment il-Franċiżi ta' Vichy kellhom il-kontroll tal-belt iżda tilfuha kontra l-qawwiet Tajlandiżi wara l-Gwerra bejn il-Franċiżi u t-Tajlandiżi tal-1940–1941. Fid-9 ta' Marzu 1945, grupp nazzjonalist iddikjara lil-Laos indipendenti mill-ġdid, b'Luang Prabang bħala l-belt kapitali tal-pajjiż, iżda fis-7 ta' April 1945 żewġ battaljuni ta' truppi Ġappuniżi okkupaw il-belt. Il-Ġappuniżi ppruvaw jobbligaw lil Sisavang Vong (ir-Re ta' Luang Prabang) jiddikjara l-indipendenza tal-Laos iżda fit-8 ta' April minflok huwa ddikjara t-tmiem tal-istatus tal-Laos bħala protettorat Franċiż. Imbagħad ir-re minn taħt bagħat lill-Prinċep Kindavong biex jirrappreżenta lil-Laos mal-Forzi Alleati u lil Sisavang Vatthana bħala rappreżentant mal-Ġappuniżi. Wara li l-Ġappuniżi arrendew kontra l-Alleati, qawwiet ta' Franza Ħielsa ntbagħtu biex jerġgħu jokkupaw lil-Laos u daħlu f'Luang Prabang fil-25 ta' Awwissu. Dak iż-żmien ir-re żgura lill-Franċiżi li l-Laos kien se jibqa' protettorat kolonjali Franċiż. F'Settembru, il-qawwiet nazzjonalisti Ċiniżi waslu u l-qawwiet Ġappuniżi arrendew, iżda l-qawwiet Ċiniżi minnufih bdew jixtru l-għelejjel tal-loppju tal-Laos.[11]
Gwerra Ċivili tal-Laos
immodifikaF'April u f'Mejju 1946, il-Franċiżi ppruvaw jerġgħu jaħtfu lil-Laos bl-użu ta' paratruppi biex jerġgħu jieħdu l-kontroll ta' Vientiane u ta' Luang Prabang u jkeċċu lill-ministri ta' Phetsarath u ta' Issara 'l barra mil-Laos u lejn it-Tajlandja u l-Vjetnam. Matul l-Ewwel Gwerra tal-Indoċina, il-qawwiet ta' Viet Minh u ta' Pathet Lao ppruvaw jaħtfu l-belt diversi drabi fl-1953 u fl-1954, iżda ma tħallewx mill-qawwiet Franċiżi. Matul il-Gwerra Ċivili tal-Laos tas-snin 50, 60 u 70 tas-seklu 20, bażi tal-ajru Amerikana sigrieta ġiet stabbilita f'Luang Prabang fejn seħħ ħafna ġlied. Luang Prabang baqgħet il-belt kapitali rjali sal-1975, meta l-qawwiet Komunisti ta' Pathet Lao ħatfu l-poter bl-appoġġ tat-Tramuntana tal-Vjetnam u xoljew il-monarkija.[12]
Luang Prabang tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995 fid-dawl tal-wirt arkitettoniku, reliġjuż u kulturali ppreservat sew tagħha.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaLuang Prabang ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]
Monarki ta' Luang Prabang
immodifika- Khun Lo, is-sinjur tal-gwerer li stabbilixxa l-belt;
- Fa Ngum, il-prinċep ta' Luang Prabang li stabbilixxa Lan Xang;
- Oun Kham, ir-re li rrenja taħt il-Franċiżi;
- Kham Souk (Zakarine), ir-re li rrenja taħt il-Franċiżi u li ta spinta għall-indipendenza;
- Sisavang Vong, re li rrenja taħt il-Franċiżi, u li meta Franza tat l-indipendenza lil-Laos, sar ir-re tal-pajjiż kollu.
Turiżmu
immodifikaLuang Prabang għandha siti kemm naturali kif ukoll storiċi. Fost is-siti turistiċi naturali hemm il-Kaskati ta' Kuang Si, il-Kaskati ta' Tat Sae u l-Għerien ta' Pak Ou. F'xi siti jiġu organizzati mawriet tal-irkib tal-iljunfanti wkoll. Phou Si, fiċ-ċentru tal-belt, toffri veduti panoramiċi tal-belt u tas-sistemi tax-xmajjar, u hija post popolari fejn wieħed igawdi nżul ix-xemx fuq ix-xmara Mekong. Fl-aħħar tat-triq prinċipali ta' Luang Prabang jiġi organizzat suq ta' billejl b'bankarelli li jbigħu ħwejjeġ, brazzuletti u tifkiriet turistiċi oħra. Il-Mużew tal-Palazz Irjali ta' Haw Kham u t-tempju ta' Wat Xieng Thong huma fost l-iżjed siti storiċi magħrufa. Il-belt, b'mod partikolari t-triq prinċipali, mimlija b'tempji iżgħar bħal Wat Hosian Voravihane. Kull filgħodu mas-sebħ, il-patrijiet jimxu f'purċissjoni tul it-toroq u jaċċettaw l-ikel kollu li jiġi offrut mir-residenti lokali, li sar avveniment popolari anke mat-turisti. L-irkib tar-roti fuq l-imħarbat huwa pjuttost komuni wkoll, b'mawriet ta' jum madwar il-belt jew sal-kaskati. 'L isfel mix-xmara Mekong, b'mawra ta' 15-il minuta miċ-ċentru tal-belt, Ban Chan (il-villaġġ tal-oġġetti tal-fuħħar) huwa post notevoli ieħor. Luang Prabang ingħatat it-titlu ta' "L-Aqwa Belt" fil-Premjijiet tal-Ivvjaġġar tal-2015.
Gastronomija
immodifikaLuang Prabang għandha storja artistika u gastronomika rikka u l-koki tal-belt kienu impjegati mir-re fl-imgħoddi. Fost il-platti tipiċi lokali hemm: l-Or lam (O-lam, l-iżjed ikla popolari fost iċ-ċittadini ta' Luang Prabang), iz-zalzett ta' Luang Prabang, il-Mokpa (ħut imsajjar bl-istim), u l-Kaipen magħmul minn muski tax-xmara Mekong (servuti mogħqlijin) flimkien mal-Jeow Bong famuż ta' Luang Prabang.
Trasport
immodifikaAjru
immodifikaLuang Prabang hija moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Luang Prabang b'titjiriet internazzjonali f'kull ħin.
Toroq
immodifikaLuang Prabang hija kkollegata mar-Rotta Nru 13, li tikkollega Vang Vieng u Vientiane man-Nofsinhar, u Boten fit-Tramuntana. It-triq hija pavimentata, għalkemm hemm xi ħofor 'l hemm u 'l hawn. Mill-2014, triq ġdida tikkollega lil Kasi (qrib Vang Vieng) ma' Luang Prabang, b'vjaġġ ta' madwar 3 sigħat (minflok 5 sigħat bir-Rotta Nru 13). Diversi karozzi tal-linja joperaw minn Vientiane għal Luang Prabang, u jdumu 11–13-il siegħa.
It-triq minn Huay Xai għal Luang Prabang ma tantx hija miżmuma u mdawla sew, hija remota u hija pjuttost perikoluża għal min mhux daqshekk midħla tagħha, b'mod partikolari fl-istaġun tax-xita. Il-karozzi tal-linja jagħmlu din ir-rotta regolarment u jdumu 14–16-il siegħa.
Jekk wieħed ikun ġej mill-Vjetnam, hemm karozzi tal-linja li joperaw billejl u li wieħed jista' jorqod fihom, u wieħed jista' jaqbadhom minn Hanoi għal Luang Prabang jew għal Vang Vieng.
Passaġġi fuq l-ilma
immodifikaIx-xmara Mekong stess hija modalità importanti tat-trasport. F'Chiang Khong wieħed jista' jaqbad barkun biex jaqsam minn naħa għall-oħra tax-xmara. Vjaġġ minn Huay Xai, it-Tajlandja, 'l isfel lejn Luang Prabang idum jumejn b'dgħajsa li timxi bil-mod, b'waqfa tipika f'Pakbeng.
Ferroviji
immodifikaMinn Diċembru 2021, Luang Prabang hija moqdija b'linja ferrovjarja ta' veloċità għolja minn Vientiane għal Boten. Il-linja ferrovjarja tgħaddi b'mod parallel mar-Rotta Nru 13, u sservi bħala l-ewwel linja ferrovjarja ewlenija tal-Laos mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, minn Boten fil-fruntiera maċ-Ċina fit-Tramuntana sa Vientiane fin-Nofsinhar. Il-vjaġġ kollu jdum inqas minn 3 sigħat bil-ferrovija minflok 3 ijiem bit-triq.
Fil-belt hemm skola internazzjonali Franċiża li jisimha École Francophone de Luang Prabang.
Klima
immodifikaLuang Prabang għandha klima pluvjali tropikali li talterna ma' klima niexfa (Aw skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). Filwaqt li l-belt tkun ġeneralment sħuna ħafna matul is-sena kollha, tkun ferm iktar friska f'Diċembru u f'Jannar. Luang Prabang tesperjenza wkoll staġun bix-xita minn April sa Ottubru u staġun bin-nixfa matul ix-xhur l-oħra. Il-belt kull sena jkollha preċipitazzjoni ta' madwar 1,450 millimetru (57 pulzier).
Data klimatika Luang Prabang, f'elevazzjoni ta' 305 metri, temp. fl-1991–2020 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord °C (°F) | 39.4 (102.9) |
39.5 (103.1) |
41.0 (105.8) |
44.8 (112.6) |
44.0 (111.2) |
40.0 (104.0) |
39.0 (102.2) |
40.0 (104.0) |
38.0 (100.4) |
38.6 (101.5) |
36.3 (97.3) |
36.3 (97.3) |
44.8 (112.6) |
Medja massima kuljum °C (°F) | 28.4 (83.1) |
31.7 (89.1) |
34.1 (93.4) |
35.2 (95.4) |
34.6 (94.3) |
33.5 (92.3) |
32.2 (90.0) |
32.0 (89.6) |
32.5 (90.5) |
31.9 (89.4) |
29.9 (85.8) |
27.4 (81.3) |
32.0 (89.6) |
Medja kuljum °C (°F) | 19.8 (67.6) |
22.1 (71.8) |
25.2 (77.4) |
27.5 (81.5) |
27.9 (82.2) |
27.9 (82.2) |
27.1 (80.8) |
26.9 (80.4) |
26.8 (80.2) |
25.4 (77.7) |
22.5 (72.5) |
19.7 (67.5) |
24.9 (76.8) |
Medja minima kuljum °C (°F) | 14.7 (58.5) |
15.3 (59.5) |
18.3 (64.9) |
21.6 (70.9) |
23.3 (73.9) |
24.1 (75.4) |
24.0 (75.2) |
23.8 (74.8) |
23.2 (73.8) |
21.4 (70.5) |
18.1 (64.6) |
15.0 (59.0) |
20.2 (68.4) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | 0.8 (33.4) |
8.0 (46.4) |
9.8 (49.6) |
13.2 (55.8) |
17.0 (62.6) |
14.0 (57.2) |
19.2 (66.6) |
14.0 (57.2) |
10.8 (51.4) |
12.5 (54.5) |
6.0 (42.8) |
4.3 (39.7) |
0.8 (33.4) |
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) | 17.1 (0.67) |
11.7 (0.46) |
51.9 (2.04) |
102.2 (4.02) |
160.6 (6.32) |
199.9 (7.87) |
283.2 (11.15) |
329.4 (12.97) |
176.7 (6.96) |
87.1 (3.43) |
26.9 (1.06) |
25.6 (1.01) |
1,472.2 (57.96) |
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 2 | 1 | 5 | 9 | 14 | 15 | 20 | 21 | 15 | 7 | 3 | 2 | 114 |
Medja tal-umdità relattiva (%) | 82 | 77 | 74 | 76 | 81 | 85 | 87 | 89 | 87 | 86 | 84 | 85 | 82.8 |
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx | 175.5 | 193.6 | 174.3 | 185.3 | 184.0 | 131.7 | 106.8 | 119.1 | 158.5 | 185.0 | 169.4 | 168.2 | 1,951.4 |
Sors 1: World Meteorological Organization | |||||||||||||
Sors 2: NOAA |
Ġemellaġġ
immodifikaLuang Prabang hija ġemellata ma':
- Bagan, il-Myanmar/Burma (2009);
- Chengdu, iċ-Ċina (2017).
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d "Luang Prabang - UNESCO". whc.unesco.org.
- ^ Cavendish, Marshall (Settembru 2007). World and Its Peoples: Eastern and Southern Asia. Marshall Cavendish Corporation. pp. 798–799. ISBN 978-0-7614-7639-9. p. 809.
- ^ Daniel White (it-28 ta' Jannar 2010). Frommer's Cambodia and Laos. John Wiley & Sons. pp. 270–. ISBN 978-0-470-61583-6.
- ^ "Thai to English dictionary, translation and transliteration". www.thai2english.com. Miġbur 2024-10-07.
- ^ Promkerd, Prasartthong; Khoprasert, Yuvaluk; Virathavone, Phongthep; Thoummabouth, Manivone; Sirisak, Ouane; Jäkel, Thomas (1 March 2008). "Factors explaining the abundance of rodents in the city of Luang Prabang, Lao PDR, as revealed by field and household surveys". Integrative Zoology. 3 (1): 11–20. doi:10.1111/j.1749-4877.2008.00069.x. ISSN 1749-4877. PMID 21396046.
- ^ "Overview". web.archive.org. 2016-04-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-04-19. Miġbur 2024-10-07.
- ^ "THE MON AND KHMER KINGDOMS". web.archive.org. 2021-09-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-09-24. Miġbur 2024-10-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Kislenko, Arne (2009), Culture and Customs of Laos, Bloomsbury Academic, p. 19, ISBN 9780313339776.
- ^ Manlch, M.L. (1967) History of Laos, pp. 126–129.
- ^ "Promoting Conservation through ICT: Luang Prabang". globalurban.org. Miġbur 2024-10-07.
- ^ "Laos : Country Studies - Federal Research Division, Library of Congress". web.archive.org. 2015-07-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-07-21. Miġbur 2024-10-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ At War in the Shadow of Vietnam: U.S. Military Aid to the Royal Lao Government, 1955 – 1975. pp. 9–10.