Villaġġi Antiki tat-Tramuntana tas-Sirja

grupp ta' insedjamenti abbandunati fil-Majjistral tas-Sirja

Il-Villaġġi Antiki tat-Tramuntana tas-Sirja, magħrufa wkoll bħala l-Bliet Mejtin (bl-Għarbi: المدن الميتة) jew il-Bliet Minsijin (bl-Għarbi: المدن المنسية) huma grupp ta' 700 insedjament abbandunat fil-Majjistral tas-Sirja bejn Aleppo u Idlib. Madwar 40 villaġġ raggruppati fi tmien parks arkeoloġiċi li jinsabu fil-Majjistral tas-Sirja jagħtu ħjiel dwar il-ħajja rurali fl-aħħar ta' żmien il-qedem u matul żmien il-Biżantini. Il-biċċa l-kbira tal-villaġġi, li jmorru lura għas-sekli 1 sa 7 W.K., ġew abbandunati bejn is-sekli 8 u 10 W.K. L-insedjamenti jinkludu l-fdalijiet arkitettoniċi ppreservati sew ta' abitazzjonijiet, tempji pagani, knejjes, ċisterni, banjijiet, eċċ. Fost l-iżjed bliet mejtin importanti hemm il-Knisja ta' San Xmun Stilites, Serjilla u al Bara.

Veduta ta' Serjilla.

Il-Bliet Mejtin jinsabu f'żona elevata tal-ġebla tal-ġir magħrufa bħala l-Għoljiet tal-Ġebla tal-Ġir. Dawn l-insedjamenti tal-qedem ikopru żona wiesgħa 20-40 kilometru (12-25 mil) u twila xi 140 kilometru (87 mil). L-Għoljiet jinkludu tliet gruppi ta' artijiet għoljin: l-ewwel huwa l-grupp tat-Tramuntana tal-Għolja ta' Xmun u tal-Għolja ta' Kurd; it-tieni grupp nofsani huwa l-grupp tal-Muntanji Harim; u t-tielet grupp tan-Nofsinhar huwa l-grupp tal-Muntanja Zawiya.

 
Il-pożizzjoni tal-Bliet Mejtin fil-Majjistral tas-Sirja.

Chris Wickham, fl-istħarriġ awtorevoli tad-dinja post-Rumana, "Framing the Early Middle Ages" (L-inkwadrar tal-Medju Evu Bikri; 2006) isostni li dawn kienu insedjamenti ta' raħħala għonja li ma fihom l-ebda karatteristika speċifikament urbana jew ftit li xejn. Il-fdalijiet impressjonanti tal-arkitettura domestika huma r-riżultat tal-prosperità tar-raħħala li gawdew minn kummerċ internazzjonali b'saħħtu fiż-żejt taż-żebbuġa lejn l-aħħar ta' żmien il-qedem.

Argument ieħor hu li dawn kienu bliet għonja li ffjorixxew peress li kienu jinsabu tul rotot kummerċjali ewlenin fl-Imperu Biżantin, u mhux sempliċement insedjamenti tar-raħħala. Wara l-ħakma tal-Għarab, ir-rotot kummerċjali nbidlu, u b'hekk dawn il-villaġġi tilfu l-maġġoranza tan-negozju li kien isostni l-ekonomiji tagħhom. Skont dan il-ħsieb, l-insedjaturi eventwalment abbandunaw il-villaġġi tagħhom favur bliet oħra li kienu qed jiffjorixxu taħt l-Għarab u l-Umajjad biż-żieda tal-urbanizzazzjoni.

Il-villaġġi antiki juru t-tranżizzjoni mid-dinja pagana tal-qedem tal-Imperu Ruman għall-Kristjaneżmu Biżantin.

Il-villaġġi antiki tat-Tramuntana tas-Sirja tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.[1]

Qabel il-Gwerra Ċivili Sirjana l-biċċa l-kbira tas-siti kienu saru faċilment aċċessibbli, il-maġġoranza tal-bliet mejtin kienu ppreservati sew u t-turisti setgħu jaċċessaw is-siti pjuttost liberament, minkejja li wħud mill-villaġġi huma pjuttost diffiċli li jintlaħqu mingħajr gwida (hemm ktieb ta' gwida ta' Abdallah Hadjar b'mappa dettaljata li hija utli għas-siti inqas magħrufa; The Church of St Simeon Stylites and Other Archaeological Sites in the Mountains of Simeon and Halaqa).

Siti arkeoloġiċi

immodifika

Il-Bliet Mejtin u s-siti arkeoloġiċi fl-Għoljiet tal-Ġebla tal-Ġir jinkludu l-Knisja ta' San Xmun Stilites, Serjilla, Bara, Basufan, Barisha, Qalb Loze, Barad, Cyrrhus, Turmanin, Banabil, Kafr Aruq, Kafr Dariyan, Babuline, Hazarin, Jarada, Maghara, Shinan, Farkya, Ein Laruz, Ebla, Deir Sunbul, Al-Dana, Sarmada u Al-Dana.

L-Għolja ta' Xmun, l-Għolja ta' Kurd u l-Għolja ta' Ḥalqa

immodifika
Isem Ritratt Koordinati Governorat Noti
Barad   36°23′8″N 36°53′57″E / 36.38556°N 36.89917°E / 36.38556; 36.89917 (Barad, Syria) Aleppo Dan huwa insedjament tal-qedem, li jinsab 32 kilometru (20 mil) fil-Punent ta' Aleppo u li fih bosta bażiliki antiki; pereżempju, il-monasteru Maronit ta' San Ġiljan (399-402 W.K.) fejn jinsab is-santwarju ta' San Maron, u bażilika fit-Tramuntana tal-villaġġ li nbniet fil-561 W.K.
Barjaka jew Burj Suleiman   36°19′25.80″N 36°53′35.71″E / 36.323833°N 36.8932528°E / 36.323833; 36.8932528 (Barjaka) Aleppo Il-villaġġ jinsab 26 kilometru (16-il mil) fil-Majjistral ta' Aleppo. Is-sit fih fdalijiet ta' torri antik tal-eremiti u kappella ppreservata sew tas-seklu 6 W.K.
Basufan   36°20′26.69″N 36°52′33.11″E / 36.3407472°N 36.8758639°E / 36.3407472; 36.8758639 (Basufan) Aleppo
Batuta   36°18′21″N 36°53′14″E / 36.30583°N 36.88722°E / 36.30583; 36.88722 (Batuta) Aleppo Il-villaġġ ġie stabbilit fis-seklu 4 W.K. Sas-seklu 6 W.K. kellu żewġ knejjes u iktar minn tnax-il binja oħra tal-ġebel.
Baziher 36°19′7″N 36°52′29″E / 36.31861°N 36.87472°E / 36.31861; 36.87472 (Baziher) Aleppo
Monasteru ta' Benastur   36°18′12.00″N 36°55′23.00″E / 36.30333°N 36.92306°E / 36.30333; 36.92306 (Benastur) Aleppo
Knejjes tal-villaġġ ta' Sheikh Suleiman   36°16′24.00″N 36°54′36.00″E / 36.27333°N 36.91°E / 36.27333; 36.91 (Sheikh Suleiman) Aleppo It-tliet knejjes notevoli jinsabu 28 kilometru (17-il mil) fil-Punent ta' Aleppo: knisja fi stat ta' fdalijiet li tinsab fiċ-ċentru ta' villaġġ, bażilika tan-Nofsinhar ippreservata sew li kienet inbniet fis-602, u l-Knisja tal-Madonna tal-aħħar tas-seklu 5 W.K. li titqies bħala waħda mill-isbaħ knejjes fit-Tramuntana tas-Sirja. Hemm ukoll torri tal-eremiti fit-Tramuntana tat-tliet knejjes.
Knisja ta' San Xmun Stilites (Deir Semaan)   36°19′35.00″N 36°50′01.00″E / 36.32639°N 36.83361°E / 36.32639; 36.83361 (Deir Semaan) Aleppo Din hija waħda mill-iżjed monumenti ekkleżjastiċi rinomati fis-Sirja u fost l-eqdem knejjes Kristjani eżistenti fid-dinja. Tinsab madwar 35 kilometru (22 mil) fil-Majjistral ta' Aleppo.
Cyrrhus   36°44′39″N 36°57′33″E / 36.74417°N 36.95917°E / 36.74417; 36.95917 (Cyrrhus) Aleppo Dan il-villaġġ antik li jinsab 65 kilometru (40 mil) fit-Tramuntana ta' Aleppo, huwa s-sit tal-Knisja TA' San Cosmas u San Damjan (magħrufa iktar bħala l-Knisja ta' Nabi Houri), kif ukoll ta' anfiteatru Ruman u ta' żewġ pontijiet Rumani antiki.
Knejjes ta' Deir Amman 36°12′8″N 36°49′18″E / 36.20222°N 36.82167°E / 36.20222; 36.82167 (Deir Amman) Aleppo
Knisja ta' Deir Mishmish   36°27′47″N 36°55′1″E / 36.46306°N 36.91694°E / 36.46306; 36.91694 (Deir Mishmish) Aleppo
Deir Turmanin   36°14′30″N 36°49′24″E / 36.24167°N 36.82333°E / 36.24167; 36.82333 (Deir Turmanin) Idlib Il-fdalijiet tal-monasteru Biżantin ta' Deir Turmanin inbnew madwar bitħa pavimentata li fiha żewġ ċisterni, sarkofagu u diversi oqbra. Dawn jinkludu binja li kienet tospita d-dormitorji tal-patrijiet, u l-bażilika l-kbira li nbniet għall-ħabta tal-480 W.K.
Knisja ta' Fafertin   36°19′13.79″N 36°54′26.41″E / 36.3204972°N 36.9073361°E / 36.3204972; 36.9073361 (Fafertin) Aleppo Din hija bażilika Rumana Aħħarija nofsha fi stat ta' fdalijiet li tmur lura għat-372 W.K.; tinsab 22 kilometru (14-il mil) fil-Majjistral ta' Aleppo. Skont l-istoriku ta' Aleppo Abdallah Hajjar, il-Bażilika ta' Fafertin Basilica hija fost l-eqdem knejjes fid-dinja.
Insedjament ta' Kafr Kira f'Burj Heidar   36°20′36.05″N 36°54′09.08″E / 36.3433472°N 36.9025222°E / 36.3433472; 36.9025222 (Kafr Kira) Aleppo Jinsab 24 kilometru (15-il mil) fil-Majjistral ta' Aleppo u fih bosta strutturi Kristjani nofshom fi stat ta' fdalijiet li jmorru lura għas-sekli 4 u 6 W.K.
Kafr Lab 36°20′08.09″N 36°53′26.79″E / 36.3355806°N 36.890775°E / 36.3355806; 36.890775 (Kafr Lab) Aleppo
Kafr Lusein 36°15′19.88″N 36°42′42.03″E / 36.2555222°N 36.711675°E / 36.2555222; 36.711675 (Kafr Lusein) Aleppo
Kafr Nabu   36°21′36.54″N 36°54′28.88″E / 36.36015°N 36.9080222°E / 36.36015; 36.9080222 (Kafr Nabu) Aleppo Dan jinsab 29 kilometru (18-il mil) fil-Punent ta' Aleppo u huwa insedjament Assirjan tas-seklu 9 Q.K. u s-sit ta' tempju Ruman li ġie kkonvertit fi knisja. Hemm ukoll binjiet residenzjali ppreservati sew mis-sekli 5 u 6 W.K.
Kastell u Knejjes ta' Kalota   36°21′18.22″N 36°56′33.51″E / 36.3550611°N 36.9426417°E / 36.3550611; 36.9426417 (Kalota) Aleppo Il-kastell jinsab 20 kilometru fil-Majjistral ta' Aleppo u oriġinarjament inbena bħala tempju Ruman fis-seklu 2 W.K. Wara li ġie kkonvertit għall-Kristjaneżmu, it-tempju sar bażilika fis-seklu 5. Bħala riżultat tal-gwerer bejn il-Ħamadanidi u l-Imperu Biżantin, il-knisja ġiet ikkonvertita f'kastell fis-seklu 10. Hemm żewġ knejjes ippreservati sew qrib il-kastell: il-knisja tal-Lvant li nbniet fl-492 u l-knisja tal-Punent li nbniet fis-seklu 6 W.K.
Bażilika ta' Kharab Shams   36°20′22.0″N 36°56′34.0″E / 36.33944°N 36.94278°E / 36.33944; 36.94278 (Kharab Shams Basilica) Aleppo Din hija waħda mill-eqdem strutturi Kristjani fil-Lvant u fost l-iżjed ippreservati sew. Il-knisja Biżantina tmur lura għas-seklu 4 W.K. u tinsab 21 kilometru (13-il mil) fil-Majjistral ta' Aleppo.
Kimar, qrib Basuta   36°25′25.3″N 36°53′45.4″E / 36.423694°N 36.895944°E / 36.423694; 36.895944 (Kimar) Aleppo Dan il-villaġġ jinsab 35 kilometru (22 mil) fil-Majjistral ta' Aleppo u jmur lura għas-seklu 5 W.K. fiż-żmien Ruman Aħħari u żmien il-Biżantini; fih bosta knejjes, torrijiet u ċisterni antiki tal-ilma ppreservati sew.
Bażilika ta' Mushabbak   36°15′17.00″N 36°53′01.00″E / 36.25472°N 36.88361°E / 36.25472; 36.88361 (Mushabbak Basilica) Aleppo Din il-knisja ppreservata sew tat-tieni nofs tas-seklu 5 W.K. (għall-ħabta tal-470) tinsab 25 kilometru (16-il mil) fil-Punent ta' Aleppo, qrib ir-raħal ta' Daret A'zzeh.
Qatura 36°18′02.71″N 36°49′48.34″E / 36.3007528°N 36.8300944°E / 36.3007528; 36.8300944 (Qatura) Aleppo
Refade   36°18′57″N 36°49′19″E / 36.31583°N 36.82194°E / 36.31583; 36.82194 (Refade) Idlib
Sargible   36°14′17″N 36°42′59″E / 36.23806°N 36.71639°E / 36.23806; 36.71639 (Sargible) Idlib
Set al-Roum   36°18′37″N 36°50′3″E / 36.31028°N 36.83417°E / 36.31028; 36.83417 (Set al-Roum) Aleppo
Sheikh Barakat 36°16′40″N 36°49′18″E / 36.27778°N 36.82167°E / 36.27778; 36.82167 (Sheikh Barakat) Aleppo
Insedjament storiku ta' Sinkhar   36°17′52.00″N 36°54′30.00″E / 36.29778°N 36.90833°E / 36.29778; 36.90833 (Sinhar) Aleppo Magħruf lokalment bħala Simkhar, l-insedjament jinsab 24 kilometru (15-il mil) fil-Majjistral ta' Aleppo f'wied iżolat. Il-villaġġ kien abitat bejn is-sekli 2 u 7 W.K. Il-bażilika tiegħu hija fost l-eqdem knejjes fis-Sirja u tmur lura għas-seklu 4 W.K, filwaqt li l-kappella fil-qrib hija tas-seklu 6 W.K.
Sugane 36°26′11.5″N 36°55′40.0″E / 36.436528°N 36.92778°E / 36.436528; 36.92778 (Sugane) Aleppo Dan il-villaġġ jinsab 40 kilometru fil-Majjistral ta' Aleppo u fih żewġ knejjes nofshom fi stat ta' fdalijiet u xi ċisterni antiki tal-ilma.
Surqaniya   36°18′59.00″N 36°54′02.00″E / 36.31639°N 36.90056°E / 36.31639; 36.90056 (Surqanya) Aleppo Il-villaġġ jinsab 23 kilometru (14-il mil) fil-Majjistral ta' Aleppo u jippreserva l-fdalijiet ta' insedjament Biżantin antik b'kappella tas-seklu 6 W.K. nofsha fi stat ta' fdalijiet.
Knisja u Monasteru ta' Taladah 36°15′5″N 36°48′4″E / 36.25139°N 36.80111°E / 36.25139; 36.80111 (Taladah) Idlib
Taqla   36°19′09.96″N 36°50′51.03″E / 36.3194333°N 36.8475083°E / 36.3194333; 36.8475083 (Taqla) Aleppo
Zarzita   36°17′34.24″N 36°48′03.48″E / 36.2928444°N 36.8009667°E / 36.2928444; 36.8009667 (Zarzita) Aleppo

Il-Muntanji Harim (l-Għoljiet ta' Bārīshā u Aʻlā)

immodifika
Isem Ritratt Koordinati Governorat Noti
Al-Breij 36°11′58.26″N 36°40′52.24″E / 36.1995167°N 36.6811778°E / 36.1995167; 36.6811778 (al-Breij) Idlib
Al-Kfeir   36°11′13.52″N 36°34′03.64″E / 36.1870889°N 36.5676778°E / 36.1870889; 36.5676778 (al-Kfeir) Idlib Jinsab fir-reġjun muntanjuż tal-Għolja ta' Aʻlā, inqas minn żewġ kilometri minn Qalb Loze.
Bab Al-Hawa 36°12′19.42″N 36°43′31.37″E / 36.2053944°N 36.7253806°E / 36.2053944; 36.7253806 (Bab Al-Hawa) Idlib Jinsab 50 kilometru (31 mil) fil-Punent ta' Aleppo mal-fruntiera Torka u huwa s-sit ta' diversi knejjes tas-seklu 4 W.K. u daħla storika ppreservata sew tas-seklu 6 W.K.
Babisqa   36°12′53.17″N 36°41′23.17″E / 36.2147694°N 36.6897694°E / 36.2147694; 36.6897694 (Babisqa) Idlib
Bamuqa   36°12′02.23″N 36°38′18.40″E / 36.2006194°N 36.638444°E / 36.2006194; 36.638444 (Bamuqa) Idlib
Banabil   36°12′01.99″N 36°33′41.31″E / 36.2005528°N 36.561475°E / 36.2005528; 36.561475 (Banabil) Idlib
Banqusa   36°5′54″N 36°37′36″E / 36.09833°N 36.62667°E / 36.09833; 36.62667 (Banqusa) Idlib
Baqirha   36°12′22.91″N 36°39′35.87″E / 36.2063639°N 36.6599639°E / 36.2063639; 36.6599639 (Baqirha) Idlib
Barisha   36°09′58″N 36°38′10″E / 36.16611°N 36.63611°E / 36.16611; 36.63611 (Barisha) Idlib
Barish al-Shamali   36°11′00.37″N 36°34′50.53″E / 36.1834361°N 36.5807028°E / 36.1834361; 36.5807028 (Barish al-Shamali) Idlib
Bashkuh 36°11′39.76″N 36°37′54.20″E / 36.1943778°N 36.631722°E / 36.1943778; 36.631722 (Bashkuh) Idlib
Bashmishli   36°11′44″N 36°35′37″E / 36.19556°N 36.59361°E / 36.19556; 36.59361 (Bashmishli) Idlib
Bauda   36°12′54.63″N 36°41′51.14″E / 36.215175°N 36.6975389°E / 36.215175; 36.6975389 (Bauda, North) Idlib Jinsab ftit kilometri 'l bogħod mill-fruntiera Torka fit-tarf tal-Grigal ta' Jebel Barisha.
Behyo   36°09′09.10″N 36°34′45.24″E / 36.152528°N 36.5792333°E / 36.152528; 36.5792333 (Behyo) Idlib Dan il-villaġġ fil-Majjistral tas-Sirja nbena fis-sekli 5 u 6 W.K. Fost il-fdalijiet arkeoloġiċi hemm żewġ knejjes, preses taż-żejt, vilel u abitazzjonijiet oħra.
Beitar 36°11′35.73″N 36°34′50.01″E / 36.1932583°N 36.5805583°E / 36.1932583; 36.5805583 (Beitar) Idlib
Beshandlaya   36°08′37.80″N 36°33′24.21″E / 36.143833°N 36.556725°E / 36.143833; 36.556725 (Bshendlaya - Rashadiya) Idlib
Binsira 36°1′1″N 36°25′13″E / 36.01694°N 36.42028°E / 36.01694; 36.42028 (Binsira) Idlib
Burj Aizarara 36°08′48.18″N 36°40′33.54″E / 36.1467167°N 36.6759833°E / 36.1467167; 36.6759833 (Burj Aizarara) Idlib
Dahis   36°10′49.06″N 36°37′48.84″E / 36.1802944°N 36.6302333°E / 36.1802944; 36.6302333 (Dahis) Idlib
Dana   36°12′47″N 36°46′14″E / 36.21306°N 36.77056°E / 36.21306; 36.77056 (Dana, North) Idlib Jinsab fit-Tramuntana ta' Idlib, 38 kilometru fil-Punent ta' Aleppo, u fil-Lvant tal-fruntiera mat-Turkija.
Deirouni   36°12′40.19″N 36°39′36.82″E / 36.2111639°N 36.6602278°E / 36.2111639; 36.6602278 (Deirouni) Idlib
Deir Qeita   36°12′54.43″N 36°39′57.35″E / 36.2151194°N 36.6659306°E / 36.2151194; 36.6659306 (Deir Qeita) Idlib
Deir Seita   36°06′01.23″N 36°38′40.67″E / 36.1003417°N 36.6446306°E / 36.1003417; 36.6446306 (Deir Seita) Idlib
Fasuq 36°1′6″N 36°27′5″E / 36.01833°N 36.45139°E / 36.01833; 36.45139 (Fasuq) Idlib
Kafr Aqab 36°1′54″N 36°26′47″E / 36.03167°N 36.44639°E / 36.03167; 36.44639 (Kafr Aqab) Idlib
Kafr Aruq 36°7′14″N 36°39′21″E / 36.12056°N 36.65583°E / 36.12056; 36.65583 (Kafr Aruq) Idlib
Kafr Dariyan   36°10′18.00″N 36°40′11.00″E / 36.17167°N 36.66972°E / 36.17167; 36.66972 (Kafr Dariyan) Idlib
Khirbet al-Khatib   36°12′49″N 36°38′17″E / 36.21361°N 36.63806°E / 36.21361; 36.63806 (Khirbet al-Khatib) Idlib
Kseibjeh   36°12′30″N 36°42′20″E / 36.20833°N 36.70556°E / 36.20833; 36.70556 (Kseibjeh) Idlib
Kukaniyeh   36°06′53.12″N 36°36′24.74″E / 36.1147556°N 36.6068722°E / 36.1147556; 36.6068722 (Kukaniyeh) Idlib
Ma'suratah 36°9′46″N 36°33′4″E / 36.16278°N 36.55111°E / 36.16278; 36.55111 (Ma'suratah) Idlib
Maaz   36°08′44.69″N 36°40′01.46″E / 36.1457472°N 36.6670722°E / 36.1457472; 36.6670722 (Maaz) Idlib
Qalb Loze   36°10′9″N 36°34′50″E / 36.16917°N 36.58056°E / 36.16917; 36.58056 (Qalb Loze) Idlib
Qarqbizeh   36°10′30.29″N 36°35′07.93″E / 36.1750806°N 36.5855361°E / 36.1750806; 36.5855361 (Qarqbizeh) Idlib
Sarfud 36°11′11.70″N 36°41′17.99″E / 36.186583°N 36.6883306°E / 36.186583; 36.6883306 (Sarfud) Idlib
Sarmada 36°10′57.48″N 36°43′52.38″E / 36.1826333°N 36.7312167°E / 36.1826333; 36.7312167 (Sarmada) Idlib

L-Għolja ta' Zāwiya

immodifika
Isem Ritratt Koordinati Governorat Noti
Al-Dana   35°42′12.84″N 36°41′15.75″E / 35.7035667°N 36.6877083°E / 35.7035667; 36.6877083 (al-Dana, South) Idlib Villaġġ modern fit-tarf tal-Lvant ta' Jebel al-Zawiyeh u ta' Jebel Riha.
Babuline 35°32′16″N 36°40′43″E / 35.53778°N 36.67861°E / 35.53778; 36.67861 (Babuline) Idlib
Bara   35°41′17.42″N 36°31′51.34″E / 35.6881722°N 36.5309278°E / 35.6881722; 36.5309278 (Bara, Syria) Idlib
Bashila 35°39′19.68″N 36°31′34.92″E / 35.6554667°N 36.5263667°E / 35.6554667; 36.5263667 (Bashila) Idlib
Batrasa   35°39′56.15″N 36°32′38.82″E / 35.6655972°N 36.5441167°E / 35.6655972; 36.5441167 (Batrasa) Idlib
Bauda   35°40′13.78″N 36°34′08.50″E / 35.6704944°N 36.569028°E / 35.6704944; 36.569028 (Bauda, South) Idlib Jinsab mal-ġenb tat-triq bejn iż-żewġ siti ewlenin ta' Bara u ta' Serjilla.
Deir Sunbul   35°41′52.21″N 36°36′14.35″E / 35.6978361°N 36.6039861°E / 35.6978361; 36.6039861 (Deir Sunbul, Idlib) Idlib
Dellozeh   35°41′45.52″N 36°34′57.04″E / 35.6959778°N 36.5825111°E / 35.6959778; 36.5825111 (Dellozeh) Idlib
Ebla   35°47′52.8″N 36°47′52.8″E / 35.798°N 36.798°E / 35.798; 36.798 (Ebla) Idlib Wieħed mir-renji bikrin fis-Sirja. Il-fdalijiet tiegħu jikkostitwixxu tumbata artifiċjali li tinsab madwar 55 kilometru (34 mil) fil-Lbiċ ta' Aleppo qrib il-villaġġ ta' Mardikh.
Ein Laruz 35°41′1″N 36°26′24″E / 35.68361°N 36.44°E / 35.68361; 36.44 (Ein Laruz) Idlib
Farkya 35°43′26.84″N 36°36′02.49″E / 35.7241222°N 36.6006917°E / 35.7241222; 36.6006917 (Farkya) Idlib
Hazarin 35°35′56″N 36°31′39″E / 35.59889°N 36.5275°E / 35.59889; 36.5275 (Hazarin) Idlib
Jarada   35°43′26.43″N 36°42′56.05″E / 35.7240083°N 36.7155694°E / 35.7240083; 36.7155694 (Jarada) Idlib
Maghara 35°44′03.43″N 36°35′12.27″E / 35.7342861°N 36.5867417°E / 35.7342861; 36.5867417 (Maghara) Idlib
Majliya 35°40′17.26″N 36°32′28.87″E / 35.6714611°N 36.5413528°E / 35.6714611; 36.5413528 (Majliya) Idlib
Mozra 35°39′23″N 36°26′22″E / 35.65639°N 36.43944°E / 35.65639; 36.43944 (Mozra) Idlib
Qasr al-Banat   35°42′33.97″N 36°41′06.35″E / 35.7094361°N 36.6850972°E / 35.7094361; 36.6850972 (Qasr al-Banat) Idlib
Rabiaa 35°39′19.62″N 36°34′48.88″E / 35.65545°N 36.5802444°E / 35.65545; 36.5802444 (Rabiaa) Idlib
Ruweiha   35°44′16.88″N 36°41′41.57″E / 35.7380222°N 36.6948806°E / 35.7380222; 36.6948806 (Ruweiha) Idlib
Serjilla   35°40′17.55″N 36°35′05.51″E / 35.6715417°N 36.5848639°E / 35.6715417; 36.5848639 (Serjilla) Idlib
Shinan 35°44′7″N 36°36′42″E / 35.73528°N 36.61167°E / 35.73528; 36.61167 (Shinan) Idlib
Shinshirah 35°38′24.88″N 36°34′08.41″E / 35.6402444°N 36.5690028°E / 35.6402444; 36.5690028 (Shinshirah) Idlib
Wadi Martahun 35°40′30.13″N 36°30′55.15″E / 35.6750361°N 36.5153194°E / 35.6750361; 36.5153194 (Wadi Martahun) Idlib

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Villaġġi Antiki tat-Tramuntana tas-Sirja ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient Villages of Northern Syria". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-26.