Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Perù
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Perù rratifika l-Konvenzjoni fl-24 ta' Frar 1982, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Perù għandu tlettax-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, disa' kulturali, tnejn naturali u tnejn imħallta. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Perù żdiedu fl-1983: il-Belt ta' Cuzco u s-Santwarju Storiku ta' Machu Picchu. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Perù huwa l-Kumpless Arkeoastronomiku ta' Chankillo, fl-2021.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Qhapaq Ñan, Sistema tat-Toroq tal-Inka* | il-Perù il-Bolivja l-Arġentina iċ-Ċili | kulturali: (ii), (iii), (iv), (vi) | 11,407 (28,190) | 2014 | Dan is-sit huwa network estensiv ta' toroq tal-Inka għall-komunikazzjoni, għall-kummerċ u għad-difiża, li jkopri 30,000 kilometru. Dan in-network straordinarju nbena mill-Inka matul diversi sekli u huwa parzjalment ibbażat fuq infrastruttura ta' qabel l-Inka. In-network jgħaddi minn wieħed mit-territorji ġeografiċi l-iktar imħarbta tad-dinja u jikkollega l-qċaċet miksijin bil-borra tal-Andes – f'altitudni ta' iktar minn 6,000 metru – mal-kosta. Jgħaddi minn foresti tropikali sħan, widien għammiela u deżerti. In-network laħaq l-espansjoni massima fis-seklu 15, meta nfirex fit-tul u fil-wisa' tal-Andes. Is-sit fih 273 komponent mifruxa fuq iktar minn 6,000 kilometru li ntgħażlu biex jiġu enfasizzati l-kisbiet soċjali, politiċi, arkitettoniċi u tal-inġinerija tan-network, flimkien mal-infrastruttura assoċjata miegħu għall-kummerċ, għall-akkomodazzjoni u għall-ħżin, kif ukoll is-siti ta' importanza reliġjuża.[5] | |
Belt ta' Cuzco | Cuzco | kulturali: (iii), (iv) | — | 1983 | Cuzco ġiet żviluppata mir-re tal-Inka Pachacutec, li rrenja fir-Renju ta' Cuzco meta kiber u sar l-Imperu tal-Inka fis-seklu 15. Saret l-iżjed belt importanti tal-Imperu tal-Inka, maqsuma f'żoni distinti għall-użu reliġjuż u amministrattiv, u mdawra b'sistema organizzata ta' użi agrikoli, artiġjanali u industrijali. L-Ispanjoli ħakmu l-imperu fis-seklu 16. Huma bnew knejjes u binjiet Barokki fuq il-fdalijiet tal-Inka. Cuzco hija waħda mill-ogħla bliet fid-dinja.[6] | |
Santwarju Storiku ta' Machu Picchu | Cuzco | imħallat: (i), (iii), (vii), (ix) | — | 1983 | Is-sit ta' Machu Picchu, f'għoli ta' 2,340 metru (7,680 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar, inbena fuq territorju muntanjuż estiż għall-ħabta ta' nofs is-seklu 15, u ġie abbandunat madwar 100 sena wara. Jinkludi ħitan, raba' mtarraġ, u binjiet mibnija minn blat reżistenti għat-terremoti. Il-belt kellha popolazzjoni ta' madwar 1,200 ruħ, l-iktar patrijiet, nisa, u tfal. Ġie abbandunat qabel il-wasla tal-Ispanjoli f'Cuzco x'aktarx minħabba tifqigħa ta' ġidri.[7] | |
Sit Arkeoloġiku ta' Chavín | Ancash | kulturali: (iii) | — | 1985 | Il-kultura ta' Chavín żviluppat fl-artijiet għoljin tal-Andes bejn l-1500 u t-300 Q.K. Is-sit issa huwa magħruf bħala Chavín de Huantar, li serva bħal ċ-ċentru. Is-sit jikkonsisti minn kumpless ta' raba' mtarraġ u rqajja' kwadri mħaffra fil-blat. Huwa maħsub li l-kultura ta' Chavín primarjament kienet soċjetà bbażata fuq ir-reliġjon, iktar milli fuq it-tkabbir aggressiv.[8] | |
Park Nazzjonali ta' Huascarán | Ancash | naturali: (vii), (viii) | — | 1985 | Il-Park Nazzjonali ta' Huascarán jinsab fil-katina muntanjuża tal-Cordillera Blanca tal-Andes. Jinsab madwar Huascarán, l-ogħla quċċata fil-Perù. L-ambjent fiżiku jinkludi glaċieri, irdumijiet u lagi, filwaqt li fil-park jgħixu diversi speċijiet ta' annimali reġjonali. Il-park nazzjonali mhux abitat, għalkemm għadd ta' llama u alpaka jirgħu fl-artijiet baxxi.[9] | |
Żona Arkeoloġika ta' Chan Chan | La Libertad | kulturali: (i), (iii) | — | 1986 | Il-belt ta' Chan Chan kienet il-belt kapitali tal-kultura ta' Chimú. Ir-Renju ta' Chimú żviluppa tul il-kosta tat-Tramuntana tal-Perù. Chan Chan hija maqsuma f'disa' unitajiet imdawra bil-ħitan li jindikaw diviżjoni politika u soċjali. Il-poplu Chimú nħakem mill-Inka Fl-1470. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu malli tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, peress li l-kostruzzjonijiet tat-tajn u tal-brikks iġarrbu ħsarat faċilment bix-xita qliel u bl-erożjoni.[10] | |
Park Nazzjonali ta' Manú | Cuzco | naturali: (ix), (x) | — | 1987 | Il-park huwa mifrux fuq 1,500,000 ettaru (5,800 mil kwadru) u fuq għoli minn 150 metru (490 pied) sa 4,200 metru (13,800 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Fil-Park Nazzjonali ta' Manú jgħixu 1,000 speċi ta' għasafar, iktar minn 200 speċi ta' mammiferu (100 minnhom huma friefet il-lejl), u iktar minn 15,000 speċi ta' pjanti li jarmu l-fjuri. Madwar il-park nazzjonali kollu ntlemħu l-ġagwari. Il-lontra u l-armadillo ġganteski huma biss uħud mill-ispeċijiet rari preżenti fil-park nazzjonali. Qabel ma ġie rikonoxxut bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987, il-park ġie ddeżinjat bħala riżerva ta' bijosfera fl-1977.[11] | |
Ċentru Storiku ta' Lima | Provinċja ta' Lima | kulturali: (iv) | — | 1988 | Lima ġiet stabbilita minn Francisco Pizarro fl-1535 bħala La Ciudad de los Reyes (il-Belt tar-Rejiet). Sa nofs is-seklu 18, kienet l-iżjed belt importanti fl-Amerka t'Isfel Spanjola. L-arkitettura u t-tiżjin jabbinaw l-istil kemm tal-popolazzjoni loali kif ukoll tal-Ewropa, pereżempju fil-Monasteru ta' San Franġisk. Inbnew ukoll sptarijiet, skejjel u universitajiet. L-Università ta' San Marcos inbniet fl-1551. Il-ħajja soċjali u kulturali tal-belt ġiet organizzata fi ħdan dawn il-postijiet, u b'hekk Lima kellha bixra ta' kunvent li kkaratterizzat il-profil urban tagħha sa nofs is-seklu 20.[12] | |
Park Nazzjonali ta' Rio Abiseo | San Martín | imħallat: (iii), (vii), (ix), (x) | — | 1990 | Il-park inħoloq fl-1983 sabiex jiġi protett il-ħabitat tal-foresti tropikali tar-reġjun. Fil-park jgħixu ħafna speċijiet endemiċi bħax-xadini sufija ta' denbhom isfar, li kienu maħsuba li kienu estinti. Is-sit tniżżel ukoll abbażi ta' kriterji kulturali, peress li ġew skoperti iktar minn 30 sit Pre-Kolombjan mill-1985.[13] | |
Linji u Ġeoglifċi ta' Nazca u ta' Pampas de Jumana | Ica | kulturali: (i), (iii), (iv) | — | 1994 | Huwa maħsub li d-disinni l-kbar fid-Deżert ta' Nazca nħolqu mill-kultura ta' Nazca bejn l-400 u s-650 W.K. Inħolqu billi ngirfu linji fuq wiċċ l-art. Fost id-disinni hemm annimali bħal xadina u kolibrì, pjanti, u għamliet ġeometriċi fuq skala kbira. Huwa maħsub li dawn kellhom skop ritwali.[14] | |
Ċentru Storiku tal-Belt ta' Arequipa | Arequipa | kulturali: (i), (iv) | — | 2000 | Arequipa nbniet primarjament fuq il-blat tat-tip sillar, blat vulkaniku abjad, il-prodott tal-vulkan El Misti fil-qrib. L-arkitettura tal-belt hija magħrufa għat-taħlita ta' stili indiġeni tradizzjonali mat-tekniki ġodda tal-insedjaturi kolonjali Ewropej.[15] | |
Belt Sagra ta' Caral-Supe | Lima | kulturali: (ii), (iii), (iv) | — | 2009 | Is-sit arkeoloġiku kien proprjetà taċ-ċivilizzazzjoni Chico tat-Tramuntana li abitat l-inħawi matul il-perjodu Arkajku Aħħari. Caral huwa wieħed minn 18-il insedjament urban kumpless fir-reġjun u fih bosta monumenti u piramidi. Caral huwa l-iżjed insedjament Amerikan bikri magħruf. Quipu rkuprat mis-sit juri l-influwenza tas-sit fuq il-kulturi tal-Andes li ġew wara.[16] | |
Kumpless Arkeoastronomiku ta' Chankillo | Ancash | kulturali: (i), (iv) | — | 2021 | Il-Kumpless Arkeoastronomiku ta' Chankillo huwa sit preistoriku (250-200 Q.K.) li jinsab fil-Wied ta' Casma, u jinkludi sett ta' kostruzzjonijiet li kienu jiffunzjonaw bħala strument kalendarju. Possibbilment iddedikat lil setta li kienet tadura lix-xemx, is-sit kien jintuża biex jiġu ddefiniti d-dati matul is-sena bl-użu tax-xemx. Il-kumpless kapaċi jimmarka s-solstizji, l-ekwinozji, u d-dati kollha tas-sena bi preċiżjoni ta' jum-jumejn żmerċ.[17] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Peru - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Qhapaq Ñan, Andean Road System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Cuzco". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Sanctuary of Machu Picchu". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chavin (Archaeological Site)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Huascarán National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chan Chan Archaeological Zone". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Manú National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Lima". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Río Abiseo National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lines and Geoglyphs of Nasca and Palpa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historical Centre of the City of Arequipa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sacred City of Caral-Supe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chankillo Archaeoastronomical Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.