Joe Brincat (futboler)
Joseph Brincat (twieled fil-5 ta' Marzu 1970[1]) huwa eks-futboler professjonali Malti li deher f'iktar minn mitt logħba f'isem it-tim nazzjonali Malti.[2] Hu lagħab għal ħafna klabbs inklużi Ħamrun Spartans, Floriana, Birkirkara, u Sliema Wanderers.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 5 ta' Marzu 1970 Tal-Pietà, Malta | ||
Tul | 1.74 m | ||
Rwol | Midfilder offensiv | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1986–1994 | Ħamrun Spartans | ||
1995–1997 | Floriana | ||
1998–2002 | Birkirkara | ||
2002–2006 | Sliema Wanderers | ||
2006–2007 | Floriana | ||
Tim nazzjonali | |||
1988–2004 | Malta | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
2009–2010 | San Ġwann |
Karriera internazzjonali
immodifikaBrincat lagħab 103 darba għat-tim nazzjonali tal-futbol Malti u skorja ħames gowls. Huwa għamel id-debutt tiegħu f'Ottubru tal-1987 meta t-tim nazzjonali, taħt il-kowċ Gencho Dobrev, lagħbu kontra l-Ingilterra B li rebħu 2–0. L-aħħar logħba tiegħu man-nazzjonal waslet fl-2004 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Moldova. Brincat huwa fir-raba' post fil-lista ta' preżenzi ta' kull żmien għat-tim nazzjonali Malti.
Ħajja personali
immodifikaHuwa miżżewweġ lil Rita u għandu żewġt ibniet – Beverly (twieldet fl-1995) u Mariah (twieldet fl-1999).[3]
Referenzi
immodifika- ^ "International Appearances - Trivia" (bl-Ingliż). RSSSF.
- ^ "National 'A' Players Appearances" (bl-Ingliż). Maltese Football Association. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-03. Miġbur 2013-09-19.
- ^ "Sliema had been courting Brincat for eight years" (bl-Ingliż). Malta Today. 2002-06-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-27. Miġbur 2013-03-28.
Ħoloq esterni
immodifika- Joe Brincat fuq National-Football-Teams.com