Jules Rimet
Jules Rimet (twieled fl-14 ta' Ottubru 1873 – miet fis-16 ta' Ottubru 1956) kien amministratur tal-futbol Franċiż li serva bħala t-tielet President tal-FIFA bejn l-1921 u l-1954. It-33 sena f'din il-kariga tagħmlu l-iktar president li dam iservi f'dan ir-rwol. Bejn l-1919 u l-1942 hu kien ukoll President tal-Federazzjoni tal-Futbol Franċiża. Fuq l-inizjattiva tiegħu seħħet l-ewwel Tazza tad-Dinja tal-Futbol li saret fl-1930.
Jules Rimet | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1944 - 1949 ← Henri Jevain (en) - Emmanuel Gambardella (mul) →
1931 - 1947 ← Gaston Vidal (en) - Alfred Eluère (en) →
1921 - 1954 ← Daniel Burley Woolfall (mul) - Rodolphe Seeldrayers (en) →
1919 - 1942 - Henri Jevain (en) →
1897 - 1910 | |||||||||||
Ħajja | |||||||||||
Isem propju | Jules Ernest Séraphin Valentin Rimet | ||||||||||
Twelid | Theuley (en) , 14 Ottubru 1873 | ||||||||||
Nazzjonalità | Franza | ||||||||||
Mewt | Suresnes (en) , 16 Ottubru 1956 | ||||||||||
Post tad-dfin | Cimetière parisien de Bagneux (en) | ||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||
Alma mater | Établissement La Rochefoucauld (en) | ||||||||||
Lingwi | Franċiż | ||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||
Okkupazzjoni |
avukat sports executive (en) | ||||||||||
Mudell:Infobox biography/sport/football | |||||||||||
Impjegaturi |
French Football Federation (en) National Sports Commitee (en) Red Star F.C. (en) FIFA Football association (en) | ||||||||||
Premjijiet | |||||||||||
Nominat għal |
uri
| ||||||||||
Servizz militari | |||||||||||
Iġġieldu | L-Ewwel Gwerra Dinjija |
Żgħożija
immodifikaJules Rimet twieled fl-1873 minn Jeanne Augustine Zoé Ramondot (1850–1920) u Jean Baptiste Séraphin Rimet (1839–1921). Għall-bidu kienu jgħixu fil-komun ta' Theuley, fid-dipartiment ta' Haute-Saône fuq il-Lvant ta' Franza, qabel ma marru jgħixu Pariġi fl-1884, meta Jules kellu ħdax-il sena. Kien f'din il-belt li Rimet daq l-ewwel togħma tal-futbol milgħub mit-tfal fit-toroq u kien konvint bil-benefiċċji li l-isport joffri fl-edukazzjoni fiżika u fil-morali taż-żgħażagħ.[1] Hu laħaq avukat u fl-1898 waqqaf rivista Kristjana, Repubblikana u Demokratika, La Revue. Minbarra l-futbol, Rimet kien jiddedika ħinu wkoll għall-poeżija, il-letteratura u l-mużika.[2]
Futbol
immodifikaFil-21 ta' Frar 1897, ta' 23 sena, Rimet beda klabb sportiv bl-isem ta' Red Star li kellu l-ideali ta' Rimet, fosthom li ma jkunx hemm diskrimnazzjoni skont il-klassi soċjali tal-membri.[3] Il-futbol kien l-ewwel sport milgħub f'dan il-klabb.[2] Oriġinarjament is-sede kienet f'Pariġi, qrib it-Torri Eiffel, però l-klabb biddel postu numru ta' drabi. Rimet daħal jagħmel parti mill-amministrazzjoni tal-Union des sociétés françaises de sports athlétiques (USFSA) li fl-1904 ħadem sehem fil-fundazzjoni tal-FIFA, bil-bidu jkun fil-kapitali Franċiża. Filwaqt li l-FIFA kienet qed tippjana għall-organizzazzjoni ta' kompetizzjoni dinjija, taħt il-kappa tal-FA Ingliża, Rimet kien qed jippjana għal kompetizzjoni tal-futbol fil-Logħob Olimpiku tal-1908, iddedikat għal plejers dilettanti.[2]
Presidenza tal-Federazzjoni Franċiża u l-FIFA
immodifikaBil-wasla tal-professjonaliżmu fl-1907, l-USFSA waqfet tagħmel parti mill-federazzjoni internazzjonali. B'riżultat t'hekk, Rimet, flimkien ma' tliet klabbs minn Pariġi, waqqaf l-Federazzjoni tal-Futbol Franċiża fl-1910 u ħadet post l-USFSA bħala r-rappreżentanta Franċiża mal-FIFA.[4] Meta Red Star ittrasferew f'Saint-Ouen, Rimet ħalla d-direzzjoni tal-iskwadra.[5]
Matul l-L-Ewwel Gwerra Dinjija hu serva mal-armata Franċiża fejn ġie maħtur bħala kaptan tal-kavallerija u ngħata wkoll l-Croix de Guerre. Fi tmiem il-kunflitt, fil-11 ta' April 1919, ġie elett President tal-Federazzjoni Franċiża. Sentejn wara, fl-1 ta' Marzu 1921, ġie elett President tal-FIFA.[2][6] Fir-rwol tiegħu bħala president hu ħadem sabiex permezz tal-FIFA jgħaqqad il-"familja l-kbira tal-futbol" madwar id-dinja kollha. Għal din ir-raġuni, matul il-presidenza tiegħu, kien żamm lura milli jsostni l-iżvilupp ta' federazzjonijiet kontinentali, fosthom fl-Ewropa (permezz tal-UEFA), minħabba li kien jarahom bħala theddida kontra l-għaqda ta' din il-"familja".[1] Hu beda jaħdem għall-organizzazzjoni ta' kampjonat dinji miftuħ għall-professjonisti, minkejja r-riluttanza ta' sostenituri tal-dilettantiżmu bħal Pierre de Coubertin,[4] fundatur tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.[2]
Wara s-suċċess tal-turnej Olimpiċi tal-1924 u l-1928, Rimet ippropona kampjonat dinji taħt l-awspiċju tal-FIFA matul il-kungress ta' Amsterdam tal-1928. Dan seħħ fl-1930 meta l-Urugwaj ospitat l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.[7] Ħafna mit-timijiet Ewropej ilmentaw bid-distanza li kellhom jivvjaġġaw u kienu Franza, il-Belġju, ir-Rumanija u l-Jugożlavja l-uniċi Ewropej li ħadu sehem.[8] Il-kampjonat kien wieħed ta' suċċess kemm fuq livell sportiv u anke dak kummerċjali.
It-tieni edizzjoni tal-1934 ġiet trażmessa għall-ewwel darba fuq ir-radju. Din saret fl-Italja Faxxista ta' Benito Mussolini, li uża dan il-kampjonat biex jippromwovi r-reġim tiegħu; din kienet xi ħaġa li Rimet kien akkużat li injora.[2] Fl-edizzjoni suċċessiva ġewwa Franza saret ukoll taħt sfond politiku: l-Awstrija kienet annessa mill-Ġermanja Nażista u kellha tirrifjuta milli tipparteċipa. Il-Ġermaniżi lagħbu l-ewwel logħba kontra l-Iżvizzera u taw is-salut Nażist li rċieva l-kritika.
Fl-1954, qabel il-bidu tal-ħames edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, Rimet irtira mill-presidenza tal-FIFA li minn 12-il membru kienet telgħet għal 85, u sar president onorarju.[9] L-isforzi tiegħu matul is-snin wasslu sabiex jiġi nominat għall-Premju Nobel għall-Paċi tal-1956, però l-ġurija rrifjutat u l-premju ma ngħata lil ħadd.[2]
L-aħħar snin u legat
immodifikaRimet miet fis-16 ta' Ottubru 1956 f'Suresnes fi Franza, jumejn wara għeluq it-83 sena[2] u hu midfun fis-Cimetière parisien de Bagneux.
Fl-1946, it-trofew tat-Tazza tad-Dinja, li kienet statwa tad-deheb skolpita minn Abel Lafleur, ġiet imsemmiha bħala t-Trofew Jules Rimet ad unur tiegħu.[9] Mill-1930 sal-1970, it-timijiet nazzjonali rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja kienu jżommu t-trofew għall-erba' snin ta' wara. Kien biss fl-1970, wara t-tielet rebħa tal-Brażil, li huma rċevew it-trofew b'mod permanenti.[1]
Fl-1998, fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-1998 li saret fi Franza, f'Pariġi ssemmiet pjazza wara Jules Rimet, qrib l-istadju tal-Parc des Princes.[10] Matul it-Tazza tad-Dinja tal-2006, madwar ħamsin sena wara l-mewt ta' Rimet, ix-xarabank uffiċjali tat-tim nazzjonali Franċiż kien juri l-kliem: Liberté, Égalité, Jules Rimet. Fil-komun fejn twieled, fi Theuley, tinsab statwa ta' Rimet f'nofs kaxxa tal-penalty.[2]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ "Jules Rimet" (bl-Ingliż). Oxford Reference. Miġbur 2022-08-22.
- ^ a b ċ d e f ġ g għ "Jules Rimet: The man who kicked off the World Cup" (bl-Ingliż). The Independent. 2006-05-05. Miġbur 2022-08-22.
- ^ Collectif (1999). Red Star histoire d'un siècle (bil-Franċiż). Pariġi: Red Star. p. 12. ISBN 2-9512562-0-5.
- ^ a b Chenal, Yves. "Jules Rimet (1873 - 1956) - Le football pour tous". herodote.net (bil-Franċiż).
- ^ "Jules Rimet, fondateur visionnaire" (bil-Franċiż). Red Star FC. 2010-04-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-03. Miġbur 2022-08-22.
- ^ "History of FIFA - More associations follow" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-08. Miġbur 2022-08-22.
- ^ Bezbakh, Pierre (2010-06-14). "1930 : Jules Rimet crée la Coupe du monde de foot" (bil-Franċiż). Le Monde. Miġbur 2022-08-22.
- ^ "Histoire de la FIFA - Les prémices de la Coupe du Monde de la FIFA" (bil-Franċiż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-07-26. Miġbur 2022-08-22.
- ^ a b "Jules Rimet" (bil-Franċiż). Encyclopædia Universalis. Miġbur 2022-08-22.
- ^ "place Jules Rimet". paris.fr (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2022-08-22.
Ħoloq esterni
immodifika- (EN) Jules Rimet fuq Olympedia