Joseph Brincat (twieled fil-5 ta' Marzu 1970[1]) huwa eks-futboler professjonali Malti li deher f'iktar minn mitt logħba f'isem it-tim nazzjonali Malti.[2] Hu lagħab għal ħafna klabbs inklużi Ħamrun Spartans, Floriana, Birkirkara, u Sliema Wanderers.

Joe Brincat
Informazzjoni personali
Twelid5 ta' Marzu 1970 (1970-03-05) (54 sena)
Tal-Pietà, Malta
Tul1.74 m
RwolMidfilder offensiv
Karriera professjonali
SninKlabb
1986–1994Ħamrun Spartans
1995–1997Floriana
1998–2002Birkirkara
2002–2006Sliema Wanderers
2006–2007Floriana
Tim nazzjonali
1988–2004Malta
Timijiet ikkowċjati
2009–2010San Ġwann

Karriera internazzjonali immodifika

Brincat lagħab 103 darba għat-tim nazzjonali tal-futbol Malti u skorja ħames gowls. Huwa għamel id-debutt tiegħu f'Ottubru tal-1987 meta t-tim nazzjonali, taħt il-kowċ Gencho Dobrev, lagħbu kontra l-Ingilterra B li rebħu 2–0. L-aħħar logħba tiegħu man-nazzjonal waslet fl-2004 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Moldova. Brincat huwa fir-raba' post fil-lista ta' preżenzi ta' kull żmien għat-tim nazzjonali Malti.

Ħajja personali immodifika

Huwa miżżewweġ lil Rita u għandu żewġt ibniet – Beverly (twieldet fl-1995) u Mariah (twieldet fl-1999).[3]

Referenzi immodifika

  1. ^ "International Appearances - Trivia" (bl-Ingliż). RSSSF.
  2. ^ "National 'A' Players Appearances" (bl-Ingliż). Maltese Football Association. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-03. Miġbur 2013-09-19.
  3. ^ "Sliema had been courting Brincat for eight years" (bl-Ingliż). Malta Today. 2002-06-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-27. Miġbur 2013-03-28.

Ħoloq esterni immodifika