Torri ta' Bubaqra
It-Torri ta' Bubaqra, li qabel kien magħruf qabel jismu Saliba Tower,[1] huwa dar fortifikata f'Bubaqra, limiti taż-Żurrieq, Malta. Inbena bħala irtir fil-kampanja lejn l-aħħar tas-seklu 16. It-torri u l-ġonna tiegħu ġew restawrati, u issa jservu bħala residenza sekondarja privata. Imsemmi uffiċjalment bħala Palazz Bubaqra, il-bini huwa monument nazzjonali ta’ grad 2.
Pajjiż | Malta |
---|---|
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Żurrieq |
Koordinati | 35°49′31″N 14°28′33″E |
Materjal użat | ġebla tal-ġir |
Deżinjazzjoni bħala wirt | Grad 1 |
Sit uffiċjali | http://www.bubaqra-tower.com/ |
Storja
immodifikaIt-Torri ta’ Bubaqra nbena madwar l-1579 minn Dun Matteolo Pisani, Kappillan Konventwali tal- Ordni ta’ San Ġwann.[2] Fr. Luret Zammit jikkonferma li nbniet minn Fr. Mattew (Matteolo) Pisani. Zammit jgħid li eventwalment kien jismu Torre del Greco għal familja Griega, il-familja Roncali, li kienet tgħix hemm.[3]
Għalkemm l-istruttura kienet fortifikata, kienet proprjetà privata u ma kinitx maħsuba għal skopijiet difensivi. Minkejja dan, f'xi ħin aktarx intużat fis-sistema tad-difiża ta' Malta, kif sar f'każijiet oħra bħal Torri Gauci u t-Torri Mamo.[4]
L-istruttura ġiet modifikata fis-seklu 18,[5] matul il-ħakma tal-Gran Mastru Marc'Antonio Zondadari u madwar l-1760,[3] meta żdiedu wkoll erba' turretti li jagħtuha dehra ta' residenza fortifikata mill-bogħod. [6]
Allegatament, intużat bħala post illeċitu ta' laqgħat għall-membri tal-Ordni, li kienu marbuta b'wegħdiet taċ-ċelibat, ma' nisa żgħażagħ.[5] Matul dan il-perjodu, kien komuni li l-kavallieri, il-qassisin u l-isqfijiet ikollhom nisa, tfal illeġittimi, jew it-tnejn; notevolment, il-kappillan tar-raħal taż- Żurrieq innifsu kien magħruf li jorganizza laqgħat bi ħlas għall-kavallieri ma' nisa żgħażagħfejn jinsab it-torri.[7][8]
It-torri kien rekwiżizzjonat mill-militar Ingliż matul it-Tieni Gwerra Dinjija bejn l-1939 u l-1945,[3] iżda ġie rritornat lis-sidien tiegħu wara l-gwerra[9] Minn hemm 'il quddiem, it-Torri ta' Bubaqra u l-ġonna tiegħu ġew restawrati,[5] u nbidlu f'residenza sekondarja privata. [10]
It-torri huwa mniżżel fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin.[11] Il-binja hija magħrufa uffiċjalment bħala Palazzo Bubaqra mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u hija skedata bħala proprjetà grad 2.[12]
Arkitettura
immodifikaIt-Torri ta’ Bubaqra jinsab fi qasam agrikolu, f'Bubaqra [13] fejn huwa mdawwar bi ġonna taċ-ċitru . [14] Għandu forma kwadra, u għandha erba' turretti tal-kantunieri distintivi.[11] L-arkitettura tiegħu x'aktarx influwenzat id-disinn tat-Torri Gourgion, li nbena lejn l-aħħar tas-seklu 17 f'Għawdex. Fuq id-daħla prinċipali tal-bini hemm iskrizzjoni li ssejjaħ lil Alla biex jagħti serħan mill-għadu waqt ir-reċita tas-sinjal tas-salib. [3]
Aktar qari
immodifika- Mahoney, Leonard (1996). 5000 Years of Architecture in Malta. Valletta Pub. pp. 89–108. ISBN 9789990958157.
- Malte. Random House Incorporated. 2001. pp. 82–84. ISBN 9780847822867.
Referenzi
immodifika- ^ "pp.96-97" (PDF). Melitensiawth.com. Miġbur 7 July 2018.
- ^ Azzopardi, Joe (October 2013). "The Gourgion Tower - Gone but not Forgotten (Part 1)" (PDF). Viglio (bl-Ingliż). Malta: Dín l-Art Ħelwa. 44: 46. ISSN 1026-132X. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-02-11 – via Internet Archive. Parametru mhux magħruf
|access-date=
injorat (għajnuna)Manutenzjoni CS1: data u sena (link) Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link) - ^ a b ċ d Guillaumier, Alfie (2005). Bliet u Rhula Maltin. 2. Klabb Kotba Maltin. p. 1028. ISBN 99932-39-40-2.
- ^ "Zurieq – Blue Grotto". maltassist.co.uk. Arkivjat minn l-oriġinal fl-28 March 2014.
- ^ a b ċ Attard, Mary (22 November 2014). "Preti, Ball and catacombs". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-20 November 2015.
- ^ "Preti, Ball and catacombs". Timesofmalta.com. Miġbur 7 July 2018.
- ^ Attard, Robert; Azzopardi, Romina (2010). Daily life in 18th century Malta. Midsea Books. ISBN 978-99932-7-327-1.
- ^ : 165–188. Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ "Bubaqra Tower". Gozo Tourism Association. Arkivjat minn l-oriġinal fl-20 November 2015.
- ^ "About". bubaqra-tower.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-11 August 2015.
- ^ a b "Bubaqra Tower" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 28 June 2013. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-November 20, 2015. Miġbur 20 November 2015.
- ^ "Government Notices: No. 835". Malta Environment and Planning Authority. 9 September 2013. p. 10,250. Arkivjat minn l-oriġinal fl-15 March 2016.
- ^ Abela, Giovanni Francesco (1647). Della Descrizione di Malta Isola nel Mare Siciliano con le sue Antichità, ed Altre Notizie . Paolo Bonacota. p. 95.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ Ċitazzjoni vojta (għajnuna)