Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Brażil

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Brażil

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Brażil irratifika l-Konvenzjoni fl-1 ta' Settembru 1977, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

L-istatwa ta' Kristu Redentur f'Rio de Janeiro, bil-qamar fl-isfond.

B'kollox il-Brażil għandu 24 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ħmistax kulturali, tmienja naturali u wieħed imħallat. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Brażil żdied fl-1980: ir-Raħal Storiku ta' Ouro Preto. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Brażil huwa l-Park Nazzjonali ta' Lençóis Maranhenses, fl-2024.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Riżervi tal-Foresti Atlantiċi tax-Xlokk   Paraná u São Paulo

24°10′00″S 48°00′00″W / 24.1666667°S 48°W / -24.1666667; -48 (Atlantic Forest South-East Reserves)

naturali:

(vii), (ix), (x)

468,193 (1,156,930) 1999 Dan is-sit jinkludi wħud mill-aħħar Foresti Atlantiċi li għad fadal u fih bijodiversità kbira b'bosta speċijiet rari u endemiċi. B'hekk huwa ta' interess kbir għax-xjenzati u għall-konservazzjoni.[5]
Brasília   Distrett Federali

15°47′00″S 47°54′00″W / 15.7833333°S 47.9°W / -15.7833333; -47.9 (Brasília)

kulturali:

(i), (iv)

1987 Ippjanata u żviluppata minn Lúcio Costa u Oscar Niemeyer fl-1956, Brasília inħolqot ex nihilo sabiex il-belt kapitali tiġi ttrasferita minn Rio de Janeiro għal pożizzjoni iktar ċentrali. Flimkien ma' Chandigarh fl-Indja hija l-unika post fejn il-prinċipji tad-disinn urban ta' Le Corbusier ġew applikati fuq skala kbira.[6]
Gżejjer Atlantiċi Brażiljani: Riżervi ta' Fernando de Noronha u Atol das Rocas   Pernambuco u Rio Grande do Norte

3°51′29″S 32°25′30″W / 3.85806°S 32.425°W / -3.85806; -32.425 (Brazilian Atlantic Islands: Fernando de Noronha and Atol das Rocas Reserves)

naturali:

(vii), (ix), (x)

42,270 (104,500) 2001 Bħala wieħed mill-ftit ħabitats fin-Nofsinhar tal-Atlantiku, is-sit huwa essenzjali bħala post tan-nutrizzjoni u tar-riproduzzjoni għall-organiżmi tal-baħar, inkluż speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni u mhedda, l-iktar il-fekruna tal-baħar Eretmochelys imbricata.[7]
Kumpless ta' Konservazzjoni tal-Amazzonja Ċentrali   Amazonas

2°20′00″S 62°00′30″W / 2.3333333°S 62.00833°W / -2.3333333; -62.00833 (Central Amazon Conservation Complex)

naturali:

(ix), (x)

5,323,018 (13,153,460) 2000 Bħala l-ikbar żona protetta fil-baċir tax-xmara tal-Amazzonja, is-sit huwa notevoli għall-bijodiversità kbira tiegħu, għall-firxa ta' ħabitats bħall-foresti várzea u igapó u għadd ta' speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni. Ir-reġjun ġie rikonoxxut minn diversi aġenziji tal-konservazzjoni bħala wieħed ta' prijorità għolja.[8]
Żoni Protetti ta' Cerrado: Parks Nazzjonali ta' Chapada dos Veadeiros u ta' Emas   Goiás

14°00′20″S 47°41′05″W / 14.00556°S 47.68472°W / -14.00556; -47.68472 (Cerrado Protected Areas: Chapada dos Veadeiros and Emas National Parks)

naturali:

(ix), (x)

367,356 (907,760) 2001 Iż-żewġ parks huma karatteristiċi taż-żona ta' Cerrado, waħda mill-eqdem ekosistemi tropikali fid-dinja u refuġju importanti għall-ispeċijiet fi żminijiet ta' tibdil fil-klima.[9]
Riżervi tal-Foresti Atlantiċi tal-Kosta tal-Iskoperti   Bahia u Espírito Santo

16°30′00″S 39°15′00″W / 16.5°S 39.25°W / -16.5; -39.25 (Discovery Coast Atlantic Forest Reserves)

naturali:

(ix), (x)

111,930 (276,600) 1999 Is-sit jinkludi wħud mill-aħħar Foresti Atlantiċi li għad fadal u fih bijo diversità kbira b'bosta speċijiet rari u endemiċi. B'hekk huwa ta' interess kbir għax-xjenzati u għall-konservazzjoni.[10]
Ċentru Storiku ta' Salvador de Bahia   Bahia

12°58′00″S 38°30′00″W / 12.9666667°S 38.5°W / -12.9666667; -38.5 (Historic Centre of Salvador de Bahia)

kulturali:

(iv), (vi)

1985 Ir-raħal kolonjali antik tal-ewwel belt kapitali tal-Brażil u l-ewwel raħal tas-suq tal-iskjavi fid-Dinja l-Ġdida, ippreserva bosta djar Rinaxximentali b'kuluri jgħajtu u mżejna bl-istukko tas-sekli 16 sa 18.[11]
Ċentru Storiku ta' São Luís   Maranhão

2°30′51″S 44°18′09″W / 2.51417°S 44.3025°W / -2.51417; -44.3025 (Historic Centre of Salvador de Bahia)

kulturali:

(iii), (iv), (v)

67 (170) 1997 São Luís ippreserva l-pjanta rettangolari sħiħa tar-raħal u bosta binjiet storiċi. B'hekk huwa eżempju mill-aqwa ta' raħal kolonjali Portugiż.[12]
Ċentru Storiku tar-Raħal ta' Diamantina   Minas Gerais

18°40′00″S 43°36′00″W / 18.6666667°S 43.6°W / -18.6666667; -43.6 (Historic Centre of the Town of Diamantina)

kulturali:

(ii), (iv)

29 (72) 1999 Dan ir-raħal kolonjali tas-seklu 18 huwa eżempju ppreservat sew ta' arkitettura Barokka. Ġie stabbilit f'ambjent ostili ta' muntanji tal-blat u sar ċentru tal-estrazzjoni tad-djamanti fis-sekli 18 u 19.[13]
Ċentru Storiku tar-Raħal ta' Goiás   Goiás

15°56′00″S 50°08′00″W / 15.9333333°S 50.1333333°W / -15.9333333; -50.1333333 (Historic Centre of the Town of Goiás)

kulturali:

(ii), (iv)

40 (99) 2001 Stabbilit fl-1727 mill-esploratur Bartolomeu Bueno da Silva, Goiás ippreserva l-biċċa l-kbira tal-wirt kolonjali tiegħu u huwa eżempju ta' insedjament Ewropew fin-naħa ta' ġewwa tal-Amerka t'Isfel.[14]
Ċentru Storiku tar-Raħal ta' Olinda   Pernambuco

8°00′48″S 34°50′42″W / 8.01333°S 34.845°W / -8.01333; -34.845 (Historic Centre of the Town of Olinda)

kulturali:

(ii), (iv)

120 (300) 1982 Ir-raħal ġie stabbilit fl-1537 u stagħna bħala ċentru tal-produzzjoni tal-kannamiela. Wara li nsterqulu r-rikkezzi tiegħu mill-Olandiżi fis-seklu 17, iċ-ċentru storiku jmur lura l-iktar għas-seklu 18 b'taħlita armonjuża ta' binjiet, ġonna, knejjes, kunventi u kappelli.[15]
Raħal Storiku ta' Ouro Preto   Minas Gerais

20°23′20″S 43°30′20″W / 20.38889°S 43.50556°W / -20.38889; -43.50556 (Historic Town of Ouro Preto)

kulturali:

(i), (iii)

1980 Il-prosperità tar-raħal bħala ċ-ċentru tal-kilba għad-deheb fil-Brażil fis-seklu 18 hija riflessa fil-bosta knejjes, pontijiet u funtani ppreservati tagħha ddisinjati mill-iskultur Barokk Aleijadinho.[16]
Park Nazzjonali ta' Iguaçu   Paraná

25°41′00″S 54°26′00″W / 25.6833333°S 54.4333333°W / -25.6833333; -54.4333333 (Iguaçu National Park)

naturali:

(vii), (x)

170,086 (420,290) 1986 Flimkien mal-Park Nazzjonali ta' Iguazú fl-Arġentina, il-park Brażiljan jipproteġi l-Kaskati ta' Iguazu, waħda mill-ikbar kaskati fid-dinja, fejn jgħixu bosta speċijiet rari u fil-periklu ta' estinzjoni bħall-wikkiel ġgantesk tan-nemel jew il-lontra ġganteska. Is-sit tqiegħed fil-lista tas-siti fil-periklu fl-1999-2001 minħabba li kienet infetħet triq illegalment minn ġol-park, kienu nbnew digi max-xmara Iguazu u bdew jiġu organizzati titjiriet bil-ħelikopter.[17]
Missjonijiet tal-Ġiżwiti għand il-Guarani: San Ignacio Mini, Santa Ana, Nuestra Señora de Loreto u Santa Maria Mayor (l-Arġentina), il-Fdalijiet ta' Sao Miguel das Missoes (il-Brażil)*   Rio Grande do Sul, il-Brażil

u Misiones, l-Arġentina 28°32′36″S 54°15′57″W / 28.54333°S 54.26583°W / -28.54333; -54.26583 (Jesuit Missions of the Guaranis: San Ignacio Mini, Santa Ana, Nuestra Señora de Loreto and Santa Maria Mayor (Argentina), Ruins of Sao Miguel das Missoes (Brazil))

kulturali:

(iv)

1984 Fis-sekli 17 u 18, il-Ġiżwiti bnew diversi missjonijiet għand il-poplu Guaraní. Il-fdalijiet ta' ħames missjonijiet huma komponenti ta' Sit ta' Wirt Dinji wieħed. Fl-1983 żdiedet il-missjoni fil-Brażil u fl-1984 is-sit sar transnazzjonali għaliex żdiedu l-erba' missjonijiet fl-Arġentina. Il-missjonijiet għandhom konfigurazzjonijiet differenti u l-istat ta' konservazzjoni tagħhom ivarja minn missjoni għal oħra. Tipikament jinkludu l-fdalijiet ta' knejjes u ta' kunventi, pjantaġġuni, u l-pedamenti ta' abitazzjonijiet tal-indiġeni. Fl-istampa tidher il-Missjoni ta' San Ignacio Miní.[18]
Kumpless Modern ta' Pampulha   Minas Gerais

19°51′07″S 43°58′25″W / 19.85194°S 43.97361°W / -19.85194; -43.97361 (Pampulha Modern Ensemble)

kulturali:

(i), (ii), (iv)

154 (380) 2016 Dan is-sit jikkonsisti minn proġett urban li nħoloq fl-1940 f'Belo Horizonte, Minas Gerais. Ġie ddisinjat madwar lag artifiċjali, il-Lag ta' Pampulha, u jinkludi każinò, sala tal-ballu, il-Golf Yacht Club u l-Knisja ta' San Franġisk t'Assisi. Il-binjiet ġew iddisinjati mill-arkitett Oscar Niemeyer, b'kollaborazzjoni mal-arkitett pajsaġġistiku Roberto Burle Marx u artisti Brażiljani tal-Moderniżm.[19]
Żona ta' Konservazzjoni ta' Pantanal   Mato Grosso u Mato Grosso do Sul

17°43′00″S 57°23′00″W / 17.7166667°S 57.3833333°W / -17.7166667; -57.3833333 (Pantanal Conservation Area)

naturali:

(vii), (ix), (x)

187,818 (464,110) 2000 Is-sit jinkludi erba' żoni protetti, li jinkludu waħda mill-ikbar ekosistemi tal-artijiet mistagħdra u tal-ilma ħelu fid-dinja, fejn jgħixu għadd abbundanti u firxa wiesgħa ta' speċijiet.[20]
Paraty u Ilha Grande, Kultura u Bijodiversità   Rio de Janeiro23°13′21″S 44°42′50″W / 23.2225°S 44.71389°W / -23.2225; -44.71389 (Paraty and Ilha Grande - Culture and Biodiversity)

imħallat:

(v), (x)

204,634 (505,660) 2019 Dan il-pajsaġġ kulturali, li jinsab bejn il-katina muntanjuża ta' Serra da Bocaina u l-Oċean Atlantiku, jinkludi ċ-ċentru storiku ta' Paraty, wieħed mill-iżjed irħula kostali ppreservati sew tal-Brażil, kif ukoll erba' żoni naturali protetti tal-Foresta Atlantika Brażiljana, wieħed mill-ħames siti ewlenin ta' bijodiversità fid-dinja. F'Paraty hemm diversità impressjonanti ta' speċijiet, uħud minnhom mhedda, bħall-ġagwar (Panthera onca), il-ħanżir tax-xofftejn bojod (Tayassu pecari) u diversi speċijiet ta' primati, inkluż ix-xadina sufija (Brachyteles arachnoides), li hija speċi emblematika tas-sit. Fl-aħħar tas-seklu 17, Paraty kien l-aħħar punt tal-Caminho do Ouro (Rotta tad-Deheb), li minnha kien jiġi ttrasportat id-deheb lejn l-Ewropa. Il-port tiegħu serva bħala punt ta' dħul għall-għodod u għall-iskjavi Afrikani, li kienu jintbagħtu jaħdmu fil-minjieri. Inbniet sistema ta' difiża biex tipproteġi l-ġid tal-port u tar-raħal. Iċ-ċentru storiku ta' Paraty ikkonserva l-pjanta tiegħu tas-seklu 18 u l-biċċa l-kbira tal-arkitettura kolonjali tiegħu tas-seklu 18 u tal-bidu tas-seklu 19.[21]
Rio de Janeiro: Pajsaġġi Carioca bejn il-Muntanji u l-Baħar   Rio de Janeiro22°56′52″S 43°17′29″W / 22.94778°S 43.29139°W / -22.94778; -43.29139 (Rio de Janeiro: Carioca Landscapes between the Mountain and the Sea)

kulturali:

(v), (vi)

7,249 (17,910) 2012 Is-sit jikkonsisti minn ambjent urban eċċezzjonali iktar milli wirt mibni. Iħaddan l-elementi naturali ewlenin li sawru u ispiraw l-iżvilupp tal-belt: mill-ogħla punt tal-muntanji tal-Park Nazzjonali ta' Tijuca sal-baħar. Dawn jinkludu wkoll il-Ġonna Botaniċi li ġew stabbiliti fl-1808, il-Muntanja ta' Corcovado bl-istatwa famuża ta' Kristu Redentur u l-għoljiet madwar il-Bajja ta' Guanabara, inkluż il-pajsaġġ estensiv tul il-Bajja ta' Copacabana li kkontribwixxa għall-kultura tal-għajxien fil-beraħ ta' din il-belt spettakolari. Rio de Janeiro hija magħrufa wkoll għall-ispirazzjoni artistika li pprovdiet lill-mużiċisti, lill-pajsaġġisti u lill-urbanisti.[22]
Santwarju ta' Bom Jesus de Matosinhos   Minas Gerais

20°29′59″S 43°51′28″W / 20.49972°S 43.85778°W / -20.49972; -43.85778 (Sanctuary of Bom Jesus do Congonhas)

kulturali:

(i), (iv)

1985 Is-sit inbena fis-seklu 18 u jinkludi knisja, taraġ fil-beraħ u seba' kappelli, imżejna bi statwi magħmula minn Aleijadinho.[23]
Pjazza ta' San Franġisk fir-Raħal ta' São Cristóvão   Sergipe

11°00′58″S 37°12′36″W / 11.01611°S 37.21°W / -11.01611; -37.21 (São Francisco Square in the Town of São Cristóvão)

kulturali:

(ii), (iv)

3 (7.4) 2010 Il-pjazza hija mdawra b'żewġ knejjes, palazz u binjiet oħra ta' perjodi storiċi differenti, li joħorġu fid-dieher l-arkitettura Franġiskana fil-Grigal tal-Brażil.[24]
Park Nazzjonali ta' Serra da Capivara   Piauí

8°25′00″S 42°20′00″W / 8.4166667°S 42.3333333°W / -8.4166667; -42.3333333 (Serra da Capivara National Park)

kulturali:

(iii)

1991 Is-sit jinkludi waħda mill-eqdem komunitajiet umani fl-Amerka t'Isfel, u fih għadd kbir ta' tpittir fl-għerien. Uħud minnhom imorru lura saħansitra sa 25,000 sena ilu.[25]
Sit Arkeoloġiku tal-Maħżen ta' Valongo   Rio de Janeiro22°53′49.6″S 43°11′14.62″W / 22.897111°S 43.1873944°W / -22.897111; -43.1873944

kulturali:

(vi)

0.3895 (0.962) 2017 Il-maħżen antik tal-ġebel jinsab fl-eks żona tal-port ta' Rio de Janeiro u nbena għall-iżbark tal-iskjavi Afrikani li waslu fil-kontinent tal-Amerka t'Isfel mill-1811 'il quddiem. Huwa stmat li 900,000 Afrikan waslu fl-Amerka t'Isfel f'Valongo.[26]
Sítio Roberto Burle Marx   Rio de Janeiro23°01′26.4″S 43°32′49.6″W / 23.024°S 43.547111°W / -23.024; -43.547111

kulturali:

(ii), (iv)

40.53 (100.2) 2021 Dan is-sit huwa proprjetà f'Barra de Guaratiba tal-arkitett pajsaġġistiku Roberto Burle Marx. Huwa ħoloq ġnien hemmhekk b'madwar 3,500 speċi ta' pjanti.[27]
Park Nazzjonali ta' Lençóis Maranhenses   Maranhão naturali: (vii), (viii) 156,562 2024 Dan il-park nazzjonali nħoloq fl-1981 u huwa kkaratterizzat mill-ikbar medda ta' għaram tar-ramel fl-Amerka t'Isfel. 90,000 ettaru mis-sit jikkonsistu minn għaram mobbli u laguni ffurmati minn dawn l-għaram. Is-sit jinsab mal-kosta tal-Lvant tal-istat ta' Maranhão u huwa żona federali protetta.[28]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Brazil - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Atlantic Forest South-East Reserves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Brasilia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Brazilian Atlantic Islands: Fernando de Noronha and Atol das Rocas Reserves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Central Amazon Conservation Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cerrado Protected Areas: Chapada dos Veadeiros and Emas National Parks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Discovery Coast Atlantic Forest Reserves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Salvador de Bahia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of São Luís". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the Town of Diamantina". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the Town of Goiás". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the Town of Olinda". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Town of Ouro Preto". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Iguaçu National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jesuit Missions of the Guaranis: San Ignacio Mini, Santa Ana, Nuestra Señora de Loreto and Santa Maria Mayor (Argentina), Ruins of Sao Miguel das Missoes (Brazil)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pampulha Modern Ensemble". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pantanal Conservation Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Paraty and Ilha Grande – Culture and Biodiversity". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rio de Janeiro: Carioca Landscapes between the Mountain and the Sea". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sanctuary of Bom Jesus do Congonhas". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "São Francisco Square in the Town of São Cristóvão". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Serra da Capivara National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  26. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Valongo Wharf Archaeological Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  27. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sítio Roberto Burle Marx". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  28. ^ "Lençóis Maranhenses National Park". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.