Renata Scotto
Renata Scotto (twieldet fl-24 ta' Frar 1934) hija soprana Taljana u direttriċi tal-opri.
Renata Scotto | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Savona, 24 Frar 1934 |
Nazzjonalità |
Italja Stati Uniti tal-Amerka |
L-ewwel lingwa | Taljan |
Mewt | Savonau Belt ta' New York, 16 Awwissu 2023 |
Familja | |
Konjuga/i | Lorenzo Anselmi (en) (1960 - 2021) |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Taljan Ingliż |
Għalliema | Mercedes Llopart (en) |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kantant tal-opri għalliem tal-mużika bijografu direttur tal-opri pedagoġiku |
Post tax-xogħol |
Milan Belt ta' New York |
Impjegaturi |
Accademia Nazionale di Santa Cecilia (mul) Juilliard School |
Premjijiet |
List
|
Moviment artistiku | opra |
Tip ta' leħen | sopran |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Magħrufa għas-sens ta' stil tagħha, il-mużikalità tagħha, u bħala kantanta-attriċi notevoli, Scotto titqies bħala waħda mill-kantanti prominenti tal-ġenerazzjoni tagħha, li speċjalizzat fir-repetorju tal-bel canto b'inkursjonijiet fil-veriżmu u r-repertorji ta' Verdi.
Minn mindu rtirat mix-xena bħala kantanta fl-2002, hija għamlet suċċess bħala direttriċi tal-opri kif ukoll bħala għalliema fl-Italja u fl-Istati Uniti, b'karigi akkademiċi fl-Akkademja Nazzjonali ta' Santa Cecelia f'Ruma u l-Juilliard School fil-Belt ta' New York.[1][2]
Karriera ta' kantanta tal-opri
immodifikaRenata Scotto twieldet f'Savona, l-Italja. Għamlet id-debutt tagħha fl-opri f'raħal twelidha f'Lejlet il-Milied tal-1952 meta kellha 18-il sena quddiem teatru mimli daqs bajda bħala Violetta f'La traviata ta' Verdi. L-għada, hija għamlet id-debutt "uffiċjali" tagħha fl-opri fit-Teatro Nuovo ta' Milan bħala Violetta. Ftit wara, hija ħadet sehem fl-ewwel opra tagħha ta' Puccini, Madama Butterfly, f'Savona u tħallset ħamsa u għoxrin elf lira Taljana. Iż-żewġ rwoli iktar 'il quddiem saru assoċjati sew magħha.
Fl-1953, Scotto ħadet sehem fl-awdizzjonijiet fit-Teatru La Scala għar-rwol ta' Walter f'La Wally ta' Catalani ma' Renata Tebaldi u Mario del Monaco. Wara l-awdizzjoni tagħha, wieħed mill-ġurija, is-surmast Victor de Sabata, instema' jgħid, "Insa l-kumplament". La Wally fetħet fis-7 ta' Diċembru 1953 u Scotto ssejħet lura fuq il-palk mill-applawżi tal-pubbliku ħmistax-il darba. Tebaldi u Del Monaco ssejħu lura seba' darbiet kull wieħed.
L-iżvolta ewlenija ta' Scotto waslet fl-1957. Fil-Festival ta' Edinburgu, fit-Teatru La Scala, ħadet sehem fil-produzzjoni ta' La Sonnambula ta' Bellini flimkien ma' Maria Meneghini Callas bħala Amina. Il-produzzjoni tant kellha suċċess li l-kumpanija żiedet il-ħames spettaklu li ma kienx skedat. Callas, li kellha kuntratt għal erba' spettakli, irrifjutat li tagħmel il-ħames spettaklu minħabba mard, u qalet li hi kienet diġà ħadet sehem fl-ispettakli l-oħra kontra l-ordnijiet tat-tabib tagħha. Scotto, ħadmet minflokha fir-rwol ta' Amina, kantat f'dik il-parti fit-3 ta' Settembru 1957. L-ispettaklu kien suċċess kbir, u Scotto li dak iż-żmien kellha 23 sena saret star internazzjonali tal-opri.
Fl-1961 ħadmet ir-rwol ta' Amina mill-ġdid fit-Teatru La Fenice f'Venezja mat-tenur Alfredo Kraus, li flimkien kellhom l-istess għalliema, Mercedes Llopart, u assoċjazzjoni professjonali twila.
Matul is-snin 60 tas-seklu 20 saret waħda mill-kantanti ewlenin tal-bel canto li kien reġa' beda jingħata l-ħajja bis-saħħa ta' Callas matul is-snin 50 tas-seklu 20. Hija kantat Zaira u La straniera ta' Bellini, kif ukoll fir-rwol ta' Giulietta f'I Capuleti e i Montecchi ta' Bellini, f'Maria di Rohan ta' Donizzetti, f'Robert le Diable (bit-Taljan) ta' Meyerbeer u f'raritajiet oħra tar-repertorju. Fl-1964 hija ħadet sehem fi spettakli ta' La Scala fit-Teatru Bolshoi f'Moska, ir-Russja, fl-ewwel żjara ta' kumpanija tal-opri fl-Unjoni Sovjetika matul is-snin tal-Gwerra Bierda.
Id-debutt tagħha l-Amerka kien fir-rwol ta' Mimì f'La bohème fil-Lyric Opera ta' Chicago fl-1960, fl-istess sena li żżewġet lill-vjolinist Lorenzo Anselmi. Il-koppja għandhom tifel u tifla. Fl-13 ta' Ottubru 1965, Scotto għamlet id-debutt tagħha fil-Metropolitan Opera fir-rwol ta' Cio-Cio-San f'Madama Butterfly. Hija kantat f'iktar minn 300 spettaklu f'26 rwol fil-Metropolitan Opera sal-1987 u baqgħet tgħix flimkien mal-familja tagħha fil-qrib, fil-Kontea ta' Westchester.
Flimkien ma' Luciano Pavarotti hija fetħet sensiela ta' spettakli f'ħin reali mix-xandir televiżiv tal-Metropolitan Opera fl-1977 ta' La bohème ta' Puccini. Matul is-snin ta' wara, hija kienet il-protagonista fix-xandir televiżiv ta' Manon Lescaut, Luisa Miller, Don Carlo, Il trittico, Francesca da Rimini u bħala Desdemona ma' Jon Vickers f'Otello ta' Verdi.
Hija kantat ukoll regolarment fis-San Francisco Opera; fiċ-Chicago Lyric Opera; fid-Dallas Opera; fir-Royal Opera ta' Londra; fil-Liceo ta' Barċellona; f'La Fenice, Venezja; u fit-Teatro Colón, Buenos Aires. Barra minn hekk, dehret ukoll f'Madrid, f'Genoa, f'Firenze, f'Bologna, f'Trieste, f'Palermo, f'Ruma, f'Berlin, f'Pariġi, f'Miami, f'Tokyo, f'Pittsburgh, u f'Osaka fost postijiet oħra.
Għal iktar minn 40 sena, Scotto ħadmet f'opri miktuba minn 18-il kompożitur u r-repertorju tagħha kien jinkludi xi 45 rwol. Hija magħrufa l-iktar għar-rwoli tagħha bħala Violetta f'La traviata, Gilda fRigoletto, Cio-Cio-San fMadama Butterfly, Mimì (u okkażjonalment Musetta) fLa bohème, Lucia fLucia di Lammermoor, Adina fL'elisir d'amore, Liù fTurandot, Nedda fPagliacci, it-tliet rwoli ewlenin ta' sopran fIl trittico ta' Puccini, fAdriana Lecouvreur, u Francesca fFrancesca da Rimini ta' Zandonai.
Hija kellha suċċess ukoll fil-Metropolitan Opera f'Le prophète ta' Meyerbeer, f'La gioconda ta' Ponchielli, u bħala Vitellia f'La clemenza di Tito ta' Mozart. Fis-snin 70 tas-seklu 20 bdiet tgħaddi iktar għar-repertorju itqal ta' Verdi, u kantat fir-rwol ta' Elisabetta f'Don Carlo, Luisa Miller, Lady Macbeth, Leonora f'Il trovatore u r-Requiem, kollha taħt id-direzzjoni tas-surmast mużikali tal-Metropolitan Opera James Levine.
Fl-aħħar parti tal-karriera tagħha, Scotto ħadmet fir-rwoli ta' Fedora (Barċellona, 1988), Charlotte f'Werther ta' Massenet, il-Marschallin f'Der Rosenkavalier (Charleston Spoleto Festival, 1995 u Catania), Kundry f'Parsifal (Schwerin, 1995), Elle f'La voix humaine (Firenze, 1993; Amsterdam u Barċellona, 1996; Torino, 1999), Madame Flora f'The Medium (Torino, 1999) u Klytemnestra f'Elektra (Baltimore, 2000 u Seville, 2002).
Iktar 'il quddiem dehret f'kunċerti oħra, fosthom Les nuits d'été ta' Berlioz, Lieder ta' Mahler u Strauss, kif ukoll Erwartung ta' Schoenberg mal-Orkestra tal-Akkademja ta' Santa Cecilia Orchestra u mal-Orkestra tar-RAI ta' Torino.
Karriera ta' direttriċi tal-opri
immodifikaScotto ħadmet bħala direttriċi tal-opri f'dawn li ġejjin: Madama Butterfly (Metropolitan Opera, Arena di Verona, Florida Grand Opera, Palm Beach Opera); Il pirata ta' Bellini (Festival Belliniano, Catania, 1993) u La sonnambula (Catania, 1994); xandira televiżiva li rebħitha l-Emmy Award ta' La traviata (New York City Opera, 1995); Norma (Opra Nazzjonali Finlandiża); Adriana Lecouvreur (Santiago, 2002); Lucia di Lammermoor (Sala Mużikali ta' Thessaloniki, 2004); La Wally (Dallas, Bern); La Bohème (Lyric Opera ta' Chicago, 2007 u Palm Beach Opera, 2009); Turandot (Ateni, 2009); La sonnambula (Miami u Michigan Opera Theatre, 2008), u Un ballo in maschera, (Lyric Opera ta' Chicago, 2010).
Fi Frar 2008, Scotto ospitat diskussjoni bejn l-artisti matul il-waqfa tax-xandira tal-Metropolitan Opera ta' Adriana Lecouvreur ta' Cilea u fl-2009 għamlet l-istess ħaġa ma' Natalie Dessay u Juan Diego Florez.
Unuri
immodifika- 2007 – Ingħatat l-Opera News Award mill-Metropolitan Opera Guild
- 2009 – Ingħatat l-Premju Anton Coppola tal-Opra ta' Tampa għall-Eċċellenza fl-Arti
- 2009 – Ingħatat Dottorat Onorarju mill-Juilliard School.
- Rebħet żewġ Emmy Awards, għax-xandira televiża ta' La Gioconda u għad-direzzjoni tagħha ta' La traviata mill-NYCO.
- Ingħatat il-Premju Franco Albiatti tal-Kritika Taljana
- Ingħatat il-Premju Frankfurter Allgemeine Zeitung għall-interpretazzjoni tagħha tal-Marschallin f'Der Rosenkavalier.
Diskografija
immodifikaAwdjo
- Bellini; I Capuleti e i Montecchi. Claudio Abbado, 1968
- Bellini, La sonnambula. Cillario, 1972, Covent Garden
- Bellini, La sonnambula, Santi, La Fenice 1961
- Bellini, La straniera, Gracis.
- Bellini; Norma; Levine; Sony 1979
- Bellini, Norma, Muti, Firenze 1981
- Bellini, Zaira, Belardinelli
- Bizet, Carmen (Micaela), Molinari-Pradelli
- Cilea; Adriana Lecouvreur; Levine; Sony
- Cilea; Adriana Lecouvreur; Gavazzeni
- Cherubini; Medea (Glauce), Serafin, EMI 1957
- Donizetti, Don Pasquale, Franci
- Donizetti, L'elisir d'amore, Gavazzeni
- Donizetti. Lucia di Lammermoor, Sanzogno, 1959
- Donizetti. Lucia di Lammermoor, Gavazzeni
- Donizetti. Lucia di Lammermoor, Sanzogno
- Donizetti. Lucia di Lammermoor, Rigacci
- Donizetti, Maria di Rohan, Gavazzeni
- Donizetti, Anna Bolena, Dallas, Rudel, 1980
- Giordano; Andrea Chénier; Levine; RCA 1976
- Gounod, Philémon et Baucis, Sanzogno
- Gounod, Faust, Parodi
- Leoncavallo; Pagliacci. Muti. EMI
- Mascagni; Cavalleria rusticana; Levine; RCA
- Meyerbeer, Roberto il diavolo, Sanzogno
- Meyerbeer, Le prophète, Lewis, CBS
- Pergolesi, La serva padrona, Fasano
- Ponchielli, La Gioconda, Bartoletti
- Puccini: Edgar. Queler. CBS
- Puccini; La bohème; Votto DG, 1962
- Puccini; La bohème; Levine, EMI, 1979
- Puccini; Le Villi; Maazel, CBS
- Puccini; Il trittico (f'Il tabarro u Suor Angelica); Maazel; CBS 1979
- Puccini; Madama Butterfly; Barbirolli. EMI 1966
- Puccini; Madama Butterfly; Maazel. Sony 1978
- Puccini; Madama Butterfly, Adler, San Francisco 1965
- Puccini, Madama Butterfly, Basile
- Puccini; Tosca. Levine, EMI, 1980
- Puccini; Turandot (Liù), Molinari-Pradelli, EMI, 1967
- Refice; Cecilia, Campori
- Respighi; Il tramonto, Fulton, Tokyo String Quartet
- Rossini, Il barbiere di Siviglia, Bellezza
- Rossini, , ''Petite messe solennelle", Bertola
- Spontini, La vestale, Picchi
- Verdi, I Lombardi, Gavazzeni
- Verdi, I vespri siciliani, Gavazzeni
- Verdi, I vespri siciliani, Muti
- Verdi, La traviata, Cillario
- Verdi; La traviata; Votto DG 1963
- Verdi; La traviata; Muti. EMI 1980
- Verdi; Nabucco; Muti ; EMI
- Verdi; Messa da requiem; Muti; EMI
- Verdi, Messa da requiem, Abbado, Rome 1977
- Verdi; Rigoletto; Gavazzeni; RCA
- Verdi; Rigoletto; Kubelik; Deutsche Grammophon
- Verdi, Rigoletto, Giulini
- Verdi; Otello; Levine; RCA
- Verdi, Otello, Muti, Firenze, 1978
- Verdi; Songs, Washington
- Wolf-Ferrari; Il segreto di Susanna, Pritchard, CBS 1980
- The very best of Renata Scotto; Arias y escenas; EMI
- Italian Opera Arias; Gavazzeni; Sony 1976
- Aria & Song, Mascagni-Liszt-Scarlatti-Rossini, Ivan Davis
- French Recital (Berlioz, Offenbach, Massenet, Thomas, Gounod), Rosenkrans
- Haydn-Donizetti-Faure-Puccini Recital, Arnaltes
- Christmas with Scotto, Anselmi
- In Moscow. Irreġistrat f'ħin reali fl-1964 (Melodiya, 2009)
Filmati
- Puccini. Il trittico. Levine (Giorgetta, Suor Angelica, Lauretta), Met 1981.
- Donizetti. L'elisir d'amore. Gavazzeni. Firenze, 1967
- Donizetti. Lucia di Lammermoor. Bartoletti, Tokyo 1967
- Gounod. Faust. Ethuin, Tokyo, 1973
- Puccini. La bohème; Levine (Mimì), Met 1977
- Puccini. La bohème; Levine (Musetta), Met 1982
- Puccini. Manon Lescaut; Levine; Met 1983
- Verdi. Otello; Levine; Met 1978
- Verdi. La traviata; Verchi, Tokyo 1973
- Verdi. Luisa Miller; Levine; Met 1979
- Zandonai. Francesca da Rimini, Levine; Met 1984
- Recital in Budapest 1991, Lukacs
- In Concert and Recital in Montreal 1986, Fulton, Armenian
Referenzi
immodifika- ^ Scotto: More Than a Diva by Renata Scotto and Octavio Roca, Doubleday & Company, Inc, 1984. ISBN 0-385-18039-X.
- ^ Konrad Dryden: "Riccardo Zandonai, A Biography", Foreword by Renata Scotto, Peter Lang Inc, 1999. ISBN 0-8204-3649-6.