Stefan Sultana (twieled fit-18 ta' Lulju 1968) huwa eks-plejer tal-futbol, fejn barra li qatta' l-aqwa perjodu tal-karriera tiegħu mal-klabb ta' Ħamrun Spartans, hu wkoll iżomm ir-rekord tal-aktar numru ta' gowls skurjati fil-Premier League Malti.

Stefan Sultana
Informazzjoni personali
Twelid18 ta' Lulju 1968 (1968-07-18) (56 sena)
Ħamrun, Malta
Tul1.80 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1983–1998Ħamrun Spartans
1998–2002Hibernians
2002–2009Ħamrun Spartans
2010Xewkija Tigers
Tim nazzjonali
1991–2000Malta

Karriera

immodifika

Stefan tela' fi ħdan is-settur taż-żgħażagħ ta' Ħamrun Spartans, il-klabb tal-lokal tiegħu, u ddebutta mat-tim tal-kbar fit-28 ta' April 1985 f'telfa ta' 4–0 kontra Marsa. Minn dakinhar mar biex skorja 197 gowl fil-kampjonat Malti f'karriera illustri ta' 25 sena. Kien eżattament nhar il-5 ta' Frar 2003 li Sultana irnexxielu jegħleb ir-rekord, li kien f'idejn Tony Nicholl, bil-gowl numru 174 tal-karriera tiegħu fir-rebħa ta' 3–1 kontra Marsaxlokk. Wara li għal sentejn kien mal-klabb ta' Raħal Ġdid, Hibernians, qabel ma reġa' rritorna mal-Ħamrun, Stefan lagħab l-aħħar logħba tiegħu personali u mal-klabb Ħamruniż fit-3 ta' Mejju 2009, fit-telfa ta' 2–0 kontra Qormi.[1]

Wara l-irtirar

immodifika

Wara li rtira mil-logħba tal-futbol huwa baqa' nvolut f'dan il-kamp hekk kif ħa ħsieb it-tim ta' taħt is-17-il sena tal-Ħamrun.[2] Nhar id-9 ta' Ottubru 2009, saret partita ta' testimonjanza ġewwa l-Victor Tedesco Stadium f'ġieħ is-servizzi tal-istess Stefan Sultana. Il-partita kienet tinvolvi selezzjoni tat-tim nazzjonali Malti u selezzjoni oħra tat-tim Ħamruniż, li Stefan lagħab magħhom. It-tim tal-Ħamrun rebħu 3–0 bi Stefan Sultana jiskorja gowl minnhom.[3] It-tim tal-iSpartans ħabbru li n-numru 11 milbus minn Sultana matul il-karriera tiegħu kien se jiġi rtirat.[4]

Lura fl-azzjoni

immodifika

B'sorpriża kbira, Stefan Sultana issospenda l-irtirar tiegħu biex ingħaqad mal-klabb Għawdxi ta' Xewkija Tigers. Hu ffirma fil-15 ta' Marzu 2010, b'kuntratt sa tmiem l-istaġun. L-ewwel logħba mal-klabb mill-Ewwel Diviżjoni Għawdxija kienet fil-konfront mirbuħ bl-iskor ta' 2–0 kontra Għajnsielem.[5]

Internazzjonali

immodifika

Sultana, wara li kien deher xi logħbiet mat-tim Malti ta' taħt il-21 sena, iddebutta mat-tim nazzjonali A Malti nhar is-7 ta' Mejju 1991 fit-telfa ta' 4–1 kontra l-Iżlanda. Minn dakinhar irnexxielu jagħmel 33 dehra man-nazzjonal Malti fejn ħalla l-marka tiegħu għal erba' darbiet.

Statistika

immodifika
Klabb Staġun Preżenzi Gowls
Ħamrun Spartans 1983–84 6 0
1984–85 3 0
1985–86 7 0
1986–87 11 0
1987–88 13 5
1988–89 16 2
1989–90 15 11
1990–91 14 2
1991–92 17 22
1992–93 18 18
1993–94 18 13
1994–95 18 13
1995–96 17 10
1996–97 26 23
1997–98 25 8
1998–99 3 2
Total 227 129
Hibernians 1998–99 19 10
1999–00 22 6
2000–01 27 9
2001–02 1 0
Total 69 25
Ħamrun Spartans 2001–02 26 11
2002–03 24 11
2003–04 24 6
2004–05 0 0
2005–06 17 5
2007–08 21 8
2008–09 20 2
Total 132 43
Xewkija Tigers 2009–10 2 0
Total 2 0
Total tal-karriera 430 197
Ħamrun Spartans
Individwali
  • L-aqwa skorer tal-kampjonat: 1991–92

Referenzi

immodifika
  1. ^ Camilleri, Valhmor (2009-05-04). "Qormi retain status, Ħamrun doomed" (bl-Ingliż). Times of Malta.
  2. ^ Aquilina, Domenic (2009-10-08). "Sultana prepares for final farewell" (bl-Ingliż). UEFA.
  3. ^ "L-aħħar tislima lill-futbol għal Stefan Sultana". MaltaRightNow.com. 2009-10-10.
  4. ^ "Sultana testimonial at Tedesco Stadium" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-10-10.
  5. ^ Grima, Joseph (2010-03-21). "5-star performance by the Tigers!" (bl-Ingliż). Xewkija Tigers FC. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04.

Ħoloq esterni

immodifika