Park Nazzjonali ta' Yosemite
Il-Park Nazzjonali ta' Yosemite (pronunzja: /joʊˈsɛmɪti/ yoh-SEM-ih-tee)[1] huwa park nazzjonali f'California,[2][3] l-Istati Uniti. Imiss fix-Xlokk mal-Foresta Nazzjonali ta' Sierra u fil-Majjistral mal-Foresta Nazzjonali ta' Stanislaus. Il-park jiġi ġestit mis-Servizz tal-Parks Nazzjonali u jkopri 759,620 akru (1,187 mil kwadru; 3,074 km2) f'erba' kontej – iċċentrat f'Tuolumne u f'Mariposa, u estiż fit-Tramuntana u fil-Lvant lejn Mono u fin-Nofsinhar lejn Madera. Tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1984[4] u huwa rikonoxxut internazzjonalment għall-irdumijiet tal-granit, għall-kaskati, għan-nixxigħat ċari, għall-foresti tas-siġar ġganteski tas-sequoia, għal-lagi, għall-muntanji, għall-mergħat, għall-glaċieri u għall-bijodiversità tiegħu.[5] Kważi 95 fil-mija tal-park huwa ddeżinjat bħala żona naturali selvaġġa.[6] Yosemite huwa wieħed mill-ikbar ħabitats u l-inqas frammentat fis-Sierra Nevada.
Il-ġeoloġija tiegħu hija kkaratterizzata mill-granit u minn fdalijiet ta' blat iktar antik. Madwar 10 miljun sena ilu, is-Sierra Nevada ġiet olzata u xxaqilbet biex tifforma x-xaqlibiet uniċi tal-katina muntanjuża, u dan żied il-pendil wieqaf tal-qigħan tan-nixxigħat u tax-xmajjar, u fforma kanjons fondi u dojoq. Madwar miljun sena ilu ffurmaw il-glaċieri fl-elevazzjonijiet l-iktar għoljin. Dawn iċċaqilqu 'l isfel tul ix-xaqlibiet u naqqxu u ffurmaw il-Wied ta' Yosemite b'għamla ta' U.
L-insedjaturi Amerikani Ewropej daħlu għall-ewwel darba fil-wied fl-1851. Vjaġġaturi oħra daħlu qabel, iżda James D. Savage ġie akkreditat li skopra ż-żona li mbagħad saret il-Park Nazzjonali ta' Yosemite.[7] L-Amerikani Nattivi ilhom jabitaw ir-reġjun għal kważi 4,000 sena, għalkemm il-bnedmin jaf żaru s-sit għall-ewwel darba saħansitra bejn 8,000 u 10,000 sena ilu.[8][9]
Yosemite kien kritiku għall-iżvilupp tal-kunċett tal-parks nazzjonali. Galen Clark u oħrajn għamlu pressjoni biex il-Wied ta' Yosemite jiġi protett mill-iżvilupp, u fl-aħħar mill-aħħar wasslu biex il-President Abraham Lincoln jiffirma l-Għotja ta' Yosemite tal-1864 li ddikjarat lil Yosemite bħala art ippreservata federalment.[10] Fl-1890, John Muir mexxa moviment li rnexxielu jimmotiva lill-Kungress jistabbilixxi l-Wied ta' Yosemite u l-inħawi tal-madwar bħala Park Nazzjonali. Dan għen biex iwitti t-triq għas-Sistema tal-Parks Nazzjonali. Yosemite jattira madwar erba' miljun viżitatur fis-sena. Il-biċċa l-kbira tal-viżitaturi jqattgħu l-maġġoranza tal-ħin tagħhom fis-seba' mili kwadri (18 km2) tal-wied. Il-park kiseb rekord ta' viżitaturi fl-2016, meta qabeż il-ħames miljun viżitatur għall-ewwel darba.[11] Fl-2023, il-park kellu kważi erba' miljun viżitatur.[12]
Toponimu
immodifikaIl-kelma Yosemite (li oriġinat minn yohhe'meti, "dawk qattiela" bil-lingwa Miwok) storikament kienet tirreferi għall-isem li l-poplu Miwok ta lill-poplu Ahwahneechee, it-tribù indiġena residenti.[13][14][15] Qabel, ir-reġjun kien issejjaħ bħala "Ahwahnee" ("ħalq kbir") mill-unika abitanti indiġeni tiegħu, l-Ahwahneechee. It-terminu Yosemite bil-lingwa Miwok faċilment jiġi konfuż ma' terminu simili li jirreferi għal "ors grizzly", u dan huwa żball pjuttost komuni.[16]
Storja
immodifikaGwerer tal-Ahwahneechee u ta' Mariposa
immodifikaIn-nattivi indiġeni ta' Yosemite jissejħu Ahwahneechee, jiġifieri "persuni li jgħixu fl-abitazzjonijiet" f'Ahwahnee. Il-poplu Ahwahneechee kien l-uniku tribù li għex fi ħdan il-konfini tal-park, iżda tribujiet oħra għexu fiż-żoni tal-madwar. Flimkien iffurmaw popolazzjoni indiġena ikbar f'California, imsejħa l-poplu Miwok tan-Nofsinhar tas-Sierra. Dawn huma relatati mat-tribujiet Mono u Paiute tat-Tramuntana. Tribujiet oħra bħall-poplu Miwok tas-Sierra Ċentrali u l-poplu Yokut, li t-tnejn għexu fil-Wied ta' San Joaquin u f'California ċentrali, żaru Yosemite biex jagħmlu kummerċ u biex jiżżewġu bejniethom. Din irriżultat f'taħlit bejn il-kulturi li għen biex tiġi ppreservata l-preżenza tagħhom f'Yosemite wara li l-insedjamenti Amerikani bikrin u l-iżvilupp urban heddew is-sopravivenza tagħhom. Il-veġetazzjoni u l-annimali tal-kaċċa fir-reġjun kienu simili għal dawk taż-żminijiet moderni; il-ġandar kien prodott tal-ikel bażiku, flimkien ma' żrieragħ u pjanti oħra, is-salamun u ċ-ċriev.
It-Tellieqa Sfrenata għad-Deheb tal-1848–1855 f'California kienet avveniment ewlieni li kellu impatt fuq il-popolazzjoni nattiva. Attirat iktar minn 90,000 Amerikan Ewropew lejn l-inħawi fl-1849, u kkawżat kompetizzjoni għar-riżorsi bejn il-minaturi tad-deheb u r-residenti. Madwar 70 sena qabel it-Tellieqa għad-Deheb, il-popolazzjoni indiġena kienet stmata li kienet tammonta għal 300,000 ruħ, u f'qasir żmien niżlet għal 150,000 ruħ, u għaxar snin biss wara, kien fadal biss 50,000 ruħ. Dan kien dovut ukoll minħabba l-mard, it-tnaqqis fir-rata tat-twelid, il-ġuħ u l-kunflitti. Il-kunflitt f'Yosemite, magħruf bħala l-Gwerra ta' Mariposa, kien parti mill-ġenoċidju ta' California, li kien jinvolvi l-qtil sistemiku tal-popli indiġeni fl-istat kollu bejn is-snin 40 u 70 tas-seklu 19. Il-gwerra bdiet f'Diċembru 1850 meta California ffinanzjat milizja statali biex tkeċċi l-popli nattivi mit-territorju kkontestat u biex toħnoq ir-reżistenza tal-Amerikani nattivi għall-influss tal-Amerikani Ewropej.
It-tribujiet ta' Yosemite spiss serqu mingħand l-insedjaturi u l-minaturi, u xi kultant kienu joqtluhom, bi tpattija għall-isterminju/għad-domestikazzjoni tal-poplu tagħhom, u għat-telf tal-artijiet u tar-riżorsi tagħhom. Il-gwerra u l-formazzjoni tal-Battaljun ta' Mariposa kienu parzjalment ir-riżultat ta' inċident uniku li kien jinvolvi lil James Savage, kummerċjant minn Fresno, li ċ-ċentru kummerċjali tiegħu ġie attakkat f'Diċembru 1850. Wara l-inċident, Savage qanqal lil minaturi oħra u kiseb l-appoġġ tal-uffiċjali lokali sabiex jagħmel gwerra kontra n-nattivi. Huwa nħatar bħala Maġġur tal-Armata tal-Istati Uniti tal-Battaljun ta' Mariposa fil-bidu tal-1851. Hu u l-Kaptan John Boling kienu responsabbli għall-persegwitazzjoni tal-poplu Ahwahneechee, immexxi mill-Kap Tenaya, u ġegħeluhom imorru lejn il-Punent u 'l barra minn Yosemite. F'Marzu 1851 taħt il-kmand ta' Savage, il-Battaljun ta' Mariposa qabad madwar 70 Ahwahneechee u ppjana li jeħodhom lejn riżerva fi Fresno, iżda rnexxielhom jaħarbu. Iktar 'il quddiem f'Mejju, taħt il-kmand ta' Boling, il-battaljun qabad 35 Ahwahneechee, inkluż il-Kap Tenaya, u ġegħelhom jimmarċjaw lejn ir-riżerva. Il-biċċa l-kbira eventwalment tħallew jitilqu u l-bqija ħarbu. Tenaya u oħrajn ħarbu tul is-Sierra Nevada u insedjaw mal-Mono fil-Lag ta' Paiutes. Tenaya u wħud minn sħabu fl-aħħar mill-aħħar inqatlu fl-1853 jew minħabba li serqu xi żwiemel jew inkella minħabba kunflitt fil-logħob tal-azzard. Dawk li baqgħu ħajjin fost il-grupp ta' Tenaya u Ahwahneechee oħra ġew assorbiti fi ħdan it-tribù Mono tal-Lag ta' Paiute.
Rakkonti dwar dan il-battaljun kienu l-ewwel rapporti ddokumentati ta' Amerikani Ewropej li daħlu fil-Wied ta' Yosemite. Flimkien mal-unità ta' Savage kien hemm it-tabib Lafayette Bunnell, li iktar 'il quddiem kiteb dwar l-impressjonijiet tiegħu rigward il-wied f'The Discovery of the Yosemite (L-Iskoperta ta' Yosemite). Bunnell ġie akkreditat li ta l-isem lill-Wied ta' Yosemite, abbażi tal-intervisti tiegħu mal-Kap Tenaya. Bunnell kiteb li l-Kap Tenaya kien il-fundatur tal-kolonja tal-Ahwahnee. Bunnell bi żball kien jemmen li l-kelma "Yosemite" kienet tfisser "ors grizzly adult".
Preżenza kontinwa tal-popli indiġeni
immodifikaWara l-Gwerra ta' Mariposa, l-Amerikani Nattivi baqgħu jgħixu fl-inħawi ta' Yosemite b'numri mnaqqsa. Il-kumplament tal-membri tat-tribù Ahwahneechee ta' Yosemite ġew imġiegħla jagħmlu rilokazzjoni lejn villaġġ li nbena fl-1851 mill-gvern statali. Huma tgħallmu jgħixu f'dan il-kamp b'drittijiet limitati, adattaw għall-bidla fl-ambjent u daħlu fl-industrija tat-turiżmu permezz tal-impjieg u n-negozji ż-żgħar, fejn immanifatturaw u bigħu l-merkanzija u pprovdew is-servizzi. Fl-1953, is-Servizz tal-Parks Nazzjonali pprojbixxa lin-nattivi kollha li ma kinux impjegati milli jirresjedu fil-park u keċċa lil dawk li ma kinux impjegati u li kellhom residenza. Fl-1969, bi ftit familji biss li kien għad fadal fil-park, is-Servizz tal-Park Nazzjonali keċċa l-kumplament tal-poplu nattiv li kien għadu jgħixu fi ħdan il-park (l-impjegati kollha tal-park u l-familji tagħhom) u ttrasferihom lejn żona b'abitazzjonijiet tal-gvern għall-impjegati tal-park u qered il-villaġġ bħala parti minn eżerċizzju tat-tifi tan-nar. Wara l-Mużew ta' Yosemite hemm il-Villaġġ Indjan ta' Ahwahnee" rikostruwit, li jinsab qrib iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Wied ta' Yosemite.
Sal-aħħar tas-seklu 19, il-popolazzjoni tal-abitanti nattivi kollha f'Yosemite, minkejja li kien diffiċli li wieħed ikun jaf fiċ-ċert, kienet stmata li kienet tlaħħaq bejn 30 u diversi mijiet. Il-poplu Ahwahneechee u d-dixxendenti tiegħu ma kienx faċli biex jiġu identifikati. L-aħħar persuna Ahwahneechee ta' nisel 100 % Ahwahneechee mietet fl-1931. Isimha kien Totuya jew Maria Lebrado. Hija kienet in-neputija tal-Kap Tenaya u waħda mill-ħafna li ġew imkeċċija mill-artijiet anċestrali. Il-poplu Ahwahneechee jgħix fil-memorja tad-dixxendenti tiegħu, in-Nattivi sħabhom ta' Yosemite, u permezz tal-wirja ta' Yosemite fil-Mużew ta' Smithsonian u ta' Yosemite. Bħala metodu ta' awtopreservazzjoni u reżiljenza, il-poplu indiġenu ta' California ppropona trattati fl-1851 u fl-1852 li kienu jistabbilixxu riżervi tal-art għalihom, iżda l-Kungress irrifjuta li jirratifikahom. Il-Ġens Miwuk tan-Nofsinhar tas-Sierra qed jipprova jikseb sovranità tribali u rikonoxximent federali. Is-Servizz tal-Parks Nazzjonali ħoloq politiki biex jipproteġi s-siti sagri u biex jippermetti lill-Poplu Nattiv jirritorna lejn art twelidu u juża r-riżorsi tal-park nazzjonali.
Turisti bikrin
immodifikaFl-1855, l-imprenditur James Mason Hutchings, l-artist Thomas Ayres u tnejn oħra kienu l-ewwel turisti li żaru l-park. Hutchings u Ayres kienu responsabbli għall-biċċa l-kbira tar-reklamar bikri ta' Yosemite, billi kitbu artikli u ħarġiet speċjali dwar il-wied. L-istil ta' Ayres kien mimli angularità esaġerata. Ix-xogħlijiet u r-rakkonti bil-miktub tiegħu ġew distribwiti fuq livell nazzjonali, u saret wirja tat-tpinġijiet tiegħu fil-Belt ta' New York. L-isforzi tar-reklamar ta' Hutchings bejn l-1855 u l-1860 żiedu t-turiżmu lejn Yosemite. In-nattivi appoġġaw it-tkabbir tal-industrija tat-turiżmu u ħadmu bħala ħaddiema ġenerali jew tat-tindif. Iktar 'il quddiem, kienu jagħmlu żifniet għat-turisti, kienu jagħmluha ta' gwidi, u kienu jbigħu oġġetti artiġjanali, l-iktar qfief minsuġa. Il-villaġġ Indjan u l-poplu tiegħu kien isaħħar lill-viżitaturi, speċjalment lil James Hutchings li kien jitkellem favur it-turiżmu lejn Yosemite. Hu u oħrajn kienu jqisu l-preżenza indiġeni bħala waħda mill-ikbar attrazzjonijiet ta' Yosemite.
Wawona kien kamp bikri tal-Indjani għall-popli Nuchu u Ahwahneechee li nqabdu u ġew rilokati lejn riżerva tul ix-xmara Fresno minn Savage u l-Battaljun ta' Mariposa f'Marzu 1851. Galen Clark skopra r-roqgħa forestali bis-siġar ġganteski tas-sequoia f'Wawona fl-1857. Huwa bena abitazzjonijiet sempliċi u t-toroq. Fl-1879 inbniet il-Lukanda ta' Wawona biex taqdi lit-turisti li kienu jżuru r-roqgħa forestali ta' Mariposa. It-turiżmu żdied, u miegħu żdied l-għadd ta' mogħdijiet u ta' lukandi.
Is-Siġra ta' Wawona, magħrufa wkoll bħala s-Siġra tal-Mina, kienet sequoia ġganteska li kibret fir-roqgħa forestali ta' Mariposa. Kienet twila 234 pied (71 metru), b'ċirkonferenza ta' 90 pied (27 metru). Meta nqatgħet mina wiesgħa karreġġata minn ġos-siġra fl-1881, saret saħansitra iktar popolari bħala attrazzjoni fejn it-turisti setgħu jmorru jieħdu xi ritratti. Il-karrozzini u l-karozzi kienu jgħaddu mit-triq li kienet tgħaddi minn ġos-siġra. Is-siġra ddgħajfet b'mod permanenti mill-mina, u fl-1969 waqgħet minħabba t-tagħbija tqila tal-borra. Ġie stmat li kellha 2,100 sena.
L-ewwel konċessjoni ta' Yosemite ġiet stabbilita fl-1884 meta John Degnan u martu stabbilew ħanut bil-prodotti tal-ħami u maħżen. Fl-1916, is-Servizz tal-Park Nazzjonali ta konċessjoni ta' 20 sena lill-Kumpanija tas-Servizz tal-Park ta' Desmond. Din xtrat jew bniet il-lukandi, l-imħażen, il-kampijiet, ħanut tal-prodotti tal-ħalib, garaxx u faċilitajiet oħra tal-park. Il-Lukanda Del Portal tlestiet fl-1908 minn fergħa sussidjarja tal-Linja Ferrovjarja tal-Wied ta' Yosemite. Kienet tinsab f'El Portal, California ftit 'il barra minn Yosemite.
Il-Kumpanija ta' Curry bdiet fl-1899, taħt it-tmexxija ta' David u Jennie Curry biex jipprovdu konċessjonijiet. Huma stabbilew il-Kamp ta' Curry, issa l-Villaġġ ta' Curry.
L-amministraturi tas-servizz tal-park ħassew li l-limitazzjoni tal-għadd ta' konċessjonarji fil-park kien iktar għaqli finanzjarjament. Il-Kumpanija ta' Curry u r-rivali tagħha, il-Kumpanija tal-Park Nazzjonali ta' Yosemite, kellhom jagħmlu fużjoni fl-1925 biex jiffurmaw il-Kumpanija tal-Park ta' Yosemite u ta' Curry (YP&CC). Il-kumpanija bniet il-Lukanda ta' Ahwahnee fl-1926–1927.
Għotja ta' Yosemite
immodifikaImħassbin bl-impatt tal-interessi kummerċjali, xi ċittadini inkluż Galen Clark u s-Senatur John Conness kienu favur il-protezzjoni ta' dawn l-inħawi. It-38 Kungress tal-Istati Uniti għadda leġiżlazzjoni, li ġiet iffirmata mill-President Abraham Lincoln fit-30 ta' Ġunju 1864, li ħolqot l-Għotja ta' Yosemite. Din kienet l-ewwel darba li xi art twarrbet mill-gvern tal-Istati Uniti speċifikament għall-preservazzjoni u għall-użu pubbliku, u ħolqot preċedent għall-ħolqien fl-1872 tal-Park Nazzjonali ta' Yellowstone, l-ewwel park nazzjonali tal-Istati Uniti. Il-Wied ta' Yosemite u r-Roqgħa Forestali ta' Mariposa ġew ċeduti lil California bħala park statali, u bord ta' kummissarji ġie stabbilit sentejn wara.
Galen Clark inħatar mill-kummissjoni bħala l-ewwel gwardjan tal-Għotja, iżda la Clark u lanqas il-kummissarji ma kellhom l-awtorità li jkeċċu lil dawk li kellhom proprjetà hemmhekk (fosthom Hutchings). Il-kwistjoni ma ġietx solvuta qabel l-1872 meta l-proprjetajiet ġew invalidati mill-Qorti Suprema tal-Istati Uniti. Clark u l-kummissarji tkeċċew f'tilwima li waslet quddiem il-Qorti Suprema fl-1880. Iż-żewġ deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema li affettwaw il-ġestjoni tal-Għotja ta' Yosemite jitqiesu bħala preċedenti fil-liġi dwar il-ġestjoni tal-art. Hutchings sar il-gwardjan il-ġdid tal-park.
L-aċċess tat-turisti għall-park ittejjeb, u l-kundizzjonijiet fil-Wied ta' Yosemite saru iktar ospitabbli. It-turiżmu żdied b'mod sinifikanti wara li tlestiet l-ewwel linja ferrovjarja transkontinentali fl-1869, filwaqt li r-rikba twila fuq iż-żwiemel biex wieħed jasal fl-inħawi kienet deterrent. Inbnew tliet toroq għall-istagecoaches f'nofs is-snin 70 tas-seklu 19 sabiex jipprovdu aċċess aħjar għall-għadd dejjem jikber ta' viżitaturi.
John Muir kien naturalist u esploratur Amerikan imwieled Skoċċiż. It-tmexxija ta' Muir żgurat li bosta parks nazzjonali ma jiġux mimsusa, inkluż Yosemite.
Muir kiteb artikli li wasslu biex l-inħawi jsiru iktar popolari u biex jiżdied l-interess xjentifiku fil-park. Muir kien wieħed minn tal-ewwel li tteorizza li l-formazzjonijiet tal-art ewlenin fil-Wied ta' Yosemite nħolqu minn glaċieri alpini, qabel xjenzati stabbilit bħal Josiah Whitney. Muir kiteb karti xjentifiċi rigward il-bijoloġija tal-inħawi. L-arkitett pajsaġġistiku Frederick Law Olmsted enfasizza l-importanza tal-konservazzjoni tal-Wied ta' Yosemite.
Sforzi għal żieda fil-protezzjoni
immodifikaIr-ragħa eċċessiva tal-mergħat (speċjalment min-nagħaġ), il-qtugħ tas-siġar ġganteski tas-sequoia, u ħsara oħra wasslu biex Muir jitkellem favur iktar protezzjoni tal-park. Muir ikkonvinċa lil mistednin prominenti dwar l-importanza li l-inħawi jitpoġġew taħt protezzjoni federali. Wieħed minn dawn il-mistednin kien Robert Underwood Johnson, l-editur tar-rivista Century Magazine. Muir u Johnson għamlu pressjoni fuq il-Kungress biex ifassal l-Att li ħoloq il-Park Nazzjonali ta' Yosemite fl-1 ta' Ottubru 1890. Madankollu, l-Istat ta' California, żamm il-kontroll tal-Wied ta' Yosemite u tar-Roqgħa Forestali ta' Mariposa. Il-kitbiet ta' Muir żiedu s-sensibilizzazzjoni dwar il-ħsara kkawżata mir-ragħa tan-nagħaġ, u attivament għamel kampanja favur l-eliminazzjoni virtwali tar-ragħa mill-artijiet għoljin ta' Yosemite.
Il-park nazzjonali l-ġdid ġie taħt il-ġurisdizzjoni tat-Truppi I tar-Raba' Kavallerija tal-Armata tal-Istati Uniti fid-19 ta' Mejju 1891, li kkampja f'Wawona bil-Kaptan Abram Epperson Wood bħala l-aġent sovraintendent. Sal-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 19, ir-ragħa tan-nagħaġ ma baqgħetx problema, u l-Armata għamlet titjib ieħor. Madankollu, il-kavallerija ma setgħetx tintervjeni biex ittaffi l-kundizzjonijiet tal-park li kienu marru għall-agħar. Mill-1899 sal-1913, ir-riġmenti tal-kavallerija tad-Dipartiment tal-Punent, inkluż id-Disa' Kavallerija Sewda kollha (magħrufa bħala s-"Suldati ta' Buffalo") u l-Ewwel Kavallerija, stazzjonaw żewġ truppi f'Yosemite.
Muir u l-Klabb tas-Sierra tiegħu baqgħu jagħmlu pressjoni fuq il-gvern u n-nies influwenti għal Park Nazzjonali unifikat ta' Yosemite. F'Mejju 1903, il-President Theodore Roosevelt ikkampja ma' Muir qrib il-Punt tal-Glaċieri għal tlett ijiem. Matul dak il-vjaġġ, Muir ikkonvinċa lil Roosevelt jieħu l-kontroll tal-Wied ta' Yosemite u tar-Roqgħa Forestali ta' Mariposa mingħand California u jirritornah lill-gvern federali. Fl-1906, Roosevelt iffirma abbozz ta' liġi li bidlet dan il-kontroll.
Servizz tal-Parks Nazzjonali
immodifikaIs-Servizz tal-Parks Nazzjonali (bl-Ingliż: National Park Service, NPS) ġie ffurmat fl-1916, u Yosemite ġie ttrasferit taħt il-ġurisdizzjoni ta' dik l-aġenzija. Tuolumne Meadows Lodge, Tioga Pass Road, u ż-żoni tal-kampeġġi fil-lagi ta' Tenaya u ta' Merced tlestew ukoll fl-1916. Il-karozzi bdew jidħlu fil-park b'ammonti dejjem jikbru wara l-ftuħ tal-awtostradi tajbin għal kull tip ta' temp li jagħtu għall-park. Il-Mużew ta' Yosemite ġie stabbilit fl-1926 permezz tal-isforzi ta' Ansel Franklin Hall. Fis-snin 20 tas-seklu 20, il-mużew kellu Amerikani Nattivi li kienu jagħmlu artiġjanat tradizzjonali, u bosta Miwok tan-Nofsinhar tas-Sierra baqgħu jgħixu fil-Wied ta' Yosemite sa ma tkeċċew mill-park fis-snin 60 tas-seklu 20. Għalkemm l-NPS għen biex jinħoloq mużew li kien jinkludi l-kultura tal-Amerikani Nattivi, l-azzjonijiet bikrin tiegħu u l-valuri organizzattivi tiegħu ma tantx kienu favur in-Nattivi ta' Yosemite u l-Ahwahneechee. L-NPS fil-bidu tas-seklu 20 ikkritika u rrestrinġa l-espressjoni u l-imġiba tal-kultura indiġena. Pereżempju, l-uffiċjali tal-park ippenalizzaw lin-nattivi talli kienu jilagħbu l-karti u jixorbu matul il-Jiem tal-Indjani tal-1924. Fl-1929, is-Sovraintendent tal-Park Charles G. Thomson ikkonkluda li l-villaġġ tal-Indjani estetikament ma kienx sabiħ u kien qed jillimita l-iżvilupp tal-insejdaturi ta' karnaġjon bajda. B'hekk ordna li l-kamp jinħaraq. Fl-1969, bosta residenti nattivi telqu biex ifittxu x-xogħol minħabba t-tnaqqis tat-turiżmu. L-NPS ġarraf id-djar vojta tagħhom, keċċa l-bqija tar-residenti, u qered il-villaġġ kollu. Dan kien l-aħħar insedjament indiġenu fi ħdan il-park.
Fl-1903 ġiet proposta diga fil-Wied ta' Hetch Hetchy fin-naħa tal-Majjistral tal-park. L-iskop tagħha kien li tipprovdi l-ilma u l-enerġija idroelettrika lil San Francisco. Muir u l-Klabb tas-Sierra opponew il-proġett, filwaqt li oħrajn, inkluż Gifford Pinchot, appoġġawh. Fl-1913, id-Diga ta' O'Shaughnessy ġiet approvata billi għadda l-Att ta' Raker.
Fl-1918, Clare Marie Hodges ġiet impjegata bħala l-ewwel ranger mara tal-park f'Yosemite. Wara Hodges fl-1921, Enid Michael ġiet impjegata bħala ranger staġonali tal-park u baqgħet f'din il-kariga għal 20 sena.
Fl-1937, il-konservazzjonista Rosalie Edge, il-kap tal-Kumitat tal-Konservazzjoni ta' Emerġenza, irnexxielu jagħmel pressjoni fuq il-Kungress biex jixtri madwar 8,000 akru (3,200 ettaru) ta' siġar primordjali taż-żnuber taz-zokkor tul il-perimetru tal-Park Nazzjonali ta' Yosemite li kienu se jinqatgħu.
Sal-1968, il-konġestjoni tat-traffiku u l-parkeġġ fil-Wied ta' Yosemite matul ix-xhur tas-sajf saru punti ta' tħassib. L-NPS naqqas l-attrazzjonijiet artifiċjali li kienu jżidu l-viżitaturi tal-park, bħall-Firefall, fejn ġmar jikwu kienu jintefgħu 'l isfel minn irdum qrib il-Punt tal-Glaċieri billejl.
Fl-1984, il-preservazzjonisti pperswadew lill-Kungress biex jiddeżinja 677,600 akru (274,200 ettaru), jew madwar 89 fil-mija tal-park, bħala Żona Naturali Selvaġġa ta' Yosemite. Bħala żona naturali selvaġġa, din tiġi ppreservata fl-istat mhux mittiefes tagħha u l-bnedmin ikunu viżitaturi temporanji biss.
Fl-2016, il-Fond Fiduċjarju għall-Art Pubblika xtara l-Mergħa ta' Ackerson, roqgħa ta' 400 akru (160 ettaru) tul ix-xifer tal-Punent tal-park għal $2.3 miljun. Il-Mergħa ta' Ackerson oriġinarjament kienet inkluża fil-konfini proposti tal-park fl-1890, iżda qatt ma nxtrat mill-gvern federali. Ix-xiri u d-donazzjoni tal-mergħa kienet possibbli bis-saħħa ta' sforz kooperattiv tal-Fond Fiduċjarju għall-Art Pubblika, l-NPS, u l-Yosemite Conservancy. Fis-7 ta' Settembru 2016, l-NPS aċċetta d-donazzjoni tal-art, u b'hekk il-mergħa kienet l-ikbar żieda ta' art f'Yosemite mill-1949.
Il-Park Nazzjonali ta' Yosemite jinsab fis-Sierra Nevada ċentrali. Tliet żoni naturali selvaġġi jinsabu biswit Yosemite: iż-Żona Naturali Selvaġġa ta' Ansel Adams fix-Xlokk, iż-Żona Naturali Selvaġġa ta' Hoover fil-Grigal, u ż-Żona Naturali Selvaġġa ta' Emigrant fit-Tramuntana.
Il-park ta' 1,189 mil kwadru (3,080 km2) fih eluf ta' lagi u ta' għadajjar, 1,600 mil (2,600 km) ta' nixxigħat, 800 mil (1,300 kilometru) ta' mogħdijiet għall-mixi, u 350 mil (560 kilometru) ta' toroq. Żewġ Xmajjar Selvaġġi u Xeniċi ddeżinjati federalment, Merced u Tuolumne, jibdew fi ħdan il-konfini ta' Yosemite u jnixxu lejn il-Punent qalb l-għoljiet ta' qabel is-Sierra fil-Wied Ċentrali ta' California.
Blat u erożjoni
immodifikaKważi l-formazzjonijiet kollha tal-art huma minquxa mill-blat granitiku tal-Batolit tas-Sierra Nevada (batolit huwa massa kbira ta' blat igneu intrużiv li fformat fil-fond taħt is-superfiċe). Madwar 5 % tal-formazzjonijiet tal-art tal-park (l-iktar fil-marġni tal-Lvant qrib il-Muntanja Dana) huma blat metaforfizzat vulkaniku u blat sedimentarju. Dawn il-qċaċet iffurmaw in-naħa ta' fuq il-magma granitika sottostanti.
L-azzjoni tal-erożjoni fuq tipi differenti ta' sistemi ta' ġonturi u ta' fratturi ġġenerati bl-olzar hija responsabbli għall-produzzjoni tal-widien, tal-kanjons, tal-koppli u ta' karatteristiċi oħra. Dawn is-sistemi ta' ġonturi u ta' fratturi ma jiċċaqilqux, u għaldaqstant mhumiex qasmiet tettoniċi. L-ispazjar bejn il-ġonturi huwa kkontrollat mill-ammont ta' siliċju fil-blat granitiku u granodjorit; iktar siliċju għandu t-tendenza li jifforma blat iktar reżistenti, li jirriżulta fi spazji ikbar bejn il-ġonturi u l-fratturi.
Il-pilastri u l-kolonni, bħall-Kolonna ta' Washington u l-Vleġġa Mitlufa, jiġu ġġenerati minn ġonturi trasversali. L-azzjoni tal-erożjoni fuq il-ġonturi ewlenin hija responsabbli għat-tiswir tal-widien u tal-kanjons li ffurmaw wara. L-iżjed forza unika li twassal għall-erożjoni f'dawn l-aħħar ftit miljuni ta' snin kienu l-glaċieri alpini l-kbar, li biddlu l-widien bix-xmajjar li qabel kellhom għamla ta' V f'kanjons minquxa bil-glaċieri b'għamla ta' U (bħall-Wied ta' Yosemite u l-Wied ta' Hetch Hetchy). L-esfoljazzjoni (ikkawżata mit-tendenza tal-kristalli fil-blat plutoniku li jespandu fis-superfiċe) li taġixxi fuq il-blat granitiku b'ġonturi bi spazju wiesa' hija responsabbli għall-produzzjoni ta' koppli bħan-Nofs Koppla u l-Koppla tat-Tramuntana, kif ukoll ta' ħnejjiet interni bħall-Ħnejjiet Irjali.
Karatteristiċi popolari
immodifikaIl-Wied ta' Yosemite jirrappreżenta wieħed fil-mija biss mill-erja tal-park. Il-Veduta tal-Mini toffri veduta panoramika tal-wied. El Capitan huwa rdum tal-granit prominenti li jitfaċċa fl-għoli fuq il-wied, u huwa post ippreferut mix-xabbaturi tal-blat minħabba d-daqs imponenti tiegħu, ir-rotot differenti possibbli tat-tixbit, u l-aċċessibbiltà tiegħu s-sena kollha. Il-koppli tal-granit bħall-Koppla tas-Sentinella u n-Nofs Koppla huma 3,000 u 4,800 pied (910 u 1,460 metru), rispettivament, 'il fuq mill-art tal-wied. Il-park fih għexieren ta' koppli oħra tal-granit.
L-elevazzjonijiet għoljin ta' Yosemite fihom karatteristiċi importanti oħra bħall-Mergħat ta' Tuolumne, il-Mergħat ta' Dana, il-Katina Muntanjuża ta' Clark, il-Katina Muntanjuża tal-Katidral, u l-Quċċata ta' Kuna. Il-mogħdijiet tal-Quċċata tas-Sierra u tal-Quċċata Paċifika jgħaddu minn ġo Yosemite. Il-Muntanja Dana u l-Muntanja Gibbs huma magħmula minn blat metamorfiku aħmar. Il-qċaċet granitiċi jinkludu l-Muntanja Conness, il-Quċċata tal-Katidral, u l-Quċċata ta' Matterhorn. Il-Muntanja Lyell hija l-ogħla punt fil-park, b'għoli ta' 13,120 pied (4,000 metru). Il-Glaċier ta' Lyell huwa l-ikbar glaċier fil-park u wieħed mill-ftit li fadal fis-Sierra.
Il-park fih tliet irqajja forestali bis-siġar ġganteski tas-sequoia (Sequoiadendron giganteum); ir-Roqgħa Forestali ta' Mariposa (200 siġra), ir-Roqgħa ta' Tuolumne (25 siġra), u r-Roqgħa Forestali ta' Merced (20 siġra). Din l-ispeċi bħala volum hija l-ikbar, l-eqdem u l-ogħla siġra fid-dinja.
Ilma u silġ
immodifikaIs-sistemi tax-xmajjar Tuolumne u Merced joriġinaw tul il-qċaċet tas-Sierra fil-park u naqqxu l-kanjons sa fond ta' 3,000 u 4,000 pied (910 u 1,220 metru). Ix-xmara Tuolumne twassal għad-drenaġġ tat-Tramuntana kollha tal-park, b'erja ta' madwar 680 mil kwadru (1,800 km2). Ix-xmara Merced tibda fil-qċaċet tan-Nofsinhar tal-park, primarjament il-Ktajjen Muntanjużi tal-Katidral u ta' Clark, u twassal għad-drenaġġ ta' erja ta' madwar 511-il mil kwadru (1,320 km2).
Il-proċessi idroloġiċi, inkluż il-glaċjazzjoni, l-għargħar u r-rispons ġeomorfiku fluvjali, kienu fundamentali fil-ħolqien tal-formazzjonijiet tal-art tal-park. Il-park fih madwar 3,200 lag (ikbar minn 100 m2), żewġ ġibjuni, u 1,700 mil (2,700 kilometru) ta' nixxigħat. L-artijiet mistagħdra jiffjorixxu fil-baċiri tal-wied madwar il-park kollu, u spiss huma kkollegati idroloġikament mal-lagi u max-xmajjar fil-qrib permezz tal-għargħar staġonali u tal-ilma tal-pjan. Il-ħabitats tal-mergħat, mifruxa fl-elevazzjonijiet minn 3,000 sa 11,000 pied (910 sa 3,350 metru) fil-park, ġeneralment huma artijiet mistagħdra, l-istess bħall-ħabitats riparji max-xtut tal-mogħdijiet tal-ilma ta' Yosemite.
Yosemite huwa famuż għall-konċentrazzjoni kbira ta' kaskati f'erja żgħira. Bosta kaskati weqfin, kaskati mtarrġin glaċjali u widien sospiżi fil-park ikun fihom kaskati għoljin spettakolari, speċjalment matul April, Mejju u Ġunju (meta jdub il-borra). Il-Kaskati ta' Yosemite li jinsabu fil-Wied ta' Yosemite huma r-raba' l-ogħla kaskata fl-Amerka ta' Fuq b'għoli ta' 2,425 pied (739 metru) skont il-Bażi tad-Data tal-Kaskati Dinjin. Fil-wied jinsabu wkoll il-Kaskati Ribbon, b'volum ferm iżgħar, bl-ogħla kaskata vertikali unika ta' 1,612-il pied (491 metru). X'aktarx li l-iżjed kaskati prominenti tal-wied huma l-Kaskata tal-Velu tal-Għarusa (bl-Ingliż: Bridalveil Fall). Il-Kaskati ta' Wapama fil-Wied ta' Hetch Hetchy hija kaskata notevoli oħra. Mijiet ta' kaskati effimeri jsiru attivi fil-park wara xita qliel jew meta ddub il-borra.
Il-glaċieri tal-park huma relattivament żgħar u jokkupaw żoni li fil-biċċa l-kbira jkunu f'dell permanenti, bħas-cirques li jħarsu lejn it-Tramuntana u l-Grigal. Il-Glaċier ta' Lyell huwa l-ikbar glaċier f'Yosemite (il-Glaċieri ta' Palisades huma l-ikbar fis-Sierra Nevada) u jkopri 160 akru (65 ettaru. L-ebda wieħed mill-glaċieri ta' Yosemite mhuwa fdal tal-glaċieri alpini tal-Era Glaċjali li kienu responsabbli għat-tinqix tal-pajsaġġ ta' Yosemite. Minflok, iffurmaw matul wieħed mill-episodji neoglaċjali li seħħew matul id-dewbien tal-Era Glaċjali (bħall-Era Glaċjali ż-Żgħira). Bosta glaċieri ta' Yosemite għebu, bħall-Glaċier tal-Muntanja Sewda li ġie mmarkat fl-1871 u għeb sa nofs is-snin 80 tas-seklu 20. Iż-żewġ glaċieri finali ta' Yosemite – il-Glaċieri ta' Lyell u ta' Maclure – irtiraw matul l-aħħar 100 sena u huwa mistenni li se jgħebu bħala riżultat tat-tibdil fil-klima.
Klima
immodifikaIl-Park Nazzjonali ta' Yosemite għandu klima Mediterranja (Csa skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen), jiġifieri l-biċċa l-kbira tal-preċipitazzjoni tinżel matul ix-xitwa miti, u l-istaġuni l-oħra jkunu kważi nexfin (inqas minn 3 % tal-preċipitazzjoni tinżel matul is-sajf sħun u twil). Minħabba l-olzar orografiku, il-preċipitazzjoni tiżdied bl-elevazzjoni sa 8,000 pied (2,400 metru) li mbagħad bil-mod il-mod tonqos qrib il-qċaċet. L-ammonti ta' preċipitazzjoni jvarjaw minn 36 pulzier (910 millimetru) f'għoli ta' 4,000 pied (1,200 metru) sa 50 pulzier (1,300 millimetru) f'għoli ta' 8,600 pied (2,600 metru). Tipikament il-borra ma takkumulax qabel Novembru fl-elevazzjonijiet għoljin. Issir fonda f'Marzu jew fil-bidu ta' April.
It-temperaturi medji ta' kuljum ivarjaw bejn 25 °F (−4 °C) u 53 °F (12 °C) fil-Mergħat ta' Tuolumne f'għoli ta' 8,600 pied (2,600 metru). Fid-Daħla ta' Wawona (elevazzjoni ta' 5,130 pied jew 1,560 metru), it-temperatura medja ta' kuljum tvarja bejn 36 u 67 °F (2 u 19 °C). F'elevazzjonijiet iktar baxxi taħt il-5,000 pied (1,500 metru), it-temperaturi jkunu iktar sħan; it-temperatura għolja medja ta' kuljum fil-Wied ta' Yosemite (f'elevazzjoni ta' 3,966 pied jew 1,209 metru) tvarja bejn 46 u 90 °F (8 u 32 °C). F'elevazzjonijiet 'il fuq minn 8,000 pied (2,400 metru), it-temperaturi tas-sjuf sħan u nexfin jiġu moderati minn maltempati frekwenti bir-ragħad, kif ukoll minn borra li jaf tippersisti sa Lulju.
Il-kombinament ta' veġetazzjoni niexfa, umdità relattiva baxxa u maltempati bir-ragħad jirriżulta f'bosta nirien frekwenti kkawżati mis-sajjetti.
Fil-kwartieri ġenerali tal-park (f'elevazzjoni ta' 4,018-il pied jew 1,225 metru), f'Jannar it-temperatura tilħaq medja ta' 38.0 °F (3.3 °C), filwaqt li f'Lulju t-temperatura tilħaq medja ta' 73.3 °F (22.9 °C). Fis-sajf l-iljieli jkunu iktar kesħin minn binhar. Medja ta' 45.5 jiem ikollhom temperaturi massimi ta' 90 °F (32 °C) jew ogħla u medja ta' 105.6 iljieli b'temperaturi tal-friża. It-temperaturi tal-friża ġew irreġistrati f'kull xahar tas-sena. It-temperatura għolja rekord kienet 112 °F (44 °C) fit-22 u fl-24 ta' Lulju 1915, filwaqt li t-temperatura baxxa rekord kienet ta' −7 °F (−22 °C) fl-1 ta' Jannar 2009. Il-preċipitazzjoni annwali medja tkun kważi 37 pulzier (940 millimetru), li tinżel f'67 jum. L-iżjed sena bl-ogħla preċipitazzjoni kienet l-1983 b'66.06 pulzier (1,678 millimetru) u l-iżjed sena niexfa kienet l-1976 b'14.84-il pulzier (377 millimetru). L-ogħla preċipitazzjoni f'xahar wieħed kienet 29.61 pulzier (752 millimetru) f'Diċembru 1955 u l-ogħla preċipitazzjoni f'jum wieħed kienet 6.92 pulzieri (176 millimetru) fit-23 ta' Diċembru 1955. Il-borra annwali medja tammonta għal 39.4 pulzier (1.00 metru). L-iżjed xitwa li kellha borra kienet dik tal-1948–1949 b'176.5 pulzier (4.48 metri). L-iżjed borra f'xahar wieħed kienet tammonta għal 175.0 pulzier (4.45 metri) f'Jannar 1993.
Data klimatika għall-Kwartieri Ġenerali tal-Park Nazzjonali ta' Yosemite, California, temp. normali mill-1991 sal-2020, temp. estremi mill-1905 sal-preżent | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 72
(22) |
82
(28) |
90
(32) |
96
(36) |
99
(37) |
103
(39) |
112
(44) |
110
(43) |
108
(42) |
98
(37) |
86
(30) |
73
(23) |
112
(44) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 58.7
(14.8) |
64.2
(17.9) |
70.4
(21.3) |
77.0
(25.0) |
83.3
(28.5) |
91.3
(32.9) |
97.4
(36.3) |
97.5
(36.4) |
93.7
(34.3) |
85.1
(29.5) |
70.9
(21.6) |
59.3
(15.2) |
99.1
(37.3) |
Temp. għolja medja ta' kuljum f'°F (°C) | 47.5
(8.6) |
51.2
(10.7) |
56.7
(13.7) |
63.1
(17.3) |
70.5
(21.4) |
80.5
(26.9) |
89.2
(31.8) |
89.0
(31.7) |
83.0
(28.3) |
70.9
(21.6) |
56.0
(13.3) |
45.9
(7.7) |
67.0
(19.4) |
Temp. medja ta' kuljum f'°F (°C) | 38.0
(3.3) |
40.7
(4.8) |
45.1
(7.3) |
50.4
(10.2) |
57.5
(14.2) |
65.8
(18.8) |
73.3
(22.9) |
72.9
(22.7) |
67.2
(19.6) |
56.1
(13.4) |
44.3
(6.8) |
36.8
(2.7) |
54.0
(12.2) |
Temp. baxxa medja ta' kuljum f'°F (°C) | 28.5
(−1.9) |
30.2
(−1.0) |
33.5
(0.8) |
37.6
(3.1) |
44.5
(6.9) |
51.0
(10.6) |
57.4
(14.1) |
56.8
(13.8) |
51.4
(10.8) |
41.3
(5.2) |
32.5
(0.3) |
27.8
(−2.3) |
41.0
(5.0) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 19.2
(−7.1) |
22.0
(−5.6) |
25.2
(−3.8) |
28.4
(−2.0) |
35.2
(1.8) |
40.8
(4.9) |
49.8
(9.9) |
48.9
(9.4) |
42.0
(5.6) |
31.6
(−0.2) |
25.4
(−3.7) |
20.7
(−6.3) |
15.7
(−9.1) |
Temp. baxxa rekord f'°F (°C) | −7
(−22) |
1
(−17) |
9
(−13) |
12
(−11) |
15
(−9) |
22
(−6) |
32
(0) |
32
(0) |
24
(−4) |
19
(−7) |
10
(−12) |
−1
(−18) |
−7
(−22) |
Preċipitazzjoni medja f'pulzieri (mm) | 6.98
(177) |
6.49
(165) |
5.47
(139) |
3.17
(81) |
1.92
(49) |
0.46
(12) |
0.29
(7.4) |
0.16
(4.1) |
0.40
(10) |
1.56
(40) |
4.05
(103) |
5.60
(142) |
36.55
(928) |
Borra medja f'pulzieri (cm) | 16.8
(43) |
4.2
(11) |
5.2
(13) |
0.8
(2.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
0.0
(0.0) |
3.4
(8.6) |
5.1
(13) |
35.5
(90.6) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.01 pulzieri) | 8.9 | 9.0 | 11.0 | 7.2 | 6.4 | 2.2 | 1.1 | 0.9 | 2.0 | 3.5 | 5.9 | 8.5 | 66.6 |
Medja ta' jiem bil-borra (≥ 0.1 pulzieri) | 2.5 | 1.4 | 1.5 | 0.4 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.5 | 1.5 | 7.8 |
Medja ta' sigħat tax-xemx kuljum | 10.0 | 11.0 | 12.0 | 13.0 | 14.0 | 15.0 | 14.0 | 14.0 | 12.0 | 11.0 | 10.0 | 10.0 | 12.0 |
Indiċi ultravjola medju | 2 | 4 | 6 | 7 | 9 | 10 | 11 | 10 | 8 | 5 | 3 | 2 | 6 |
Sors 1: NOAA (borra/jiem bil-borra fl-1981–2010).[17] | |||||||||||||
Sors 2: Weather Atlas.[18] |
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Park Nazzjonali ta' Yosemite ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1984.[4]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[5]
Ġeoloġija
immodifikaAttività tettonika u vulkanika
immodifikaIl-pożizzjoni tal-park kienet marġni kontinentali passiva matul il-perjodi Pre-Kambrijan u Paleożojku Bikri. Is-sedimenti oriġinaw minn sorsi kontinentali u ġew depożitati fl-ilma baxx. Dan il-blat ġie ddeformat u metamorfizzat.
Is-sħana ġġenerata mis-subduzzjoni tal-Plakka ta' Farallon taħt il-Plakka tal-Amerka ta' Fuq wasslet għall-ħolqieb ta' ark ta' gżejjer vulkaniċi tul il-kosta tal-Punent tal-proto-Amerka ta' Fuq bejn il-perjodi Devonjan Aħħari u Permjan. Il-materjal akkumula fin-naħa tal-Punent tal-Amerka ta' Fuq, u l-muntanji ġew olzati lejn il-Lvant f'Nevada.
L-ewwel fażi ta' plutoniżmu reġjonali bdiet 210 miljun sena ilu fit-Triassiku Aħħari u baqgħet għaddejja tul il-Ġurassiku sa madwar 150 miljun sena qabel il-preżent, li wasslet għall-ħolqien tal-Batolit tas-Sierra Nevada. Il-blat li rriżulta kellu kompożizzjoni fil-biċċa l-kbira granitika u jinsab madwar 6 mili (9.7 kilometri) taħt is-superfiċe. Għall-ħabta tal-istess żmien, l-oroġenija ta' Nevada bniet il-katina muntanjuża ta' Nevada (magħrufa wkoll bħala s-Sierra Nevada Anċestrali) sa għoli ta' 15,000 pied (4,600 metru).
It-tieni fażi ewlenija ta' kollokazzjoni plutonika damet minn madwar 120 miljun sa 80 miljun sena ilu matul il-Kretaċju. Din kienet parti mill-oroġenija ta' Sevier.
Minn 20 miljun sena ilu (fiċ-Ċenożojku) u sa 5 miljun sena ilu, l-estensjoni issa estinta ta' vulkani tal-Katina Muntanjuża tal-Kaskati żbroffat, u wasslet ammonti kbar ta' materjal igneu fl-inħawi. Dawn id-depożiti ignej ksew l-inħawi tat-Tramuntana ta' Yosemite. L-attività vulkanika ppersistiet għal iktar minn 5 miljun sena qabel il-preżent fil-Lvant tal-konfini attwali tal-park fil-Lag ta' Mono u fil-Wied Twil.
Olzar u erożjoni
immodifikaMinn 10 miljun sena ilu, il-moviment vertikali tul il-qasma tettonika tas-Sierra bdiet tolza s-Sierra Nevada. Ix-xaqlib sussegwenti tal-blokk tas-Sierra u l-olzar aċċellerat li rriżulta tas-Sierra Nevada żiedu l-pendil tan-nixxigħat bi fluss lejn il-Punent. B'hekk in-nixxigħat kellhom fluss iktar veloċi u bdew inaqqxu l-widien iktar malajr. L-olzar addizzjonali seħħ meta l-qasmiet tettoniċi ewlenin żviluppaw lejn il-Lvant, u ffurmaw il-Wied ta' Owens Valley mill-Baċir u forzi estensjonali assoċjati mal-katina muntanjuża. L-olzar tas-Sierra reġa' aċċellera madwar żewġ miljun sena ilu matul il-Plejstoċen.
L-olzar u ż-żieda fl-erożjoni esponew il-blat granitiku għal pressjonijiet fis-superfiċe, u dan irriżulta fl-esfoljazzjoni (responsabbli għall-għamla ttundjata tal-bosta koppli fil-park) u fit-tiġrif tal-massa wara bosta fratturi fil-pjani tal-ġonturi (xquq; speċjalment vertikali) fil-plutoni li issa ssolidifikaw. Il-glaċieri tal-Plejstoċen komplew iħaffu dan il-proċess, filwaqt li l-ilma glaċjali li dab ittrasporta d-depożiti u s-sedimenti mill-baċiri tal-widien.
Diversi pjani vertikali tal-ġonturi kienu jikkontrollaw fejn kien ikun hemm erożjoni u kemm kienet tkun veloċi l-azzjoni tagħha. Il-biċċa l-kbira minn dawn ix-xquq twal, lineari u fondi ħafna huma orjentati lejn il-Grigal jew il-Majjistral u jiffurmaw settijiet paralleli li spiss ikunu spazjati b'mod regolari.
Tinqix glaċjali
immodifikaSensiela ta' glaċjazzjonijiet komplew jimmodifikaw ir-reġjun diġà minn madwar 2 jew 3 miljun sena ilu sa madwar 10,000 sena qabel il-preżent. Mill-inqas erba' glaċjazzjonijiet ewlenin seħħew fis-Sierra, lokalment magħrufa bħala Sherwin (imsejħa wkoll pre-Tahoe), Tahoe, Tenaya u Tioga. Il-glaċieri ta' Sherwin kienu l-ikbar u kienu jiksu l-Wied ta' Yosemite u widien oħra, filwaqt li stadji iktar 'il quddiem ipproduċew glaċieri ferm iżgħar. Glaċier ta' Sherwin kien kważi ċertament responsabbli għall-iskavi u għat-tiswir ewlenin tal-Wied ta' Yosemite u ta' kanjons oħra fl-inħawi.
Is-sistemi glaċjali kienu jilħqu fond sa 4,000 pied (1,200 metru) u ħallew il-marki tagħhom. L-itwal glaċier kien estiż tul il-Kanjon il-Kbir tax-xmara Tuolumne għal 60 mil (97 kilometru), u kien jibqa' għaddej ferm lil hinn mill-Wied ta' Hetch Hetchy. Il-Glaċier ta' Merced kien inixxi 'l barra mill-Wied ta' Yosemite għal ġol-fondoq tax-xmara Merced. Il-Glaċier ta' Lee Vining naqqax il-Kanjon ta' Lee Vining u tbattal fil-Lag ta' Russel (il-verżjoni ferm ikbar tal-era glaċjali tal-Lag ta' Mono). L-ogħla qċaċet biss, bħal dawk tal-Muntanja Dana u tal-Muntanja Conness, ma kinux miksijin bil-glaċieri. Il-glaċieri ladarba kienu jirtiraw spiss kienu jħallu moreni reċessjonali li kienu jaqtgħu xi lagi għalihom bħal-Lag ta' Yosemite, twil 5.5 mili (9 kilometri), li kien lag baxx li perjodikament kien jiksi l-biċċa l-kbira tal-baċir tal-Wied ta' Yosemite.
Ħabitats
immodifikaIl-park għandu elevazzjoni li tvarja bejn 2,127 u 13,114-il pied (648 u 3,997 metru) u fih ħames żoni ta' veġetazzjoni ewlenin: il-boskijiet taċ-chaparral u tal-ballut, il-foresti muntanjużi baxxi, il-foresti muntanjużi għoljin, iż-żonasubalpina, u ż-żona alpina. Mis-7,000 speċi ta' pjanti ta' California, bejn wieħed u ieħor 50 % jokkorru fis-Sierra Nevada u iktar minn 20 % jokkorru fi ħdan il-park. Il-park fih ħabitat adattat għal iktar minn 160 pjanta rari, b'formazzjonijiet ġeoloġiċi lokali u ħamrija unika rari li jikkaratterizzaw il-firxa ristretta li jokkupaw bosta minn dawn il-pjanti.
Bil-ħabitat taċ-chaparral u x-xagħri, spiss fix-xemx, diversi rqajja' ta' siġar taż-żnuber, tal-abit u tas-sequoia, u meded ta' boskijiet u mergħat alpini, il-Park Nazzjonali ta' Yosemite jippreserva l-pajsaġġ tas-Sierra kif kien qabel l-insedjament Amerikan-Ewropew. B'kuntrast mal-artijiet tal-madwar, li ġew alterati b'mod sinifikanti bil-qtugħ tas-siġar, il-park fih xi 225,510 akru (91,260 ettaru) ta' foresti primordjali. Jekk wieħed iqishom flimkien, il-ħabitats varjati tal-park isostnu iktar minn 250 speċi ta' vertebrati, li jinkludu ħut, anfibji, rettili, għasafar u mammiferi.
Il-konfini tal-Punent ta' Yosemite fihom ħabitats iddominati minn foresti koniferi mħallta taż-żnuber ponderosa, taż-żnuber taz-zokkor, taċ-ċedru tal-inċens, tal-abit abjad, tal-abit ta' Douglas, u ta' ftit siġar ġganteski tas-sequoia, sparpaljati f'irqajja' miksijin bil-ballut iswed u bil-ballut tal-kanjons. Dawn il-ħabitats isostnu bijodiversità kbira. L-organiżmi selvaġġi jinkludu l-ors iswed, il-kojote, ir-raccoon, is-serp irjali tal-muntanji, ix-xaħmet l-art ta' Gilbert, il-bulebbiet ta' rasu bajda, il-bobcat, il-lontra tax-xmajjar, il-volpi griż, il-volpi aħmar, id-daqquqa kannella, żewġ speċijiet ta' skunks, il-kawgar, il-kokka tat-tikek, u l-friefet il-lejl.
F'elevazzjoni iktar għolja, il-foresti koniferi huma magħmula minn siġar tal-abit aħmar, taż-żnuber abjad tal-Punent, taż-żnuber ta' Jeffrey, taż-żnuber tax-xatt, u okkażjonalment taż-żnuber foxtail. F'dawn il-ħabitats jgħixu inqas speċijiet ta' organiżmi selvaġġi, minħabba l-elevazzjoni ogħla u l-kumplessità inferjuri tagħhom. L-annimali jinkludu l-iskojjattlu tal-art tal-mant dehbi, iċ-chickaree, il-marten sajjied, sultan iċ-ċawl ta' Steller, il-malvizz eremita, u l-isparvier tal-ħamiem Amerikan. Ir-rettili mhumiex komuni, iżda jinkludu l-boa tal-lastku, il-gremxul tar-reċinti tal-Punent, u l-gremxul alligaturi tat-Tramuntana.
Iktar ma l-pajsaġġ jogħla, is-siġar isiru iżgħar u iktar sparpaljati, b'żoni ta' granit espost bejn iz-zkuk. Dawn is-siġar jinkludu ż-żnuber tax-xatt, iż-żnuber tal-qoxra bajda, u t-tsuga tal-muntanji, li fl-ogħla elevazzjonijiet, iċedu l-pajsaġġ għal meded vasti tal-granit. Il-klima f'dawn il-ħabitats hija waħda qalila u l-istaġun tat-tkabbir huwa qasir, iżda l-ispeċijiet bħall-pika, il-marmotta ta' żaqqha safra, il-liebru ta' denbu abjad, is-sitta ta' Clark, u l-isponsun roża fl-iswed adattaw għal dawn il-kundizzjonijiet. Fil-ħabitats alpini bla siġar jgħixu n-nagħaġ tal-qrun il-kbir tas-Sierra Nevada. Din l-ispeċi tinstab fl-inħawi ta' Yosemite biss madwar il-Mogħdija Muntanjuża ta' Tioga, fejn teżisti popolazzjoni żgħira li ġiet introdotta mill-ġdid.
F'varjetà ta' elevazzjonijiet, il-mergħat jipprovdu ħabitat importanti. L-annimali jiġu jieklu l-ħaxix aħdar u jużaw il-fluss tal-ilma u l-ilma qiegħed f'bosta mill-mergħat. Il-predaturi jsegwu lil dawn l-annimali. Fl-interfaċċa bejn il-mergħat u l-foresti jgħixu bosta speċijiet ta' annimali minħabba l-prossimità ta' spazji fil-beraħ għall-foraġġ u l-kenn għall-protezzjoni. L-ispeċijiet li jiddependu ħafna fuq il-ħabitat tal-mergħat jinkludu l-kokka l-griża kbira, iż-żanżarell safrani, ir-rospu ta' Yosemite, u l-beaver tal-muntanji.
Problemi ta' ġestjoni
immodifikaL-orsijiet suwed ta' Yosemite fl-imgħoddi kienu magħrufa li kienu jidħlu fil-karozzi pparkjati biex jisirqu l-ikel. Din kienet attrazzjoni turistika mħeġġa għal bosta snin fil-postijiet tal-ġbir tal-iskart tal-park, fejn kienu jikkongregaw biex jieklu l-iskart u t-turisti kienu jieħdu pjaċir jeħdulhom ir-ritratti. Iż-żieda ta' avvenimenti fejn l-orsijiet bdew jaħsdu lill-bnedmin u ż-żieda fil-ħsarat ikkawżati lill-proprjetà wasslu għal kampanja aggressiva biex l-orsijiet ma jibqgħux jinteraġixxu man-nies u ma' ħwejjiġhom. Il-postijiet tal-ġbir tal-iskart fil-beraħ ingħalqu; minflok il-laned taż-żibel tpoġġew kontenituri apposta mhux aċċessibbli mill-orsijiet; il-kampeġġi ġew mgħammra b'kontenituri apposta fejn l-ikel jista' jissakkar ġo fihom u ma jkunx aċċessibbli għall-orsijiet biex il-viżitaturi ma jħallux l-ikel fil-karozzi tagħhom. Minħabba li l-orsijiet li jkunu aggressivi fil-konfront tan-nies normalment jinqatlu, il-persunal tal-park ħareġ b'modi innovattivi biex l-orsijiet jassoċjaw lill-bnedmin u lil ħwejjiġhom ma' esperjenzi bħal li jintlaqtu b'balla tal-lastku. Mill-2001, madwar 30 ors fis-sena nqabdu, tpoġġitilhom ċomba tal-widna u ttieħed kampjun tad-DNA tagħhom, biex jekk xi ors jikkawża xi ħsara, ir-rangers ikunu jistgħu jaċċertaw liema ors ikun qed jikkawża l-problema.
Minkejja r-rikkezza ta' ħabitats ta' kwalità għolja f'Yosemite, l-ors kannella, il-kondor ta' California, u l-vireo ta' Bell ġew estinti fil-park fi ħdan iż-żmien storiku, u 37 speċi oħra attwalment għandhom status speċjali bħala speċijiet ta' California jew federali li jinsabu fil-periklu ta' estinzjoni. L-iżjed theddidiet serji attwali jinkludu t-telf ta' reġim naturali tan-nirien, l-ispeċijiet eżotiċi, it-tniġġis tal-arja, il-frammentazzjoni tal-ħabitats, u t-tibdil fil-klima. Fuq bażi iktar lokali, fatturi bħal ilqit mill-karozzi u d-disponibbiltà ta' ikel tal-bniedem affettwaw lil xi speċijiet ta' organiżmi selvaġġi.
Il-Park Nazzjonali ta' Yosemite ddokumenta l-preżenza ta' iktar minn 130 speċi ta' pjanti mhux nattivi fi ħdan il-konfini tal-park. Dawn ġew introdotti f'Yosemite wara l-migrazzjoni tal-insedjaturi Amerikani Ewropej bikrin fl-aħħar tas-snin 50 tas-seklu 19. Disturbi naturali u kkawżati mill-bniedem, bħal nirien forestali u attivitajiet tal-kostruzzjoni, ikkontribwew għal żieda rapida fit-tifrix tal-pjanti mhux nattivi. Uħud minn dawn l-ispeċijiet jinvadu u jieħdu post il-komunitajiet tal-pjanti nattivi, u b'hekk ikollhom impatt fuq ir-riżorsi tal-park. Il-pjanti mhux nattivi jistgħu jwasslu għal bidliet sinifikanti fl-ekosistema billi jalteraw il-komunitajiet tal-pjanti nattivi u l-proċessi li jsostnuhom. Xi speċijiet mhux nattivi jistgħu jikkawżaw żieda fil-frekwenza tan-nirien jew iżidu n-nitroġenu disponibbli fil-ħamrija li jippermettu lil pjanti mhux nattivi oħra jistabbilixxu ruħhom. Bosta speċijiet mhux nattivi, bħall-istilla safra xewkija (Centaurea solstitialis), kapaċi jipproduċu għeruq twal li permezz tagħhom jikkompetu mal-pjanti nattivi għall-ilma disponibbli u jirbħulhom.
Ix-xewk barri (Cirsium vulgare), il-verbaskum komuni (Verbascum thapsus) u l-ħaxix ta' Klamath (Hypericum perforatum) ġew identifikati bħala organiżmi qerrieda f'Yosemite mis-snin 40 tas-seklu 20. Iktar reċentement speċijiet rikonoxxuti huma l-istilla safra xewkija (Centaurea solstitialis), ix-xnien ħelu (Melilot spp.), it-tut tal-Himalaya (Rubus armeniacus), it-tut tal-weraq maqtugħ (Rubus laciniatus) u l-pjanta xeblikija (Vinca major).
Iż-żieda fit-tniġġis tal-ożonu tikkawża ħsara lit-tessuti tas-siġar ġganteski tas-sequoia, u b'hekk isiru vulnerabbli għall-infestazzjonijiet tal-insetti u għall-mard. Minħabba li l-prinjoli ta' dan is-siġar jeħtieġu ħamrija maħruqa kemm hemm bin-nar biex jinbtu, it-trażżin storiku tan-nirien naqqas il-kapaċità tagħhom li jirriproduċu. In-nirien preskritti ppjanati jistgħu jgħinuhom jinbtu.
Nirien forestali
immodifikaIr-residenti indiġeni kienu jqabbdu nirien żgħar apposta fil-bidu tas-snin 60 tas-seklu 19 u qabel biex jikklerjaw l-art mill-ħaxix ħażin u mill-arbuxxelli bħala parti mill-prattiki tal-biedja tagħhom. Dawn in-nirien huma komparabbli ma' prattiki kontemporanji bħall-ħruq ikkontrollat mis-Servizz Forestali tal-Istati Uniti u oħrajn. Għalkemm ma kienx l-għan primarju tagħhom, in-nattivi ta' Yosemite għenu l-preservazzjoni tal-bijodiversità u r-reżiljenza permezz ta' dawn in-nirien żgħar. L-Amerikani Nattivi kienu jużaw in-nar bħala għodda bikrija għall-ġestjoni tal-organiżmi selvaġġi biex ċertu artijiet jibqgħu kklerjati, u b'hekk kien ikun hemm iktar ikel għall-annimali kbar u kienet titnaqqas il-possibbiltà ta' nirien forestali kbar li issa jeqirdu l-ekosistemi forestali. Xi nirien forestali mhux ikkontrollati bikrin tqabbdu b'mod aċċidentali mill-grupp tal-milizji mmexxi mill-Maġġur John Savage meta l-grupp ħaraq il-kamp tal-poplu Ahwahneechee f'tentattiv li jkeċċihom. Eventwalment in-nirien tad-djar infirxu lejn sezzjoni kbira tal-foresti u l-grupp tal-milizji spiċċa kellu jabbanduna l-attakk tiegħu biex isalva l-kamp tiegħu stess min-nirien.
In-nirien forestali jikklerjaw il-park mill-veġetazzjoni mejta, u jagħmlu spazju għal tkabbir ġdid. In-nirien żgħar jikkawżaw ħsara lill-introjtu ġġenerat mit-turiżmu. Matul l-aħħar ta' Lulju u l-bidu ta' Awwissu 2018, il-Wied ta' Yosemite u sezzjonijiet oħra tal-park ingħalqu temporanjament minħabba n-Nirien ta' Ferguson fil-konfini tal-Punent tal-park. L-għeluq kien l-ikbar wieħed fi kważi tletin sena.
Attivitajiet
immodifikaAċċess pubbliku
immodifikaIl-Park Nazzjonali ta' Yosemite huwa miftuħ is-sena kollha, għalkemm xi toroq jagħlqu matul ix-xhur meta jkun hemm ħafna borra, normalment minn Novembru sa Mejju jew Ġunju. Ċerti mogħdijiet jingħalqu wkoll matul ix-xitwa, fosthom il-Mogħdija ta' 4 Mili u parti mill-Mogħdija taċ-Ċpar.
Il-konġestjoni tat-traffiku fil-wied tkun kbira matul l-eqqel staġun tas-sajf (Ġunju sa Awwissu) u sistema ta' karozza tal-linja mingħajr ħlas topera fil-wied. Il-parkeġġ fil-wied matul is-sajf spiss ikun mimli. Hemm alternattivi ta' tranżitu minn Fresno u minn Merced.
L-istorja naturali u kulturali tal-Wied ta' Yosemite hija ppreżentata fiċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Wied ta' Yosemite, fil-Mużew ta' Yosemite ta' biswitu, u fiċ-Ċentru Naturali f'Happy Isles. Iż-żewġ Għeliem Storiċi Nazzjonali tal-park huma LeConte Memorial Lodge tal-Klabb tas-Sierra (l-ewwel ċentru pubbliku għall-viżitaturi ta' Yosemite), u l-Lukanda ta' Ahwahnee. Il-Kamp 4 tniżżel fir-Reġistru Nazjzonali tal-Postijiet Storiċi.
Mixi
immodifikaIktar minn 800 mil (1,300 kilometru) ta' mogħdijiet huma disponibbli għall-mixi — hemm minn kollox, minn mogħdijiet għal passiġġata ħafifa sa mogħdijiet muntanjużi diffiċli u li jdumu iktar minn jum wieħed. Il-mixja popolari tan-Nofs Koppla sal-quċċata tan-Nofs Koppla teħtieġ permess kull meta jkun hemm kejbils armati (normalment minn tmiem il-ġimgħa ta' Jum il-Mafkar sa Jum Kolombu). Massimu ta' 300 ruħ, magħżula b'lotterija, jingħataw il-permess biex javvanzaw lil hinn mill-bażi tan-Nofs Koppla kuljum, inkluż 225 persuna li jimxuha binhar u 75 persuna li jimxuha f'iktar minn jum wieħed.
Il-park jista' jinqasam f'ħames sezzjonijiet — il-Wied ta' Yosemite, Wawona/ir-Roqgħa Forestali ta' Mariposa/il-Punt tal-Glaċieri, il-Mergħat ta' Tuolumne, il-Mergħat ta' Hetch Hetchy, u l-Art Ċatta ta' Crane/tal-Lupu Abjad. Bosta kotba jiddeskrivu l-mogħdijiet tal-park, filwaqt li s-Servizz tal-Parks Nazzjonali jipprovdi informazzjoni bla ħlas.
Bejn l-aħħar tar-rebbiegħa u l-bidu tal-ħarifa, il-biċċa l-kbira tal-park jista' jiġi aċċessat għal mawriet ta' iktar minn jum wieħed. Il-mawriet kollha ta' iktar minn jum wieħed jeħtieġu permess biex wieħed jibqa' fiż-żoni tan-natura selvaġġa u l-biċċa l-kbira jirrikjedu kontenituri apposta tal-ikel reżistenti għall-orsijiet.
Sewqan
immodifikaFilwaqt li xi postijiet f'Yosemite huma aċċessibbli biss bil-mixi, postijiet oħra huma aċċessibbli bit-triq. L-iżjed triq famuża hija t-Triq ta' Tioga.
Ir-roti jistgħu jintużaw fit-toroq, iżda 12-il mil (19-il kilometru) biss ta' mogħdijiet pavimentati huma disponibbli fil-Wied ta' Yosemite; l-irkib tar-roti fuq l-imħarbat u fil-muntanji mhuwiex permess.
Tixbit
immodifikaIt-tixbit huwa parti importanti tal-Park Nazzjonali ta' Yosemite. B'mod partikolari l-wied huwa mdawwar minn qċaċet bħan-Nofs Koppla u El Capitan. Il-Kamp 4 huwa kampeġġ aċċessibbli fil-Wied li kien strumentali fl-iżvilupp tat-tixbit bħala sport, u huwa elenkat fir-Reġistru Nazzjonali tal-Postijiet Storiċi. Ix-xabbaturi ġeneralment jistgħu jintlemħu fix-xhur mingħajr borra fuq ħaġriet għoljin għaxar piedi (3 metri) sa wiċċ El Capitan f'għoli ta' 3,300 pied (1.0 kilometru). Hemmhekk jiġu offruti klassijiet tat-tixbit.
Il-Mergħat ta' Tuolumne huma magħrufa sew għat-tixbit mal-blat u mal-muntanji.
Attivitajiet tax-xitwa
immodifikaLil hinn mill-Wied ta' Yosemite, il-park jinkesa bil-borra matul ix-xhur tax-xitwa, u bosta toroq jingħalqu. L-iskijjar għan-niżla jkun disponibbli fiż-Żona tal-Iskijjar tal-Mogħdija Muntanjuża ta' Badger — l-eqdem żona tal-iskijjar għan-niżla f'California, li topera minn nofs Diċembru sal-bidu ta' April. Il-biċċa l-kbira tal-park ikun miftuħ għall-iskijjar u għas-snowshoeing, u jkunu disponibbli għorfiet apposta għal min iħobb l-iskijjar. Għall-mawriet tal-iskijjar ta' iktar minn jum wieħed ikunu meħtieġa permessi apposta.
Iċ-ċena ta' Bracebridge hija avveniment pubbliku annwali li ilu jsir mill-1927 fil-Lukanda ta' Ahwahnee. Din iċ-ċena ġiet ispirata mid-deskrizzjonijiet ta' Washington Irving ta' Squire Bracebridge u tat-tradizzjonijiet Ingliżi tal-Milied tas-seklu 18 fl-iSketch Book tiegħu. Bejn l-1929 u l-1973, l-avveniment kien jiġi organizzat minn Ansel Adams.
Oħrajn
immodifikaIl-Park Nazzjonali ta' Yosemite għandu 13-il sit uffiċjali tal-kampeġġ.
Ir-roti għall-kiri huma disponibbli mir-rebbiegħa sal-ħarifa. Iktar minn 12-il mil (19-il kilometru) ta' mogħdijiet pavimentati għar-roti huma disponibbli fil-Wied ta' Yosemite. Barra minn hekk, iċ-ċiklisti jistgħu jirkbu fit-toroq. L-elmi huma meħtieġa għat-tfal ta' taħt it-18-il sena. L-irkib tar-roti fuq l-imħarbat u fuq il-muntanji mhuwiex permess fil-park.
Ikun hemm bosta attivitajiet fuq l-ilma matul ix-xhur iktar sħan. Ir-rafting jista' jsir tul il-wied fix-xmara Merced mill-aħħar ta' Mejju sa Lulju. Hemm pixxini għall-għawm fil-Yosemite Lodge u fil-Villaġġ ta' Curry.
Kaskata ta' Horsetail
immodifikaIl-Kaskata ta' Horsetail tnixxi fuq ix-xifer tal-Lvant ta' El Capitan. Din il-kaskata żgħira normalment tnixxi matul ix-xitwa biss. Qajla minn nofs sal-aħħar ta' Frar, tixgħel oranġjo bid-dawl ta' nżul ix-xemx. Dan l-effett uniku ta' tidwil jiġri filgħaxijiet biss meta jkun bnazzi. L-iċken ċpar jew sħab jistgħu jtellfu dan l-effett. Għalkemm huwa naturali għalkollox, il-fenomenu huwa fdal tal-Firefall ikkawżata mill-bniedem li storikament seħħet mill-Punt tal-Glaċieri.
Fil-kultura popolari
immodifikaIx-xeni tal-ftuħ ta' Star Trek V: The Final Frontier (1989) inġibdu fil-Park Nazzjonali ta' Yosemite. Films bħal The Last of the Mohicans (1920) u Maverick (1994) inġibdu hawnhekk. Id-dokumentarju tal-2014 Valley Uprising huwa ċċentrat madwar il-Wied ta' Yosemite Valley u l-istorja tiegħu, b'enfasi fuq il-kultura tat-tixbit. Id-dokumentarju rebbieħ tal-Academy Award tal-2018 Free Solo nġibed f'Yosemite. The Dawn Wall, dokumentarju tal-2017 inġibed hemmhekk ukoll.
Referenzi
immodifika- ^ "Definition of YOSEMITE FALLS". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-07.
- ^ Harris, Ann G. (1998). Geology of National Parks (Fifth ed.). Kendall, Iowa: Hunt Publishing. ISBN 0787253537. p. 324.
- ^ "Discover the High Sierra | Visit California". web.archive.org. 2020-06-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-06-03. Miġbur 2024-08-07.
- ^ a b "Yosemite National Park". whc.unesco.org. Miġbur 2024-08-07.
- ^ a b "Yosemite National Park". web.archive.org. 2007-01-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-01-25. Miġbur 2024-08-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Yosemite Wilderness - Yosemite National Park (U.S. National Park Service)". web.archive.org. 2015-12-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-12-19. Miġbur 2024-08-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Yosemite NP: Early History of Yosemite Valley". web.archive.org. 2022-02-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-18. Miġbur 2024-08-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Yosemite: Official National Park Service Handbook. no. 138. Washington, DC: National Park Service. 1989. p. 102.
- ^ Solnit, Rebecca (2014). Savage Dreams: a Journey into the Hidden Wars of the American West. Berkeley: University of California Press. ISBN 978-0-520-95792-3.
- ^ "Yosemite National Park - History & Culture (U.S. National Park Service)". web.archive.org. 2007-05-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-05-02. Miġbur 2024-08-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Stats Report Viewer". web.archive.org. 2019-06-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-06-11. Miġbur 2024-08-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Top 10 most visited national parks". Travel (bl-Ingliż). 2024-03-27. Miġbur 2024-08-07.
- ^ "Origin of the Word Yosemite — What does Yosemite mean? Naming Yosemite Etymology: where did the place name Yosemite come from?". web.archive.org. 2007-01-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-01-05. Miġbur 2024-08-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Online Etymology Dictionary". web.archive.org. 2017-05-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-05-25. Miġbur 2024-08-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Barrett, S. A. (2010). Myths of the southern sierra miwok. Nabu Press. ISBN 978-1-177-40758-8.
- ^ Beeler, Madison Scott (1955). "Yosemite and Tamalpais". Journal of the American Name Society. 3 (3): 185–86.
- ^ "National Weather Service - NWS Hanford". web.archive.org. 2021-05-11. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-05-11. Miġbur 2024-08-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Yosemite National Park, CA - Detailed climate information and monthly weather forecast | Weather Atlas". web.archive.org. 2019-09-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-09-29. Miġbur 2024-08-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)