Ħamrun Spartans FC
Ħamrun Spartans Football Club hu klabb tal-futbol Malti bbażat il-Ħamrun. It-tim rebaħ l-Ewwel Diviżjoni Maltija fl-2007. Wara l-promozzjoni għal-Premier League Malti lis-Spartans spiċċaw fis-6 post fl-2008 u rnexxielhom jibqgħu fl-ogħla diviżjoni s'issa.
Isem sħiħ | Ħamrun Spartans Football Club | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra | Spartans | |||
Fundazzjoni | 1907 | |||
Grawnd | Grawnd Victor Tedesco, Ħamrun | |||
President | Joseph Portelli | |||
Kowċ | Luciano Zauri | |||
Kampjonat | BOV Premier League | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Minn meta beda fl-1907, il-Ħamrun Spartans rebħu total ta' 7 kampjonati . Huma ġew ukoll runners-up għal 11-il darba.
Wieħed mill-istillel fl-istorja tal-klabb, Stefan Sultana, skorja total ta' 252 gowls fil-karriera tiegħu (Waqt li lagħab għall-Ħamrun Spartans), li ġie l-aktar plejer Malti li skorja gowls (mit-12 ta' Mejju, 2007).
Storja
immodifikaĦamrun Spartans bdew jilgħabu l-futbol fl-1907. Fl-istaġun 1913-14, Ħamrun Spartans kien diġà tim stabbilit u rebħu t-titolu min għand St. George's minħabba r-regola tal-gowls barra mid-dar. It-tieni suċċess tal-Kampjonat tagħhom kien erba' snin wara meta spiċċaw mill-ġdid konġunti fil-quċċata tal-Klassifika ma' St George's. Din id-darba l-Ħamrun kienu ċ-Ċampjins ta' Malta għax rebħu lil St George's fill-play-off. L-aħjar plejer tal-Ħamrun dak iż-żmien kien Gejtu Psaila, magħruf bħala l-Ħaċċa. Fl-20 u 30, il-klabb għadda minn perijodu diffiċli meta il-plejers tal-Ħamrun ħallew il-klabb biex immoru ġo klabbs oħra. L-ikbar rivali tal-Ħamrun kienu l-ġirien tal-Marsa.
Tim ġdid, Ħamrun Liberty ġie iffurmat u fi ftit ta' snin, Ħamrun Liberty kienu fost l-aqwa fil-futbol Malti. Mar-ritorn tagħhom għall-Ewwel Diviżjoni fl-1946-47, il-klabb bidel ismu għal Ħamrun Spartans. Rebħu t-Trofew Johnnie Walker u t-Tazza Cassar. Huma rebħu t-Tazza Cassar darb'oħra fl-istaġun 1948-1949. Bejn l-1947 u 1952, kienu erba' darbiet runners-up.
It-tim beda nieżel fis-60 sakemm ġew relegati fl-istaġun 1969-70. Wara li jirritorna għall-Ewwel Diviżjoni, kienu relegati għal darb'oħra fl-1974. Madankollu, wara sentejn fit-Tieni Diviżjoni, kienu lura fl-Ewwel Diviżjoni.
Fil-75 anniversarju, fl-istaġun 1982-83, il-klabb kien lura fil-quċċata meta rebaħ it-titolu wara assenza ta' 36 sena. Il-Ħamrun Spartans irnexxielhom ukoll jirbħu l-FA Trophy matul dak l-istaġun. Dan kien il-bidu tal-era taħt il-gwida tal-President Victor Tedesco. It-tim ġie msaħħaħ bl-aqwa plejers bħal Ġiġi Salerno, Raymond u Ġorġ Xuereb, Edwin Farrugia, Raymond Vella (li kien taħt self minn Marsa), Joe Brincat u Carlo Seychell. Alfred Cardona kien il-kowċ tagħhom. Wara ħafna tilwim mad-Diviżjoni tal-Immigrazzjoni, Victor Tedesco irnexxielu jiffirma żewġ barranin, żewġ plejers Inglizi Peter Hatch u John Linacre - l-ewwel barranin li lagħabu fuq il-gżira wara perjodu twil.
Il-Ħamrun stabbilixxew rekord ġdid li huwa l-unika tim lokali biex li kemm home u kemm away f'kompetizzjoni tal-UEFA wara li għelbu lil-Ballymena United tal-Irlanda ta' Fuq. F'għaxar snin il-Ħamrun irrnexxielhom jirbħu 3 titoli tal-kampjonat nazzjonali, 3 FA Trophies, u 3 Super Euro Cups.
Wara kampanji suċċessivi bħal dawn, lis-Spartans iffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji. It-tim kellu jittrasferixxi l-aqwa plejers tiegħu sakemm finalment kienu relegat għall-Ewwel Diviżjoni fl-1998-1999. Wara sena, dawn kienu promossi lura għall-Premier League wara li rebaħ l-ewwel titolu tal-Ewwel Diviżjoni.
L-aħħar erba' staġuni kienu snin tilgħajn u niżlin. Huma kienu relegati għall-Ewwel Diviżjoni fi tmiem tal-istaġun 2003/2004, imma reġgħu saru ċampjins promossi tal-Ewwel Diviżjoni fl-2004/05, imbagħad reġaw relegati mill-Premier League fl-istaġun 2005/06 u rebħu l-Ewwel Diviżjoni għal darb'oħra fl-2007.
Mill-istaġun 2007/2008 Ħamrun Spartans reġgħu ġew lura fil-ġlieda għall-unuri. Matul l-istaġun 2007/2008 il-Ħamrun kienu sodisfatti bil-gowls kollha tagħhom u spiċċaw fil-finali tal-FA trophy kontra Birkirkara li ġew telliefa b'differenza ta' gowl wieħed. Dan l-istaġun kien ukoll suċċess kbir għall-partitarji tal-Ħamrun wara li rebħu l-Malta Best Support Award.
Apparentement ġew imsaħħa f'diversi dipartimenti, il-Ħamrun immiraw li jiparteċipaw għal post fl-Ewropa fl-istaġun kurrenti. Madankollu, it-tim naqas milli jilħaq iċ-Championship pool. Fir-relegation pool Ħamrun bdew b'rebħa eċċellenti 3-0 kontra Msida, imbagħad sofrew telfa xokkanti ta' 1-5 kontra Tarxien. Erba' punti matul it-tliet logħbiet ma kinux biżżejjed biex jilħqu s-sigurtà, u fil-logħba finali eżawriti l-Ħamrun kienu megħluba faċilment minn Qormi. Ma' Tarxien u Msida wkoll leħqu 16-il punt wara d-dro bejniethom, Ħamrun Spartans kienu relegati fuq l-agħar rekord tar-ras għal ras. Fortunatament għal Ħamrun Spartans, il-każijiet ta' korruzzjoni li jinvolvu l-klabbs ta' Vittoriosa Stars u Marsaxlokk kienu t-tnejn "relegati" imma t-timijiet baqgħu fil-Premier League għall-istaġun 2009-2010.
Il-Ħamrun fl-istaġun 2009-2010 għamel suċċess billi siċċa fit-8 pożizzjoni fil-Premier League Malti bl-aħħar logħba tar-Relegation Pool kontra l-Imsida bir-riżultat finali ta' 2-2. Ħamrun kienu ukoll fis-semi finali tal-FA Trophy f'dak l-istaġun.
Plejers notevoli
immodifikaKompetizzjonijiet fl-Ewropa
immodifikaUEFA Cup Winners' Cup
immodifikaStaġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Home | Away | Aggregat |
---|---|---|---|---|---|---|---|
1984-85 | UEFA Cup Winners' Cup | 1. Rawnd | Ballymena United | 2-1 | 1-0 | 3-1 | |
2. Rawnd | FC Dynamo Moscow | 0-1 | 0-5 | 0-6 | |||
1989-90 | UEFA Cup Winners' Cup | 1. Rawnd | Real Valladolid | 0-1 | 0-5 | 0-6 | |
1992-93 | UEFA Cup Winners' Cup | Rawnd tal-Kwalifikazzjoni | NK Maribor | 2-1 | 0-4 | 2-5 |
UEFA Cup
immodifikaStaġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Home | Away | Aggregat |
---|---|---|---|---|---|---|---|
1985-86 | UEFA Cup | 1. Rawnd | KS Dinamo Tirana | 0-0 | 0-1 | 0-1 |
UEFA Champions League
immodifikaStaġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Home | Away | Aggregat |
---|---|---|---|---|---|---|---|
1983-84 | European Cup | 1. Rawnd | Dundee United | 0-3 | 0-3 | 0-6 | |
1987-88 | European Cup | 1. Rawnd | SK Rapid Wien | 0-1 | 0-6 | 0-7 | |
1988-89 | European Cup | 1. Rawnd | KF Tirana | 2-1 | 0-2 | 2-3 | |
1991-92 | European Cup | 1. Rawnd | SL Benfica | 0-6 | 0-4 | 0-10 |
Unuri
immodifikaRebbieħa (10)
- 1913-14, 1917–18, 1946–47, 1982–83, 1986–87, 1987–88, 1990–91, 2020/21, 2022/23, 2023/24
Runners-up (11)
- Euro Challenge:
Rebbieħa (5):
- 1985, 1988, 1991, 1992
Runners-up (3)
- MFA Super 5 Lottery Tournament:
Rebbieħa (1):
- 1991/1992
Runners-up (2)
- U*Bet FA Trophy:
Rebbieħa (6):
- 1982-83, 1983–84, 1986–87, 1987–88, 1988–89, 1991-92
- Tazza Cassar:
Rebbieħa (2):
- 1947/47, 1948/49
- Super Cup:
Rebbieħa (5):
- 1986-87, 1987–88, 1988–89, 1990–91, 1991-92