Gaetano Donizetti

Gaetano Donizetti (29 ta' Novembru, 1797, Bergamo, Repubblika Ċisalpina - 8 ta' April, 1848, Bergamo, Imperu tal-Awstrija) kien kompożitur Taljan.
Kompożitur prolifiku, ix-xogħlijiet tiegħu huma magħmulin minn diversi ġeneri mużikali, fosthom mużika reliġjuża, kwartetti tal-korda u xogħlijiet għall-orkestra. Madankollu, huwa kien famuż speċjalment għall-opri tiegħu. Werriet ta' Rossini, rival ta' Bellini, prekursur ta' Verdi, Donizetti kien magħruf bħala wieħed fost l-aqwa kompożituri Taljani tas-seklu 19. L-opra Lucia di Lammermoor, kapolavur tal-Bel Canto, hija għadha rappreżentata spiss fiż-żmien tagħna.

Gaetano Donizetti
surmast tal-kappella

28 Ġunju 1834 -
Ħajja
Isem propju Domenico Gaetano Maria Donizetti
Twelid Bergamo, 29 Novembru 1797
Nazzjonalità Renju ta' Lombardia-Venezja
Mewt Bergamo, 8 April 1848
Post tad-dfin Grave of Gaetano Donizetti (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (meninġite)
Familja
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Conservatorio Giovanni Battista Martini (en) Translate
Lingwi Taljan
Għalliema Johann Simon Mayr (en) Translate
Stanislao Mattei (en) Translate
Studenti
uri
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
Post tax-xogħol Pariġi
Vjenna
Xogħlijiet importanti L'elisir d'amore (en) Translate
Lucia di Lammermoor (en) Translate
Don Pasquale (en) Translate
La fille du régiment (en) Translate
Maria Stuarda (en) Translate
Premjijiet
Moviment artistiku opra
quddiesa
kantata

Ħajja immodifika

Domenico Gaetano Maria Donizetti twieled f'familja fqira f'Bergamo. Missieru ried li ibnu jsir avukat imma Gaetano kien jiddedika ruħu għall-mużika. Fortunatament, f'Bergamo kien hemm kompożitur famuż tal-ġenerazzjoni ta' qabel: Simon Mayr. Mayr kien qaghad joħloq korsijiet tal-mużika ghal familji fqar, li Donizetti jattendi fl-1806. Kellu 8 snin allura. Hu kien jistudja 9 snin ma' Mayr u kien mar f'Bolonja fl-1815 biex jistudja l-kontrapont u l-fuga.

Donizetti kiteb mużika reliġjuża ta' stil awstera u fl-istess żmien jagħti l-ewwel opra tiegħu, Il Pigmalione, f'Settembru tal-1816. Il-karriera tiegħu bħal kompozitur bdiet uffiċjalment fl-14 ta' Novembru tal-1818 mar-rappreżentazzjoni ta' Enrico di Borgogna f'Venezja.

Huwa kiseb l-ewwel suċċess tiegħu bl-opra Zoraide di Granata, kompost mal-għajnuna ta' Mayr u rappreżentat fl-28 ta' Jannar tal-1822 f'Teatro Argentina ta' Ruma. Ma' din l-opra, Donizetti wera li kiteb malajr ħafna għaliex kellu jikteb mill-ġdid biċċa kbira tal-partitura fi ftit jiem wara il-mewt tal-kantanta prinċipali. L-opra tiegħu, L'ajo nell'imbarazzo, rappreżentat fl-4 ta' Frar tal-1824 hija meqjusa bħala l-ewwel kapolavur ta' Donizetti f'ġeneru komiku.

Bejn l-1818 u l-1828, Donizetti kiteb 19-il opra, fosthom bosta li jiksbu l-veru suċċess: Elvira, Alfredo le Grande, Olivo e Pasquale, Alahor in Granata, Chiara e Serafino... Imma kien f'Napli li jikseb l-ewwel trijonf tiegħu b' L'Esule di Roma (fl-1828). Mgħejjun mill-kreattività tiegħu u l-qawwa tal-ħidma mhux tas-soltu, Donizetti beda jiġbor is-suċċessi.

Fis-26 ta' Dicembru tal-1830, hu kiseb trijonf f'Milan b'Anna Bolena. Din l-opra se tkun malajr rappreżentata f'Pariġi, f'Londra, f'Madrid, f'Dresden, anki fl-Ħavana. Trijonf ieħor fid-12 ta' Mejju fl-1832 b' L'Elisir d'amore f'Milan.

Mistieden minn Rossini fl-1835, Donizetti mar f'Pariġi, fejn jagħti Marino Faliero f'Théâtre des Italiens (id-12 ta' Marzu). F'April huwa nħatar Kavallier tal-Leġjun tal-Unur mill-re ta' Franza Luiġi-Filippu. Lura lejn Napli, kiseb trijonf memorabbli b'Lucia di Lammermoor, ix-xogħol l-aktar famuż, kompost f'6 ġimgħat biss. Wara il-mewt ta' martu, it-30 ta' Lulju tal-1837, huwa sofra minn depressjoni profonda. Madankollu, jagħti kapolavur ieħor, Roberto Devereux, fid-29 ta' Ottubru.

Is-sena ta' wara, l-opra Poliuto hija projbita minħabba iċ-ċensura naplitana. Donizetti telaq Napli għal Pariġi, fejn kiteb diversi opri, li wħud minnhomm saru klassiċi tar-repertorju liriku dinji: Les Martyrs jew Poliuto (1840), La Fille du régiment (1840), La Favorite (1840), Don Pasquale (1843)...

Bejn l-1842 u l-1846, Donizetti jivjaġġa spiss, prinċipalment bejn Pariġi, il-bliet importanti Taljani (Napli, Ruma, Bolonja, Milan, Venezja) u Vjenna fejn huwa maħtur kaptan tal-kappella tal-qorti fl-1842. Hemm beda jbati minn sifilide. Ma jistax jibqa jaħdem mill-1845. Malajr ma jistax jibqa jitkellem u jimxi. Ftit ftit jinżel fil-ġenn. Huwa kien internat fl-1846 f'ċentru sanitarju f'Ivry-sur-Seine u ġie trasferit ghal dar f'Pariġi madwar il-Champs Elysées fl-1847. F'Settembru tal-1847, huwa kien jirritorna lejn Bergamo fejn miet fl-1847.

Xogħlijiet immodifika

Fi 30 sena ta' karriera, Donizetti huwa l-awtur ta' madwar 550 xogħol, fosthom 71 opra, 13-il sinfonija, 3 kwintetti, 28 kantata, 115 kompożizzjoni reliġjuża (fosthom ir-Requiem fl-1835, miktub għal memorja tal-ħabib tiegħu Vincenzo Bellini) u diversi bċejjeċ ta' mużika tal-kamra u oratorji. Donizetti kien il-kompożitur l-aktar prolifiku tas-seklu 19.