Morelia
Morelia (pronunzja bl-Ispanjol: [moˈɾelja]; mill-1545 sal-1828 magħrufa bħala Valladolid) hija belt u sede muniċipali tal-muniċipalità ta' Morelia fil-parti ċentrali u tat-Tramuntana tal-istat ta' Michoacán fil-Messiku ċentrali.[1] Il-belt tinsab fil-Wied ta' Guayangareo u hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-istat. Il-kulturi pre-Ispaniċi prinċipali hawnhekk kienu l-Purépecha u l-Matlatzinca, iżda ma ġiet stabbilita l-ebda belt fil-wied matul dak iż-żmien. L-Ispanjoli ħadu l-kontroll tal-inħawi fis-snin 20 tas-seklu 16. L-Ispanjoli, taħt il-Viċirè Antonio de Mendoza, stabbilew insedjament hawnhekk fl-1541 u semmewh Valladolid, u sar ir-rivali tal-belt fil-qrib ta' Pátzcuaro għad-dominanza f'Michoacán. Fl-1580, din ir-rivalità ntemmet favur Valladolid, u saret il-belt kapitali tal-provinċja tal-Viċirè. Wara l-Gwerra Messikana tal-Indipendenza, il-belt ingħatat l-isem ta' Morelia f'ġieħ José María Morelos, ċittadin tal-belt. Fl-1991 il-belt tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bis-saħħa tal-binjiet storiċi ppreservati tagħha kif ukoll il-konfigurazzjoni ppreservata taċ-ċentru storiku. Hemm tradizzjoni li n-nies li jitwieldu fit-30 ta' Settembru jingħataw isem il-belt.
Morelia | |||
---|---|---|---|
Messiku | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Messiku | ||
State of Mexico | Michoacán | ||
Municipality of Mexico | Muniċipalità ta' Morelia | ||
Kap tal-Gvern | Raúl Morón Orozco (en) | ||
Isem uffiċjali |
Valladolid Morelia | ||
Kodiċi postali |
58000 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 19°42′10″N 101°11′32″W / 19.7028°N 101.1922°WKoordinati: 19°42′10″N 101°11′32″W / 19.7028°N 101.1922°W | ||
Għoli | 1,920 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 962,555 abitanti (2020) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | Il-ĦaddambUTCIl-Ħadd | ||
Kodiċi tat-telefon |
443 | ||
Żona tal-Ħin | UTC−6 | ||
bliet ġemellati | Valladolid, Linares, Yakima, Fullertonu Oaxaca de Juárez | ||
morelia.gob.mx |
Il-popolazzjoni tal-belt fl-2020 kienet tlaħħaq is-743,275 abitant. Il-muniċipalità kellha 849,053 abitant, u ż-Żona Metropolitana, magħmula mill-muniċipalitajiet ta' Morelia, ta' Tarímbaro u ta' Charo, kellha 988,704 abitanti, skont l-erbatax-il ċensiment.[2]
Storja
immodifikaL-insedjamenti umani fil-Wied ta' Guayangareo li fih tinsab Morelia jmorru lura saħansitra sas-seklu 7. Mill-artefatti li nstabu toħroġ fid-dieher l-influwenza tal-kultura ta' Teotihuacán fuq il-kulturi bikrin f'dawn l-inħawi. Fis-seklu 12, il-Purépecha waslu fil-wied. Huma ddominawha politikament għall-kumplament tal-perjodu pre-Ispaniku iżda ma bnewx xi insedjamenti ewlenin hemmhekk. Bejn is-sekli 12 u 15, il-Matlatzinca okkupaw l-inħawi bil-permess tal-Purépecha, li kienu bbażati madwar il-Lag ta' Pátzcuaro fil-qrib. L-insedjament prinċipali tal-Matlatzinca kien fejn attwalment hemm Plaza Júarez.
L-Ispanjoli waslu fil-Wied ta' Guayangareo bejn l-1525 u l-1526, immexxija minn Gonzalo Gómez. Fis-snin 30 tas-seklu 16, l-inħawi ġew evanġelizzati mill-Franġiskani bħal Juan de San Miguel u Antonio de Lisboa.[3]
Dik li mbagħad saret il-belt ta' Morelia ġiet stabbilita mill-Viċirè Antonio de Mendoza u għadd ta' encomenderos fl-1541, li għall-ewwel tawha l-isem ta' Nueva Ciudad de Michoacán (Belt Ġdida ta' Michoacán). L-insedjament il-ġdid li kien għadu kemm ġie stabbilit kiber malajr, u dan wassal biex Vasco de Quiroga jmur Spanja u jikseb għall-insedjament rivali ta' Pátzcuaro t-tilu ta' belt u s-siġill, biex jevita li l-"belt ġdida" ssir il-belt kapitali ta' Michoacán. L-azzjoni kienet tirrikjedi wkoll li l-insedjament il-ġdid jibdel ismu għal Guayangareo. Fl-1545, Guayangareo kisbet l-istatus ta' belt minn Karlu V bl-isem ta' "Valladolid", bħal isem il-belt fejn twieled Antonio de Mendoza. Dan kien jagħmel parti minn taqbida għall-poter bejn Antonio de Mendoza u Vasco de Quiroga fir-rigward tal-provinċja ta' Michoacán.[4] Matul ħajtu, Quiroga rnexxielu jżomm il-poter politiku u ekkleżjastiku f'Pátzcuaro minkejja l-oġġezzjonijiet tal-Viċirè u tal-encomenderos. Madankollu, Quiroga miet fl-1565, u sal-1580, l-awtorità politika u reliġjuża (is-sede episkopali) ġew ittrasferiti lill-belt ta' Valladolid, bit-trasferiment tal-Kulleġġ ta' San Nikola, li Vasco stabbilixxa u b'hekk twittiet it-triq għall-istabbiliment ta' katidral ġdid għall-provinċja.
Fis-seklu 17 Valladolid esperjenzat tkabbir, permezz tal-kostruzzjoni tal-katidral u tal-akkwedott. Il-katidral inbeda fl-1640 (u tlesta fl-1744), filwaqt li l-akkwedott tlesta fl-1657. Dawn iż-żewġ strutturi iktar 'il quddiem sar xi xogħol fuqhom fis-seklu 18 mill-arkitett ewlieni ta' Valladolid, Diego Durán.[5] Matul is-seklu 17 ġew stabbiliti ħafna mill-knejjes u mill-monasteri kbar tal-belt, bħall-monasteru ta' San Franġisk, il-monasteru ta' Santu Wistin, il-monasteru ta' El Carmen u l-monasteru ta' La Merced, kif ukoll il-kunventi ta' Las Rosas, Las Monjas u tal-Kapuċċini. Fost il-knejjes inbnew dawk ta' La Compañía, San Juan u La Cruz, iżda l-iżjed struttura importanti li nbniet f'dan il-perjodu kienet il-katidral. Il-post ta' dan il-katidral iddefinixxa l-kompożizzjoni u l-iżvilupp tal-belt minn hemm 'il quddiem.
Fl-aħħar tal-perjodu tal-Viċirè, Valladolid kienet belt żgħira ta' madwar 20,000 abitant. Kienet ukoll ċentru edukattiv b'erba' skejjel importanti bħall-Kulleġġ ta' San Nikola. Minn dawn l-iskejjel ħarġu studjużi bħal Miguel Hidalgo y Costilla u José María Morelos y Pavón, li kienu jissimpatizzaw mal-ideat repubblikani ġodda li ħarġu minn Franza wara r-rivoluzzjoni u mill-Istati Uniti. Id-dimostrazzjonijiet kontra t-tmexxija Spanjola kienu ilhom isiru fil-belt mill-1809, u laħqu l-qofol tagħhom fil-Konfoffa tal-1809. Din il-konfoffa ġiet skoperta u l-imħuħ warajha ġew arrestati u mibgħuta lejn partijiet oħra ta' Spanja l-Ġdida, u dan għen biex l-ideat repubblikani nfirxu.
Sena wara, wara li fforma l-armata tiegħu fl-istat ta' Guanajuato, Miguel Hidalgo y Costilla wasal u ħa l-kontroll tal-belt, u pproklama t-tmiem tal-iskjavitù fil-Messiku. Il-belt reġgħet spiċċat f'idejn il-qawwiet irjalisti ftit wara. Morelos mar fil-belt u pprova jkeċċi l-irjalisti iżda ġarrab telfa kontra Agustín de Iturbide. Figura prominenti oħra fil-gwerra, Mariano Matamoros ġie ġustizzjat fil-pjazza prinċipali tal-belt fl-1814. Il-belt baqgħet f'idejn l-irjalisti sal-1821, u Iturbide, li kien qaleb, u Vicente Guerrero daħlu fil-belt flimkien mal-Armata ta' Trigarante.
Fl-1828, l-istat il-ġdid ta' Michoacán li kien għadu kemm jinħoloq bidel isem il-belt minn Valladolid għal Morelia, f'ġieħ José María Morelos y Pavón. Dan huwa l-isem uffiċjali tal-belt sal-lum, għalkemm l-isem tagħha bil-Purépecha għadu Uaianarhio u kellha laqmijiet bħal il-Belt tal-Ġebel Roża (Cantera), il-Belt tal-Bibien Miftuħa, il-Warda tal-Irjieħ, il-Ġnien ta' Spanja l-Ġdida u reliġjożament bħala Morelia tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù. Il-belt saret muniċipalità fl-1831.
Iktar 'il quddiem fis-seklu 19 kien hemm taqbid bejn il-qawwiet liberali u dawk konservattivi fil-Messiku. Matul ir-Rivoluzzjoni ta' Ayutla, il-belt ittieħdet mill-qawwiet ribelli taħt Epitacio Huerta u l-Ġeneral García Pueblita, iżda reġgħet ittieħdet fl-1855 mill-qawwiet taħt Antonio López de Santa Anna. Ir-ribelli reġgħu attakkaw it-truppi ta' Sant'Anna sena wara. It-truppi Franċiżi li imponew it-tmexxija imperjali daħlu fil-belt fl-1863, u l-qawwiet repubblikani ttrasferew il-belt kapitali ta' Michoacán lejn Uruapan, filwaqt li l-familji konservattivi f'Morelia wegħdu l-appoġġ tagħhom lill-Imperatur Massimiljanu I, li mbagħad żar il-belt. Fl-1867, il-belt ittieħdet mill-ġeneral repubblikan Nicolás de Régules u Morelia reġgħet saret il-belt kapitali ta' Michoacán. Fl-1869, matul ribelljoni kontra l-gvern ta' Benito Juárez, il-Ġeneral Epitacio Huerta attakka l-pożizzjonijiet tal-gvern fil-belt iżda ġarrab telfa kontra l-qawwiet taħt Mariano Escobedo.
L-ewwel fabbriki nfetħu fil-belt bejn l-1868 u l-1870, flimkien mal-ewwel linja tat-telegrafu. Fl-1883 inbniet il-linja ferrovjarja u waslu l-ewwel karozzi fit-toroq.
Fl-1910, saru ċ-ċelebrazzjonijiet taċ-ċentenarju tal-Indipendenza iżda t-tensjonijiet kienu għoljin fil-belt minħabba n-nuqqas ta' qamħ u l-kontinwazzjoni tal-President Porfirio Diaz fil-poter. Sena wara, ir-rivoluzzjonarji li kienu leali lejn Francisco I. Madero ntlaqgħu fil-belt. Fl-1914, il-belt kapitali reġgħet ġiet trasferita minn Morelia għall-belt ta' Tacámbaro. Imbagħad il-belt ittieħdet mill-qawwiet taħt il-Ġeneral Sánchez fl-istess sena, u mill-qawwiet leali lejn Francisco Villa fl-1915.
Fl-1920, il-Palazz tal-Gvern Statali għal żmien qasir ittieħed mill-bdiewa u minn ħaddiema oħra mill-istat kollu. Isaac Arriaga ġie assassinat hemmhekk fl-1921. Il-belt reġgħet ġiet attakkata mir-ribelli li sejħu lilhom infushom "Delahuertistas" fl-1924. Il-ġlied seħħ l-iktar fil-pjazza prinċipali u l-belt ġiet difiża mill-Ġeneral Lopez, Garcia, u Avila Camacho.
F'Morelia ġie ambjentat il-film tal-1958 The Bravados bil-protagonisti Gregory Peck u Joan Collins. Kien hemm diffikultajiet biex il-film jinġibed minħabba x-xita u l-bard mhux tas-soltu fir-reġjun.
Matul is-snin 60 tas-seklu 20 il-bejjiegħa fit-toroq tneħħew miċ-ċentru storiku tal-belt, u s-siġar tal-palm tul Avenida Madero, it-triq prinċipali mil-Lvant għall-Punent tneħħew ukoll. Fl-1966 kien hemm irvell tal-istudenti fl-università statali li twaqqaf mill-armata.
Fis-snin 70 u 80 tas-seklu 20 kien hemm ħafna kostruzzjoni, inkluż tal-bypass tal-periferija madwar il-belt. Matul is-snin 80 tas-seklu 20, saret ħsara kbira minħabba l-qasmiet ġeografiċi, flimkien maċ-ċediment tal-ilma tal-pjan minħabba l-ippompjar tal-ilma ta' taħt l-art. Din il-problema hija simili għall-problemi fi bliet oħra tul il-Medda Vulkanika Trans-Messikana bħal Querétaro u l-Belt tal-Messiku.
Fl-1991 il-belt tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bis-saħħa tal-arkitettura ppreservata sew tagħha. Fl-2001, il-bejjiegħa fit-toroq tneħħew mill-ġdid miċ-ċentru storiku biex iż-żona titħejja iktar għat-turisti. It-traffiku ġie ddirezzjonat mod ieħor permezz tal-kostruzzjonijiet ta' bypasses ġodda. Fl-2006 u fl-2007, ħafna mill-pjazez u mill-ġonna fiċ-ċentru storiku ġew immudellati mill-ġdid.[6]
Fl-2008 inqatlu tmien persuni b'attakk b'granata.
Fl-2009, iż-Żona Metropolitana ta' Morelia ġiet stabbilita u tikkonsisti mill-muniċipalitajiet ta' Zinapécuaro, Álvaro Obregón, Charo, Tarímbaro u Morelia. Dan l-istabbiliment inizjali sar mis-Segretarju għall-Urbaniżmu u l-Ambjent, flimkien mal-Presidenti muniċipali li magħhom ġew diskussi l-limiti, l-istrateġiji u iktar azzjonijiet.[7] Waħda minn dawn l-azzjonijiet kienet li tiġi stabbilita kummissjoni formali biex tamministra ż-żona.[8]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIċ-Ċentru Storiku ta' Morelia ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991.[9]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[9]
Klima
immodifikaSkont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, Morelia għandha klima subtropikali tal-artijiet għoljin (Cwb fuq il-mapep klimatiċi), b'iljieli kesħin u b'jiem sħan sew is-sena kollha minħabba l-elevazzjoni għolja tagħha. Il-biċċa l-kbira tal-preċipitazzjoni tinżel matul l-istaġun tal-monsuni fis-sajf minn Ġunju sa Settembru. It-temperaturi medji fix-xahar huma bejn 14 u 22 °C (57 u 72 °F), b'temperatura massima ta' 38.3 °C (100.9 °F) fis-sajf tal-1998 u bl-iżjed temperatura baxxa ta' −5.2 °C (22.6 °F) f'Jannar 1985.
Data klimatika għal Morelia (1951-2010) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 35.0
(95.0) |
33.0
(91.4) |
39.0
(102.2) |
36.5
(97.7) |
38.0
(100.4) |
38.5
(101.3) |
36.5
(97.7) |
35.5
(95.9) |
35.8
(96.4) |
36.0
(96.8) |
38.3
(100.9) |
35.0
(95.0) |
38.5
(101.3) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 23.8
(74.8) |
25.6
(78.1) |
27.9
(82.2) |
30.0
(86.0) |
30.6
(87.1) |
28.4
(83.1) |
26.1
(79.0) |
26.0
(78.8) |
25.5
(77.9) |
25.5
(77.9) |
25.3
(77.5) |
24.2
(75.6) |
26.6
(79.9) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 14.5
(58.1) |
15.8
(60.4) |
18.1
(64.6) |
20.3
(68.5) |
21.5
(70.7) |
20.9
(69.6) |
19.4
(66.9) |
19.4
(66.9) |
19.1
(66.4) |
18.0
(64.4) |
16.5
(61.7) |
15.0
(59.0) |
18.2
(64.8) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 5.2
(41.4) |
6.1
(43.0) |
8.4
(47.1) |
10.6
(51.1) |
12.5
(54.5) |
13.4
(56.1) |
12.8
(55.0) |
12.9
(55.2) |
12.7
(54.9) |
10.5
(50.9) |
7.8
(46.0) |
5.9
(42.6) |
9.9
(49.8) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −5.2
(22.6) |
−3.0
(26.6) |
0.2
(32.4) |
1.7
(35.1) |
4.6
(40.3) |
3.0
(37.4) |
3.9
(39.0) |
6.0
(42.8) |
5.0
(41.0) |
0.0
(32.0) |
−1.1
(30.0) |
−4.4
(24.1) |
−5.2
(22.6) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 18.8
(0.74) |
9.3
(0.37) |
9.8
(0.39) |
14.2
(0.56) |
46.3
(1.82) |
141.7
(5.58) |
183.0
(7.20) |
166.8
(6.57) |
140.6
(5.54) |
55.4
(2.18) |
12.1
(0.48) |
5.6
(0.22) |
803.6
(31.64) |
Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) | 2.7 | 1.8 | 1.9 | 3.1 | 7.9 | 17.4 | 22.2 | 21.5 | 17.6 | 8.8 | 2.7 | 1.9 | 109.5 |
Umdità relattiva medja (%) | 56 | 52 | 46 | 43 | 48 | 62 | 68 | 69 | 69 | 66 | 62 | 59 | 58 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 237 | 243 | 281 | 263 | 259 | 208 | 195 | 202 | 184 | 219 | 234 | 233 | 2,758 |
Sors 1: Servicio Meteorologico Nacional (l-umdità mill-1981 sas-sena 2000)[10][11][12] | |||||||||||||
Sors 2: Ogimet (is-sigħat ta' xemx mill-1981 sal-2010)[13] |
Popolazzjoni
immodifikaIl-belt ta' Morelia hija l-iżjed belt popolata fl-istat ta' Michoacán u t-tielet l-iktar belt importanti fir-Reġjun ta' Bajío, eżatt wara León de Los Aldama l-Belt ta' Querétaro. Fl-iktar ċensiment reċenti li twettaq minn Inegi fl-2020, il-belt irreġistrat popolazzjoni ta' 743,275 abitant, żieda ta' kważi 145,000 abitant fuq iċ-ċensiment ta' qabel li twettaq fl-2010 meta l-popolazzjoni kienet ta' 597,511 abitant.
Nies notevoli
immodifika- Alma Graciela Haro Cabello (twieldet fl-1927), kantanta magħrufa bħala Esmeralda;
- Junior Félix Madrigal (twieled fl-1982), plejer tal-futbol Messikan;
- José Manuel Ponce, sewwieq Messikan tat-tlielaq tal-karozzi.
Ġemellaġġ
immodifikaMorelia għandha relazzjoni ta' ġemellaġġ ma' Yakima, Washington, l-Istati Uniti, li ilha tiġi appoġġata mill-1999 permezz tal-Assoċjazzjoni tal-Ġemellaġġ bejn Yakima u Morelia.[14] Isiru skambji kulturali bejn iż-żewġ bliet, pereżempju mużiċisti minn Morelia marru jdoqqu fl-Orkestra Sinfonika ta' Yakima.[15]
Morelia għandha ġemellaġġi oħra madwar id-dinja, inkluż ma': Arequipa fil-Perù; Caspueñas, Valladolid[16] u Madrigal de las Altas Torres fi Spanja; Gettysburg[17], Kansas City, Fullerton, Monterey Park, Norwalk[18] u Shreveport fl-Istati Uniti; Matanzas u Ħavana f'Kuba; u Sopó fil-Kolombja.
Referenzi
immodifika- ^ Sanchez Reyna, Ramon (2008). Michoacán:Morelia, Pátzcuaro, Cuitzeo, Zamora, Uruapan, Otros (in Spanish). Mexico City: Grupo Azabache, S.A. de C.V. pp. 20–28. ISBN 978-607-7568-08-7.
- ^ "Rinde protesta Alfonso Martínez como edil de Morelia para 2021-2024" (bl-Ispanjol). 2021-09-01. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Enciclopedia de los Municipios de México Michoacán Morelia". web.archive.org. 2011-05-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-17. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "H. Ayuntamiento Morelia - Historia". web.archive.org. 2009-04-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-04-28. Miġbur 2023-08-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ von Germeten, Nicole (2006). Black Blood Brothers: Confraternities and Social Mobility for Afro-Mexicans. Gainesville: The University Press of Florida. pp. 119–121. ISBN 0-8130-2942-2.
- ^ Avila-Olivera, Jorge A.; Victor H. Garduño-Monroy (2008-06-27). "A GPR study of subsidence-creep-fault processes in Morelia, Michoacán, Mexico". Engineering Geology. 100 (1–2): 69–81.
- ^ "Avanzados los trámites para ampliar la zona metropolitana de Morelia: SUMA". Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Gobierno del Estado de Michoacán - Unifican criterios para la zona metropolitana de Morelia". web.archive.org. 2010-09-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-20. Miġbur 2023-08-01.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Morelia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-07-31.
- ^ "Estado de Michoacán de Ocampo-Estacion: Morelia". web.archive.org. 2016-03-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Extreme Temperatures and Precipitation for Morelia 1948–2009". web.archive.org. 2014-04-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-04-29. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "NORMALES CLIMATOLÓGICAS 1981-2000" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-11-27. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Climat report". www.ogimet.com. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "YMSCA | Yakima Morelia Sister City Association". YMSCA (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Día de Los Muertos Chalk Art Festival". Washington Trust for Historic Preservation (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
- ^ 20minutos (2019-11-28). "Valladolid contempla el hermanamiento con el estado mexicano de Guanajuato ante la petición de cuatro de sus ciudades". www.20minutos.es - Últimas Noticias (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-08-01.
- ^ "Sister Cities | Gettysburg PA". www.gettysburgpa.gov. Miġbur 2023-08-01.
- ^ "City of Norwalk - Commissions". web.archive.org. 2010-05-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-23. Miġbur 2023-08-01.