Premju Nobel għall-Paċi

wieħed minn ħames Premji Nobel

Il-Premju Nobel għall-Paċi huwa wieħed mill-ħames Premjijiet Nobel li ilu jingħata kull sena (b'xi eċċezzjonijiet) minn Marzu 1901.[1] Dan il-premju jingħata lil dawk li "għamlu l-almu tagħhom jew l-aqwa xogħol favur il-fraternità bejn il-pajjiżi, għall-abolizzjoni jew it-trażżin ta' armati permanenti u għall-promozzjoni ta' kungressi għall-paċi".[2]

Il-medalja tal-Premju Nobel għall-Paċi

B'differenza mill-premjijiet l-oħrajn, il-Premju Nobel għall-Paċi jingħata fin-Norveġja u mhux fl-Iżvezja: iċ-ċerimonja tal-għotja tan-Nobel issir f'Oslo minħabba li fi żmien it-tfassil tal-Premjijiet Nobel, in-Norveġja kienet magħquda mal-Iżvezja. Ir-rebbieħ tal-Premju jiġi magħżul mill-Kumitat Norveġiż tan-Nobel li huwa magħmul minn ħames persuni magħżula mill-Parlament Norveġiż.

Minħabba n-natura l-politika ta' dan il-premju, għall-ħafna mill-istorja, l-għoti ta' dan il-premju kien suġġett għal numru ta' kontroversji. L-iktar premju riċenti ngħata lill-Programm Dinji tal-Ikel fl-2020.

Proċess ta' nominazzjoni immodifika

Kull sena, il-Kumitat Norveġiż tan-Nobel jistieden lil nies kwalifikati sabiex jissottomettu nominazzjonijiet għall-Premju Nobel għall-Paċi.[3] L-istatuti tal-Fondazzjoni Nobel jispeċifikaw il-kategoriji ta' individwi li huma eliġibbli li jitfgħu n-nomina għal dan il-Premju.[4] In-nominaturi huma:

  • Membri ta' assemblaġġi u gvernijiet nazzjonali u membri tal-Unjoni Interparlamentari
  • Membri tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ u l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja f'The Hague
  • Membri tal-Institut de Droit International
  • Akkademiċi fuq livell ta' professur jew professur assoċjat tal-istorja, ix-xjenzi soċjali, il-filosofija, il-liġi u t-teoloġija, retturi tal-università, diretturi tal-università (jew l-ekwivalenti tagħhom), u diretturi ta' istituti dwar ir-riċerka tal-paċi u l-affarijiet internazzjonali
  • Rebbieħa preċedenti tal-Premju, inklużi membri tal-bord ta' organizzazzjonijiet li rċevew il-Premju
  • Membri preżenti u passati tal-Kumitat Norveġiż tan-Nobel
  • Konsulenti permanenti preċedenti tal-Istitut Norveġiż tan-Nobel

In-nominazzjonijiet huma kkunsidrati mill-Kumitat tan-Nobel f'laqgħa fejn tiġi elenkata lista ta' kandidati li għandhom jiġu riveduti. Din il-lista hi mbagħad ikkunsidrata mill-konsulenti permanentii tal-istitut tan-Nobel, li jikkonsisti mid-direttur u d-direttur tar-riċerka tal-istitut u numru żgħir ta' akkademiċi Norveġiżi b'għarfien f'oqsma relatati mal-Premju. Il-konsulenti ġeneralment ikollhom ftit xhur biex ilestu r-rapporti li mbagħad jingħataw lill-kumitat għall-għażla tar-rebbieħ. Il-kumitat ifittex isib deċiżjoni unanima li tasal lejn l-aħħar ta' Settembru jew il-bidu ta' Ottubru.[5]

Rebbieħa immodifika

Sena Rebbieħ (twelid/mewt) Pajjiż Raġuni
1901   Henry Dunant
(1828–1910)
Żvizzera "għall-isforzi umanitarji biex jgħin suldati midruba u biex joħloq fehim internazzjonali"[6][7]
  Frédéric Passy
(1822–1912)
Franza "għax-xogħol matul ħajtu għal konferenzi internazzjonali, diplomazija u arbitraġġ"[6][7]
1902   Élie Ducommun
(1833–1906)
Żvizzera "għar-rwol tiegħu bħala l-ewwel Segretarju Onorarju tal-Bureau Internazzjonali tal-Paċi"[6][8]
  Charles Albert Gobat
(1843–1914)
"għar-rwol tiegħu bħala l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Interparlamentari"[6][8]
1903   William Randal Cremer
(1828–1908)
Renju Unit "għar-rwol tiegħu bħala 'l-ewwel missier' tal-Unjoni Interparlamentari"[6][9]
1904   Istitut tad-Dritt Internazzjonali
(imwaqqaf fl-1873)
Belġju "għall-isforzi tagħhom bħala korp mhux uffiċjali sabiex joħroġ il-prinċipji ġenerali għax-xjenza tad-dritt internazzjonali"[6][10]
1905   Bertha von Suttner
(1843–1914)
Awstrija-Ungerija "għall-kitba ta' Die Waffen nieder! u għall-kontribut għall-ħolqien tal-Premju"[6][11]
1906   Theodore Roosevelt
(1858–1919)
Stati Uniti "għall-medjazzjoni b'suċċess sabiex tintemm il-Gwerra Russa-Ġappuniża u għall-interess tiegħu għall-arbitraġġ, wara li pprovda l-ewwel każ għall-qorti tal-arbitraġġ tal-Aja"[6][12]
1907   Ernesto Teodoro Moneta
(1833–1918)
Italja "għal xogħlu bħala mexxej ewlieni għall-moviment għall-paċi Taljana"[6][13]
  Louis Renault
(1843–1918)
Franza "għal xogħlu bħala ġurista Franċiż prominenti u bħala membru tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ fl-Aja"[6][13]
1908   Klas Pontus Arnoldson
(1844–1916)
Żvezja "għal xogħlu bħala fundatur tal-Lega tal-Paċi u Arbitraġġ Żvediża"[6][14]
  Fredrik Bajer
(1837–1922)
Danimarka "bħala l-ikbar promotur tal-paċi fl-Iskandinavja, b'xogħlu fl-Unjoni Interparlamentari u bħala l-ewwel President tal-Bureau Internazzjonali tal-Paċi"[6][14]
1909   Auguste Beernaert
(1829–1912)
Belġju "bħala rappreżentant taż-żewġ konferenzi tal-Aja u figura prinċipali tal-Unjoni Interparlamentari"[6][15]
  Paul Henri d'Estournelles de Constant
(1852–1924)
Franza "għax-xogħol diplomatiku fil-fehim Franko-Ġermaniż u Franko-Brittaniku b'karriera distinta fl-arbitraġġ internazzjonali"[6][15]
1910   Bureau Permanenti Internazzjonali għall-Paċi
(imwaqqaf fl-1891)
Żvizzera "minħabba li aġixxa ta' ħolqa bejn is-soċjetajiet ta' paċi ta' diversi pajjiżi"[16][17]
1911   Tobias Asser
(1838–1913)
Netherlands "bħala membru tal-Qorti tal-Arbitraġġ kif ukoll inizjatur tal-Konferenzi dwar id-Dritt Privat Internazjonali."[6][18]
  Alfred Fried
(1864–1921)
Awstrija-Ungerija "għal xogħlu bħala fundatur tad-Deutsche Friedensgesellschaft (Soċjetà tal-Paċi Ġermaniża)."[6][18]
1912   Elihu Root
(1845–1937)
Stati Uniti "għall-interessi qawwi li kellu fl-arbitraġġ internazzjonali u għal pjan tiegħu għal qorti dinji."[6][19]
1913   Henri La Fontaine
(1854–1943)
Belġju "għal xogħlu bħala kap tal-Bureau Internazzjonali tal-Paċi."[6][20]
1914 Ma ngħatax minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija.
1915
1916
1917   Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar
(imwaqqaf fl-1863)
Żvizzera "għall-isforzi biex jieħu ħsieb suldati midruba u priġunieri tal-gwerra u familthom."[6][21]
1918 Ma ngħatax minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija.
1919   Woodrow Wilson
(1856–1924)
Stati Uniti "għar-rwol kruċjali fit-twaqqif tal-Lega tan-Nazzjonijiet"[6][22]
1920   Léon Bourgeois
(1851–1925)
Franza "għall-parteċipazzjoni kemm fil-Konferenzi tal-Aja tal-1899 u l-1907, u għal xogħlu lejn il-Lega tan-Nazzjonijiet tant li kien imsejjaħ bħala 'l-missier spirtwali' tagħha."[6][23]
1921   Hjalmar Branting
(1860–1925)
Żvezja "għal xogħlu fil-Lega tan-Nazzjonijiet."[6][24]
  Christian Lange
(1869–1938)
Norveġja "għal xogħlu bħala l-ewwel segretarju tal-Kumitat Nobel Norveġiż u s-segretarju ġenerali tal-Unjoni Interparlamentari."[6][24]
1922   Fridtjof Nansen
(1861–1930)
Norveġja "għall-għajnuna li ta lil miljuni fir-Russja li sofrew il-ġuħ u għar-refuġjati tal-Asja Minuri u Thrace."[25][26]
1923 Ma ngħatax
1924
1925   Sir Austen Chamberlain
(1863–1937)
Renju Unit "għal xogħlu fuq it-Trattati ta' Locarno."[6][27]
  Charles Gates Dawes
(1865–1951)
Stati Uniti "għal xogħlu fuq il-Pjan Dawes għar-riparazzjonijiet Ġermaniżi li fassal il-bażi ekonomika wara t-Trattati ta' Locarno tal-1925."[6][27]
1926   Aristide Briand
(1862–1932)
Franza "għal xogħlohom fit-Trattati ta' Locarno."[6][28]
  Gustav Stresemann
(1878–1929)
Ġermanja
1927   Ferdinand Buisson
(1841–1932)
France "għall-kontributi tagħhom lejn ir-rikonċiljazzjoni Franko-Ġermaniża."[6][29]
  Ludwig Quidde
(1858–1941)
Ġermanja
1928 Ma ngħatax
1929   Frank Billings Kellogg
(1856–1937)
Stati Uniti "għall-patt Kellogg–Briand, fejn il-firmatarji qablu li jeliminaw il-gwerra bħala strument ta' politika internazzjonali."[6][30]
1930   Nathan Söderblom
(1866–1931)
Żvezja "għall-isforzi tiegħu biex jinvolvi lill-knejjes mhux biss għal skopijiet ta' unità Ekumenika iżda wkoll bħall-paċi dinjija."[6][31]
1931   Jane Addams
(1860–1935)
Stati Uniti "għax-xogħol ta' riforma soċjali u għat-tmexxija tal-Lega Internazzjonali tan-Nisa għall-Paċi u l-Libertà (Women's International League for Peace and Freedom)."[6][32]
  Nicholas Murray Butler
(1862–1947)
Stati Uniti "għall-promozzjoni tal-patt Kellogg-Briand u għal xogħlu bħala mexxej tal-moviment Amerikan għall-paċi, speċifikament il-parti orjentata lejn l-istabbiliment."[6][32]
1932 Ma ngħatax
1933   Sir Norman Angell
(1872–1967)
Renju Unit "għall-ktiba ta' The Great Illusion u bħala sostenitur tal-Lega tan-Nazzjonijiet kif ukoll bħala pubbliċista u edukatur influwenti favur il-paċi in ġenerali."[33]
1934   Arthur Henderson
(1863–1935)
Renju Unit "għal xogħlu għal-Lega tan-Nazzjonijiet, partikularment fl-isforzi tagħhha favur id-diżarm."[6][34]
1935   Carl von Ossietzky
(1889–1938)
Ġermanja "għall-ġlieda kontra l-armament mill-ġdid tal-Ġermanja."[6][35]
1936   Carlos Saavedra Lamas
(1878–1959)
Arġentina "għall-medjazzjoni bejn il-Paragwaj u l-Bolivja fil-Gwerra ta' Chaco."[6][36]
1937   Il-Viskonti Cecil ta' Chelwood
(1864–1958)
Renju Unit "għal xogħlu fil-Lega tan-Nazzjonijiet."[6][37]
1938   Uffiċċju Internazzjonali ta' Nansen għar-Refuġjati
(1930–1939)
Lega tan-Nazzjonijiet "għax-xogħol ta' għajnuna lir-refuġjati."[38]
1939 Ma ngħatax minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija.
1940
1941
1942
1943
1944   Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar
(imwaqqaf fl-1863)
Żvizzera "għax-xogħol kbir li twettaq matul il-gwerra f'isem l-umanità."[39][40]
1945   Cordell Hull
(1871–1955)
Stati Uniti "għall-ġlieda tiegħu kontra l-iżolazzjoniżmu, l-isforzi tiegħu sabiex joħloq blokk ta' paċi tal-istati fil-kontinenti Amerikani, u għax-xogħol fil-Ġnus Magħquda."[41]
1946   Emily Greene Balch
(1867–1961)
Stati Uniti "għal xogħlha mal-Lega Internazzjonali tan-Nisa għall-Paċi u l-Libertà (Women's International League for Peace and Freedom)."[42]
  John Raleigh Mott
(1865–1955)
Stati Uniti "għall-ħolqien u t-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet Kristjani Protestanti internazzjonali għall-istudenti li ħadmu biex jippromwovu l-paċi."[42]
1947   Il-Quakers (rappreżentati mill-Friends Service Council u l-American Friends Service Committee)[43][44]
(beda lejn nofs l-1600)
Stati Uniti / Renju Unit "għal xogħol ta' għajnuna u salvataġġ tal-vittmi tan-Nazi."[43]
1948 Ma ngħatax minħabba li "ma kienx hemm kandidat xieraq li huwa ħaj." (B'tifkira ta' Gandhi li kien maqtul riċentament fl-Indja.)[45]
1949   John Boyd Orr
(1880–1971)
Renju Unit "għar-riċerka xjentifika fin-nutrizzjoni u għal xogħlu bħala l-ewwel Direttur-Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura."[46]
1950   Ralph Bunche
(1904–1971)
Stati Uniti "għal xogħlu fis-soluzzjoni tal-kunflitt Għarbi-Iżraeljan fil-Palestina."[47]
1951   Léon Jouhaux
(1879–1954)
Franza "għal xogħlu għall-ugwaljanza soċjali u r-rikonċiljazzjoni Franko-Ġermaniża."[48]
1952   Albert Schweitzer
(1875–1965)
Franza "għat-tkattir lejn ir-reverenza għall-ħajja, il-vera fundazzjoni tal-paċi dejjiema bejn individwi, pajjiżi u razez."[49]
1953   George Catlett Marshall Jr.
(1880–1959)
Stati Uniti "għal xogħlu fl-irkupru tal-Ewropa wara l-gwerra."[50]
1954   Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati
(imwaqqaf fl-1950)
Ġnus Magħquda "għall-protezzjoni tar-refuġjati, il-komunitajiet spostati bil-forza u persuni mingħajr stat, u għall-assistenza fir-ripatrijazzjoni voluntajra, l-integrazzjoni lokali u r-rilokazzjoni lejn pajjiż terz ta' dawn il-persuni."[51]
1955 Ma ngħatax
1956
1957   Lester Bowles Pearson
(1897–1972)
Kanada "għar-rwol tiegħu biex jintemm il-kunflitt ta' Swejz u biex tissolva l-kwistjoni tal-Lvant Nofsani permezz tal-Ġnus Magħquda."[52][6]
1958   Dominique Pire
(1910–1969)
Belġju "għall-għajnuna lir-refuġjati tal-Ewropa ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija."[53]
1959   Philip Noel-Baker
(1889–1982)
Renju Unit "għax-xogħol li wettaq matul ħajtu favur il-paċi u l-kooperazzjoni internazzjonali."[54]
1960   Albert Lutuli
(1898–1967)
Afrika t'Isfel "għar-rwol fil-ġlieda mhux vjolenti kontra l-apartheid fl-Afrika t'Isfel."[55][6]
1961   Dag Hammarskjöld
(1905–1961)
Żvezja "għat-tisħiħ tal-fondazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda."[56][6]
1962   Linus Pauling
(1901–1994)
Stati Uniti "għall-kampanja tiegħu kontra l-ittestjar tal-armi nukleari."[57]
1963   Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar
(imwaqqaf fl-1863)
Żvizzerra "għal xogħolhom għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-mitt sena tal-eżistenza tal-ICRC."[58]
  Lega tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar
(imwaqqaf fl-1919)
1964   Martin Luther King Jr.
(1929–1968)
Stati Uniti "għall-ġlieda kontra l-inugwaljanza razzjali permezz ta' reżistenza mhux vjolenti."[59]
1965   UNICEF
(imwaqqaf fl-1946)
Ġnus Magħquda "għall-isforzi biex jipprovu għajnuna umanitarja u ta' żvilupp lit-tfal madwar id-dinja."[60]
1966 Ma ngħatax
1967
1968   René Cassin
(1887–1976)
Franza "għall-ħolqien tal-ewwel abbozz tal-Dikjarazzjoni Internazzjonali u għal xogħlu fil-Qorti Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem."[61]
1969   Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol
(imwaqqfa fl-1919)
Ġnus Magħquda "għat-titjib tal-fraternità u l-paċi bejn in-nazzjonijiet, il-ħidma lejn xogħol diċenti u ġust għall-ħaddiema, u għall-assistenza teknika lil pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw."[62]
1970   Norman Ernest Borlaug
(1914–2009)
Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lejn ir-'rivoluzzjoni ħadra' li kellha impatt fuq il-produzzjoni tal-ikel, partikularment fl-Asja u l-Amerika Latina."[63][6]
1971   Willy Brandt
(1913–1992)
Ġermanja "għall-isforzi tiegħu lejn it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fi ħdan l-Ewropa tal-Punent permezz tal-Komunità Ekonomika Ewropea u biex titwettaq ir-rikonċiljazzjoni bejn il-Ġermanja tal-Punent u l-pajjiżi l-oħra tal-Ewropa tal-Lvant."[64]
1972 Ma ngħatax
1973   Henry Kissinger
(twieled fl-1923)
Stati Uniti "għall-ftehim ta' Pariġi mifhum biex iġib il-waqfien mill-ġlied fil-Gwerra tal-Vjetnam u l-irtirar tat-truppi Amerikani."[6][65]
  Lê Đức Thọ
(1911–1990)
Vjetnam ta' Fuq
1974   Seán MacBride
(1904–1988)
Irlanda "għall-interess qawwi lejn id-drittijiet tal-bniedem bil-pilotaġġ tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem permezz tal-Kunsill tal-Ewropa, l-għajnuna fl-iffundar u t-tmexxija tal-Amnesty International u talli serva bħala segretarju-ġenerali tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi."[66][6]
  Eisaku Satō
(1901–1975)
Ġappun "għar-rinunzja tal-għażla nukleari għall-Ġappun u l-isforzi tiegħu lejn ir-rikonċiljazzjoni reġjonali."[66][6]
1975   Andrei Sakharov
(1921–1989)
Unjoni Sovjetika "għall-isforzi tiegħu favur id-drittijiet tal-bniedem, iż-żarmar tal-armi u għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi kollha."[67]
1976   Betty Williams
(1943–2020)
Renju Unit "għal xogħolhom bħala ko-fundaturi tal-Community of Peace People, organizzazzjoni ddeddikata lejn soluzzjoni paċifika tal-kwistjoni tal-Iralnda ta' Fuq."[68]
  Mairead Corrigan
(twieldet fl-1944)
1977 Amnesty International
(imwaqqfa fl-1961)
Renju Unit "għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-priġunieri tal-kuxjenza."[6][69]
1978   Muhammad Anwar el-Sadat
(1918–1981)
Eġittu "għall-Ftehim ta' Camp David li wasslu għal paċi innegozjata bejn l-Eġittu u l-Iżrael."[70]
  Menachem Begin
(1913–1992)
Iżrael
1979   Madre Tereża
(1910–1997)
Indja "għal xogħolha fil-ġlieda kontra l-faqar u l-uġigħ, li lkoll huma theddida għall-paċi."[71]
1980   Adolfo Pérez Esquivel
(twieled fl-1931)
Arġentina "għall-isforzi tiegħu lejn id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u għall-oppożizzjoni tiegħu tal-aħħar dittatorjat fl-Arġentina."[72][6]
1981   Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati
(imwaqqaf fl-1950)
Ġnus Magħquda "għax-xogħol kontinwu u effettiv mar-refuġjati."[73]
1982   Alva Myrdal
(1902–1986)
Żvezja "għal xogħolhom fin-negozjati tal-Ġnus Magħquda għaż-żarmar tal-armi, fejn it-tnejn li huma lagħbu rwol kruċjali u rċievu rikonomexximent internazzjonali."[74][75]
  Alfonso García Robles
(1911–1991)
Messiku
1983   Lech Wałęsa
(twieled fl-1943)
Polonja "għall-kontribuzzjoni u s-sagrifiċċju personali sabiex jassigura d-dritt tal-ħaddiema li jistabbilixxu l-organizzazzjonijiet tagħhom."[76]
1984   Desmond Tutu
(twieled fl-1931)
Afrika t'Isfel "għar-rwol tiegħu bħala figura ta' għaqda fil-kampanja sabiex tissolva l-problema tal-apartheid fl-Afrika t'Isfel."[77]
1985   Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Fiżiċi għall-Prevenzjoni ta' Gwerra Nukleari
(imwaqqfa fl-1980)
Stati Uniti "għall-informazzjoni awtorevoli u talli ħolqu għarfien fuq il-konsegwenzi katastrofiċi ta' gwerrer bil-bombi atomiċi."[78]
1986   Elie Wiesel
(1928–2016)
Stati Uniti "għall-isforzi mingħajr heda kontra l-vjolenza, ir-ripressjoni u r-razziżmu."[79]
1987   Óscar Arias
(twieled fl-1940)
Kosta Rika "għal xogħlu favur il-paċi fl-Amerika Ċentrali, sforzi li wasslu għall-ftehim iffirmat fil-Gwatemala fis-7 ta' Awwissu ta' din is-sena."[80]


1988   Forzi tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-Żamma tal-Paċi
(imwaqqfa fl-1945)
Ġnus Magħquda "għall-isforzi tagħhom li għamlu kontribut importanti lejn it-twettiq ta' wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Ġnus Magħquda."[81][82]
1989   Tenzin Gyatso, l-14 Dalai Lama
(twieled fl-1935)
Indja[83] "għall-ġlieda mhux vjolenti favur il-ħelsien tat-Tibet u t-tħabrik lejn soluzzjonijiet paċifiċi bbażati skont it-tolleranza u r-rispett reċiproku sabiex jiġi ppreservat il-wirt storiku u kulturali tal-poplu tiegħu."[84][85]
1990   Mikhail Gorbachev
(twieled fl-1931)
Unjoni Sovjetika "għar-rwol prinċipali fil-proċess ta' paċi li llum jikkaratterizza partijiet importanti tal-komunità internazzjonali."[86]
1991   Aung San Suu Kyi
(twieldet fl-1945)
Burma "għall-ġlieda mhux vjolenti favur id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem."[87]
1992   Rigoberta Menchú
(twieldet fl-1959)
Gwatemala "għal xogħolha favur il-ġustizzja soċjali u r-rikonċiljazzjoni etno-kulturali bbażata fuq ir-rispett lejn id-drittijiet tal-popli indiġeni."[88]
1993   Nelson Mandela
(1918–2013)
Afrika t'Isfel "għal xogħolhom biex jintemm ir-reġim tal-apartheid u talli fasslu l-pedamenti tal-Afrika t'Isfel demokratika."[89]
  Frederik Willem de Klerk
(twieled fl-1936)
Afrika t'Isfel
1994   Yasser Arafat
(1929–2004)
Palestina "sabiex jiġi onorat att politiku li wassal għal kuraġġ kbir miż-żewġ naħat, u li fetaħ opportunitajiet għal żvilupp ġdid lejn fraternità fil-Lvant Nofsani."[90]
  Yitzhak Rabin
(1922–1995)
Iżrael
  Shimon Peres
(1923–2016)
Iżrael
1995   Joseph Rotblat
(1908–2005)
Polonja "għall-isforzi tagħhom sabiex inaqqsu l-irwol tal-armi nukleari fil-politika internazzjonali u fit-tul, sabiex jiġu eliminati l-armi."[91]
  Konferenzi ta' Pugwash dwar ix-Xjenza u l-Affarijiet tad-Dinja Kanada
1996   Carlos Filipe Ximenes Belo
(twieled fl-1948)
Timor tal-Lvant "għal xogħolhom lejn soluzzjoni paċifika u ġusta tal-kunflitt f'Timor tal-Lvant."[92]
  José Ramos-Horta
(twieled fl-1949)
Timor tal-Lvant
1997   Kampanja Internazzjonali għall-Projbizzjoni tal-Mini Kontra l-Persunal
(imwaqqfa fl-1992)
Żvizzera "għal xogħolhom lejn il-projbizzjoni u t-tneħħija ta' mini kontra l-persunal."[93]
  David Trimble
(twieled fl-1944)
Renju Unit
1999   Médecins Sans Frontières Żvizzera "bħala rikonoxximent tax-xogħol umanitarju f'diversi kontinenti."[94]
2000   Kim Dae-jung
(1924–2009)
Korea t'Isfel "għal xogħlu favur id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-Korea t'Isfel u fl-Asja tal-Lvant, u partikularment għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni mal-Korea ta' Fuq."[95]
2001   Ġnus Magħquda Ġnus Magħquda "għal xogħolhom favur dinja iktar organizzata u paċifika."[96]
  Kofi Annan
(1938–2018)
Gana
2002   Jimmy Carter
(twieled fl-1924)
Stati Uniti "għal deċennji ta' xogħol bla heda sabiex isib soluzzjonijiet paċifiċi f'kunflitti internazzjonali, fl-avvanz tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u biex jippromwovi żvilupp ekonomiku u soċjali."[97]
2003   Shirin Ebadi
(twieldet fl-1947)
Iran "għall-isforzi tagħha għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, partikularment għad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal."[98]
2004   Wangari Muta Maathai
(1940–2011)
Kenja "għall-kontribuzzjoni tagħha lejn żvilupp sostenibbli, id-demokrazija u l-paċi."[99]
2005   Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika
(imwaqqfa fl-1957)
Ġnus Magħquda "għall-isforzi tagħhom sabiex jipprevjenu l-enerġika nukleari milli tiġi wżata għal skopijiet militari u sabiex jassiguraw li l-enerġija nukleari tiġi wżata bl-iktar mod sigur għal raġunijiet paċifiċi."[100]
  Mohamed ElBaradei
(twieled fl-1942)
Eġittu
2006   Muhammad Yunus
(twieled fl-1940)
Bangladexx "talli avvanzaw l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali għall-foqra, speċjalment in-nisa, permezz tax-xogħol tal-mikrokreditu."[101]
  Grameen Bank
(imwaqqaf fl-1983)
Bangladexx
2007   Grupp Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima
(imwaqqaf fl-1988)
Ġnus Magħquda "għall-isforzi tagħhom sabiex jibnu u jifirxu għarfien ikbar dwar il-bidla fil-klima magħmula mill-bniedem, u sabiex ifasslu l-pedamenti għall-miżuri neċessarji sabiex jiġġieldu din il-bidla."[102]
  Al Gore
(twieled fl-1948)
Stati Uniti
2008   Martti Ahtisaari
(twieled fl-1937)
Finlandja "għall-isforzi tiegħu f'diversi kontinenti matul tliet deċennji sabiex isolvi kunflitti internazzjonali."[103]
2009   Barack Obama
(twieled fl-1961)
Stati Uniti "għall-isforzi straordinarji sabiex tissaħħaħ id-diplomazija internazzjonali u l-kooperazzjoni bejn il-popli."[104]
2010 Liu Xiaobo
(1955–2017)
Ċina "għall-ġlieda fit-tul mingħajr vjolenza favur id-drittijiet fundamentali tal-bniedem fiċ-Ċina."[105]
2011   Ellen Johnson Sirleaf
(twieldet fl-1938)
Liberja "għall-ġlieda mhux vjolenti favur is-sigurtà tan-nisa u għad-drittijiet tan-nisa li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-qasam tal-ħolqien tal-paċi."[106]
  Leymah Gbowee
(twieldet fl-1972)
  Tawakkul Karman
(twieldet fl-1979)
Jemen
2012   Unjoni Ewropea
(imwaqqfa fl-1958)
Unjoni Ewropea "għall-kontribuzzjoni f'sitt deċennji lejn il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa."[107]
2013   Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi
(imwaqqfa fl-1997)
Netherlands[108] "għall-isforzi estensivi sabiex jiġu eliminati l-armi kimiċi."[109]
2014   Kailash Satyarthi
(twieled fl-1954)
Indja "għall-ġlieda kontra t-trażżin tat-tfal u ż-żgħażagħ u għad-dritt tal-edukazzjoni għal kull tifel u tifla."[110]
  Malala Yousafzai
(twieldet fl-1997)
Pakistan
2015   Kwartett għad-Djalogu Nazzjonali Tuneżin
(2013–2014)
Tuneżija "għall-kontribuzzjoni deċiżiva fil-bini ta' demokrazija pluralistika fit-Tuneżija wara r-rivoluzzjoni tal-2011."[111]
2016   Juan Manuel Santos
(twieled fl-1951)
Kolombja "għall-isforzi riżoluti sabiex itemm il-gwerra ċivili fil-pajjiż ta' iktar minn 50 sena, gwerra li ħadet il-ħajja ta' minn tal-inqas 220,000 Kolombjan u spostat madwar sitt miljun ruħ."[112]
2017   Kampanja Internazzjonali għall-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari
(imwaqqfa fl-2007)
Żvizzera "għal xogħolha sabiex tattira l-attenzjoni lejn il-konsegwenzi umanitarji katastrofiċi tal-użu tal-armi nukleari u għall-isforzi innovattivi sabiex iwasslu l-projbizzjoni ta' dawn l-armi permezz ta' trattati."[113]
2018   Denis Mukwege
(twieled fl-1955)
Repubblika Demokratika tal-Kongo "għall-isforzi tagħhom sabiex itemmu l-użu tal-vjolenza sesswali fil-kunflitti tal-armi u l-gwerrer."[114]
  Nadia Murad
(twieldet fl-1993)
Iraq
2019   Abiy Ahmed
(twieled fl-1976)
Etjopja "għall-isforzi tiegħu sabiex jikseb l-paċi u l-kooperazzjoni internazzjonali, u partikularment għall-inizzjattiva deċiżiva sabiex isolvi il-kunflitt tal-konfini mal-pajjiż ġirien tal-Eritrea."[115]
2020   Programm Dinji tal-Ikel
(imwaqqaf fl-1961)
Ġnus Magħquda "għall-isforzi tagħħhom sabiex jiġġieledu il-ġuħ, għall-kontribuzzjoni fit-titjib tal-paċi f'żoni affettwati mill-kunflitt u talli aġixxew bħala fattur ewlieni fl-isforzi sabiex jipprevjeni l-użu tal-ġuħ bħala arma f'kunflitti u gwerrer."[116]

Referenzi immodifika

  1. ^ "The Nobel Peace Prize 1901". NobelPrize (bl-Ingliż). 1972. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-01-02. Miġbur 2016-03-19.
  2. ^ "Nobel Peace Prize", The Oxford Dictionary of Twentieth Century World History
  3. ^ "Nomination for the Nobel Peace Prize" (bl-Ingliż). Fondazzjonii Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-08-30. Miġbur 2009-09-10.
  4. ^ "Who may submit nominations?" (bl-Ingliż). Il-Kumitat Norveġiż tan-Nobel. 2007-10-08. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-30. Miġbur 2009-09-10.
  5. ^ "How are Laureates selected?" (bl-Ingliż). Il-Kumitat Norveġiż tan-Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-08-31. Miġbur 2009-09-10.
  6. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i ie j k l m n o p q r s t u v w x ż z aa ab ad ae af ag ah ai aj ak al Lundestad, Geir (2001-03-15). "The Nobel Peace Prize, 1901–2000" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  7. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1901" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  8. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1902" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  9. ^ "The Nobel Peace Prize 1903" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  10. ^ "The Nobel Peace Prize 1904" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  11. ^ "The Nobel Peace Prize 1905" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  12. ^ "The Nobel Peace Prize 1906" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  13. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1907" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  14. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1908" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  15. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1909" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  16. ^ "Award Ceremony Speech (1910)" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  17. ^ "The Nobel Peace Prize 1910" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  18. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1911" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  19. ^ "The Nobel Peace Prize 1912" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  20. ^ "The Nobel Peace Prize 1913" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  21. ^ "The Nobel Peace Prize 1917" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  22. ^ "The Nobel Peace Prize 1919" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-12-04. Miġbur 2011-10-06.
  23. ^ "The Nobel Peace Prize 1920" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  24. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1921" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  25. ^ Stan, Fredrik. "Award Ceremony Speech (1922)" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-13. Miġbur 2011-10-10.
  26. ^ "The Nobel Peace Prize 1922" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  27. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1925" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  28. ^ "The Nobel Peace Prize 1926" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-08. Miġbur 2011-10-06.
  29. ^ "The Nobel Peace Prize 1927" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  30. ^ "The Nobel Peace Prize 1929" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  31. ^ "The Nobel Peace Prize 1930" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  32. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1931" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  33. ^ "The Nobel Peace Prize 1933" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  34. ^ "The Nobel Peace Prize 1934" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  35. ^ "The Nobel Peace Prize 1935" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  36. ^ "The Nobel Peace Prize 1936" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  37. ^ "The Nobel Peace Prize 1937" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2011-10-06.
  38. ^ Stang, Fredrik. "Award Ceremony Speech (1938)" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-19. Miġbur 2011-10-06.
  39. ^ Jahn, Gunnar. "Award Ceremony Speech (1944)" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-15. Miġbur 2011-10-06.
  40. ^ "The Nobel Peace Prize 1944" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-03-20. Miġbur 2019-06-21.
  41. ^ Jahn, Gunnar. "Award Ceremony Speech (1945)" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-31. Miġbur 2011-10-06.
  42. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1946" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-18. Miġbur 2008-11-12.
  43. ^ a b Jahn, Gunnar. "Award Ceremony Speech (1947)" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-11-09. Miġbur 2011-10-06.
  44. ^ Abrams, Irwin (1991). "The Quaker Peace Testimony and the Nobel Peace Prize" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-24. Miġbur 2018-11-24.
  45. ^ Tønnesson, Øyvind (1999-12-01). "Controversies Mahatma Gandhi, the Missing Laureate" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-09-20. Miġbur 2011-10-06.
  46. ^ "The Nobel Peace Prize 1949" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-11-04. Miġbur 2008-11-12.
  47. ^ "The Nobel Peace Prize 1950" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2008-11-12.
  48. ^ "The Nobel Peace Prize 1951" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2008-11-12.
  49. ^ "The Nobel Peace Prize 1952" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-18. Miġbur 2020-01-06.
  50. ^ "The Nobel Peace Prize 1953" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-24. Miġbur 2008-11-12.
  51. ^ "The Nobel Peace Prize 1954" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-19. Miġbur 2008-11-12.
  52. ^ "The Nobel Peace Prize 1957" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2008-11-12.
  53. ^ "The Nobel Peace Prize 1958" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2008-11-12.
  54. ^ "The Nobel Peace Prize 1959" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-20. Miġbur 2008-11-12.
  55. ^ "The Nobel Peace Prize 1960" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2008-11-12.
  56. ^ "The Nobel Peace Prize 1961" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-11. Miġbur 2008-11-12.
  57. ^ "The Nobel Peace Prize 1962" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-24. Miġbur 2008-11-12.
  58. ^ "The Nobel Peace Prize 1963" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-24. Miġbur 2008-11-12.
  59. ^ "The Nobel Peace Prize 1964" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-11-11. Miġbur 2008-11-12.
  60. ^ "The Nobel Peace Prize 1965" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-23. Miġbur 2008-11-12.
  61. ^ "The Nobel Peace Prize 1968" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-22. Miġbur 2008-11-12.
  62. ^ "The Nobel Peace Prize 1969" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2008-11-12.
  63. ^ "The Nobel Peace Prize 1970" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2008-11-12.
  64. ^ "The Nobel Peace Prize 1971" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-24. Miġbur 2008-11-12.
  65. ^ "The Nobel Peace Prize 1973" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-17. Miġbur 2008-11-12.
  66. ^ a b "The Nobel Peace Prize 1974" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2008-11-12.
  67. ^ "The Nobel Peace Prize 1975" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-22. Miġbur 2008-11-12.
  68. ^ "The Nobel Peace Prize 1976" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-24. Miġbur 2008-11-12.
  69. ^ "The Nobel Peace Prize 1977" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-20. Miġbur 2008-11-12.
  70. ^ "The Nobel Peace Prize 1978" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-11-04. Miġbur 2008-11-12.
  71. ^ "The Nobel Peace Prize 1979". Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-10-16. Miġbur 2008-11-12.
  72. ^ "The Nobel Peace Prize 1980" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-24. Miġbur 2008-11-12.
  73. ^ "The Nobel Peace Prize 1981" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-19. Miġbur 2008-11-12.
  74. ^ "The Nobel Peace Prize 1982" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-12. Miġbur 2008-11-12.
  75. ^ "The Nobel Peace Prize 1982–Presentation Speech" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-08. Miġbur 2008-12-03.
  76. ^ "The Nobel Peace Prize 1983" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-17. Miġbur 2008-11-12.
  77. ^ "The Nobel Peace Prize for 1984" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-07-27. Miġbur 2018-05-11.
  78. ^ "The Nobel Peace Prize 1985" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-11. Miġbur 2008-11-12.
  79. ^ "The Nobel Peace Prize 1986" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-17. Miġbur 2008-11-12.
  80. ^ "The Nobel Peace Prize 1987" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-20. Miġbur 2008-10-20.
  81. ^ "The Nobel Peace Prize 1988" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-21. Miġbur 2008-11-12.
  82. ^ "The Nobel Peace Prize 1988–Press release" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. 1988-09-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-10. Miġbur 2008-11-28.
  83. ^ "Questions and answers on the Nobel Peace Prize - NobelPrize.org". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-04-14. Miġbur 2017-06-14.
  84. ^ "The Nobel Peace Prize 1989" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-07. Miġbur 2008-11-12.
  85. ^ "The Nobel Peace Prize 1989–Press release" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. 1989-10-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-23. Miġbur 2008-11-28.
  86. ^ "The Nobel Peace Prize 1990" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-19. Miġbur 2008-10-20.
  87. ^ "The Nobel Peace Prize 1991" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-21. Miġbur 2008-10-20.
  88. ^ "The Nobel Peace Prize 1992" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-19. Miġbur 2008-10-20.
  89. ^ "The Nobel Peace Prize 1993". Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-10-16. Miġbur 2008-10-20.
  90. ^ "Press Release- The Nobel Peace Prize 1994" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-11-04. Miġbur 2008-10-20.
  91. ^ "The Nobel Peace Prize 1995" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-21. Miġbur 2008-10-20.
  92. ^ "The Nobel Peace Prize 1996" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-19. Miġbur 2008-10-20.
  93. ^ "The Nobel Peace Prize 1997" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-24. Miġbur 2008-10-20.
  94. ^ "The Nobel Peace Prize 1999" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-08-21. Miġbur 2018-08-21.
  95. ^ "The Nobel Peace Prize 2000" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-19. Miġbur 2008-10-20.
  96. ^ "The Nobel Peace Prize 2001" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-17. Miġbur 2008-10-20.
  97. ^ "The Nobel Peace Prize 2002" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-17. Miġbur 2008-10-20.
  98. ^ "The Nobel Peace Prize 2003" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-21. Miġbur 2008-10-20.
  99. ^ "The Nobel Peace Prize 2004" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-19. Miġbur 2008-10-20.
  100. ^ "The Nobel Peace Prize 2005" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-19. Miġbur 2008-10-20.
  101. ^ "The Nobel Peace Prize 2006" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-17. Miġbur 2008-10-20.
  102. ^ "The Nobel Peace Prize 2007" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-16. Miġbur 2008-10-20.
  103. ^ "The Nobel Peace Prize 2008" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-02-08. Miġbur 2008-10-10.
  104. ^ "The Nobel Peace Prize 2009" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-11. Miġbur 2009-10-09.
  105. ^ "The Nobel Peace Prize 2010" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-02.
  106. ^ "The Nobel Peace Prize 2011" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-07-28. Miġbur 2011-10-07.
  107. ^ "The Nobel Peace Prize 2012" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-10. Miġbur 2012-10-12.
  108. ^ "Organisation for the Prohibition of Chemical Weapons Facts" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-02. Miġbur 2018-12-09.
  109. ^ "The Nobel Peace Prize 2013" (PDF) (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2013-10-11. Miġbur 2013-10-11.
  110. ^ "The Nobel Peace Prize 2014" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-10-10. Miġbur 2014-10-10.
  111. ^ "The Nobel Peace Prize 2015" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-10-09. Miġbur 2015-10-09.
  112. ^ "The Nobel Peace Prize 2016" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-10-07. Miġbur 2016-10-07.
  113. ^ "The Nobel Peace Prize 2017 - Press Release". www.nobelprize.org (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-06. Miġbur 2017-10-06.
  114. ^ "The Nobel Peace Prize 2018 - Press Release". www.nobelprize.org (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-10-05. Miġbur 2018-10-05.
  115. ^ "Abiy Ahmed Ali. Facts" (bl-Ingliż). Fondazzjoni Nobel. Miġbur 2019-10-19.
  116. ^ "The Nobel Peace Prize 2020". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2020-10-09.

Ħoloq esterni immodifika