Michael Mifsud (twieled fis-17 ta' April 1981) huwa plejer tal-futbol Malti li attwalment jilgħab mal-klabb ta' Mosta. Ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa plejers minn Malta, Mifsud qatta' diversi snin jilgħab barra minn pajjiżu u rnexxielu jirbaħ l-unur tal-Isportiv Malti tas-Sena fl-2001 u l-2003.[1]

Michael Mifsud
Informazzjoni personali
Isem sħiħMichael Mifsud
Twelid17 ta' April 1981 (1981-04-17) (43 sena)
Sliema
Tul1.70 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliMosta
Numru9
Mixtliet
Sliema Wanderers
Karriera professjonali
SninKlabb
1997–2001Sliema Wanderers
2001–2003Kaiserslautern
2003–2004Sliema Wanderers
2004–2007Lillestrøm
2007–2009Coventry City
2009Barnsley (self)
2010Valletta
2011Qormi
2011–2013Valletta
2013–2014Melbourne Heart
2014–2016Sliema Wanderers
2016–2018Valletta
2018–2020Birkirkara
2020Sirens
2020–Mosta
Tim nazzjonali
2000–2020Malta

Karriera

immodifika

Bidu tal-karriera

immodifika

Prodott ta' Sliema Wanderers, hu ddebutta mat-tim tal-kbar fl-istaġun 1997–98, meta lagħab tmien darbiet u skorja darba. Fl-istaġun segwenti hu beda bħala plejer regolari mal-ewwel tim fejn skorja tmien gowls fi 22 apparenza. Żewġ staġuni ta' suċċess segwew wara, b'21 gowl f'26 apparenza fl-istaġun 1999–00 u 30 gowl f'25 apparenza fl-istaġun ta' wara.

Minħabba l-forma tajba li kien fiha, Josip Ilić ta lil Michael Milfsud l-ewwel opportunità fit-tim nazzjonali u għamel l-ewwel dehra nhar l-10 ta' Frar 2000, kontra l-Albanija fil-Grawnd Nazzjonali ta' Ta' Qali. Kien f'dan l-istant li Kaiserslautern raw il-potenzjal ta' dan il-plejer u xtrawh fis-sajf tas-sena 2001.[1] Hu kien skorer regolari mat-tim B u għamel xi apparenzi bħala sostitut mal-ewwel tim fil-Bundesliga, fejn skorja 2 gowls.[1]

Ix-xewqa biex ikun impenjat aktar mal-ewwel tim ratu jirritorna Malta fl-2004, fejn Sliema Wanderers reġgħu akkwistaw is-servizzi ta' dan il-plejer u dan għenhom jiksbu l-kampjonat Malti. Fl-istess sajf hu kien miksub mit-tim Norveġiż ta' Lillestrøm fejn f'punt tal-istaġun hu ġie vvutat bħala l-aqwa plejer barrani tal-kampjonat. Hu kien l-aqwa skorer fl-istaġun tal-2006 fejn irnexxielu jiskorja 11-il gowl f'19-il apparenza.

Fil-5 ta' Novembru 2006, fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat Norveġiż, hu ddikjara li jixtieq jittrasferixxi għal wieħed mill-aqwa kampjonati Ewropej. Fis-sajf tas-sena ta' qabel, Lillestrøm ma aċċettawx offera għal Mifsud mit-tim ta' Coventry City minkejja li kienu jafu li l-attakkant seta' jitlaq b'xejn f'Jannar 2007 hekk kif il-kuntratt kien sal-aħħar ta' Diċembru.

Hu ma aċċettax li jiffirma kuntratt ġdid ma' Lillestrøm u ttrassferixxa għal ma' Coventry City. Minbarra Coventry, timijiet mill-Premier League bħal Watford u Sheffield United, kif ukoll Leeds United, tim miċ-Championship, irrappurtaw interess fil-plejer.

Coventry City

immodifika

Fl-10 ta' Jannar 2007, Mifsud iffirma kuntratt ta' sentejn u nofs mat-tim ta' Coventry City fil-Football League Championship fl-Ingilterra.[2]

L-ewwel gowl bil-flokk ikħal wasal kontra Plymouth Argyle,[3] waqt li t-tieni wieħed wasal fit-telfa ta' 4–1 kontra Barnsley bl-iskor ta' 4-1. In-numru ta' gowls kompla tiela', u l-gowl tiegħu kontra Sheffield United kien ġie ivvutat bħala l-gowl tal-istaġun ta' Coventry.

Fit-tielet rawnd tal-Carling Cup, fis-26 ta' Settembru 2007 hu skorja żewġ gowls biex ta lil Coventry rebħa b'sorpriża ta' 2–0 kontra ċ-ċampjins kurrenti tal-Premier League Manchester United.[4][5] Il-gazzetta Taljana La Gazzetta dello Sport laqmitu bħala Il Messi Di Malta wara l-partita.[6]

Wara dan is-suċċess, Mifsud kompla jimpresjona. Hu kien strumentali fil-pari ta' Coventry kontra Charlton Athletic fid-29 ta' Settembru, fejn skorja t-tielet gowl f'żewġ logħbiet. Fit-2 ta' Ottubru, Coventry assiguraw rebħa ta' 3–1 fil-kampjonat kontra Blackpool, fejn it-tieni gowl wasal minn Mifsud.

Fit-12 ta' Novembru, Mifsud ġie mkeċċi wara 11-il minuta fid-derbi ta' Midlands kontra West Bromwich Albion, wara li ta daqqa ta' minkeb f'wiċċ Carl Hoefkens. Wara, Mifsud apoloġizza għal dak li għamel.[7][8] Ir-ritorn tiegħu mat-tim wasal wara skwalifika ta' tliet logħbiet kontra West Brom, fejn kien ritorna mill-aqwa minħabba li skorja darbtejn biex tella' n-numru ta' gowls fl-istaġun għal 15.

Fil-5 ta' Jannar 2008, Mifsud skorja doppjetta fl-FA Cup kontra tim ieħor tal-Premier League, din id-darba Blackburn Rovers ġewwa Ewood Park, biex ikkonferma ruħu bħala wieħed mill-aqwa attakkanti tal-klabb u forsi wkoll bħala l-iktar pedina importanti.[9] Għal din il-prestazzjoni, hu kien ġie nominat għall-plejer tat-tielet rawnd u sussegwentament hu rċieva l-aktar voti f'dan l-unur. Fis-26 ta' Jannar, Mifsud skorja t-tieni gowl ta' Coventry fir-rebħa tar-raba' rawnd tal-FA Cup kontra Millwall.

Minkejja bidu ta' staġun mill-aqwa, it-tieni nofs tal-istaġun kien wieħed deludenti għal Mifsud hekk kif naqas li jżomm mal-forma li kellu mal-ewwel nofs tal-istaġun. Hu skorja gowl f'Jannar 2008 u ma reġax sab ix-xibka sal-aħħar logħba tal-istaġun. Fl-4 ta' Mejju 2008, Mifsud skorja l-unika gowl ta' Coventry fit-telfa barra minn darhom kontra Charlton Athletic, fejn it-tim evita r-relegazzjoni b'punt wieħed biss dak l-istaġun.

Fit-23 ta' Lulju 2008, Coventry City aċċettaw somma ta' Bristol City għas-servizzi tal-plejer Malti.[10] Fid-29 ta' Lulju, Bristol City ħabbru li wara n-negozjati li kienu saru, huma ma kinux se jkomplu bit-trasferiment ta' Mifsud wara intopp fil-ftehim bejn Mifsud u l-klabb il-ġdid.[11] Mifsud ma kellux bidu tal-istaġun feliċi minħabba li ma kienx fil-pjanijiet tal-kowċ Chris Coleman, però bil-mod il-mod reġa' ggwadanja postu mal-ewwel ħdax. Wara nixfa ta' gowls minn nofs Ottubru, Michael Mifsud sab ix-xibka għall-ewwel darba meta skorja l-gowl tar-rebħa kontra Blackpool.

Barnsley

immodifika

Minkejja interess minn diversi klabbs għall-firma tal-plejer Malti,[12] Mifsud ġie msellef sal-aħħar tal-istaġun lit-tim ta' Barnsley, fejn b'hekk ingħaqad ma' sieħbu fit-tim nazzjonali Malti Daniel Bogdanovic.[13] Id-debutt tiegħu wasal kontra Sheffield Wednesday fejn ifforma għall-ewwel darba koppja tal-attakk mal-konnazzjonali Malti Bogdanovic, partita li Barnsley rebħu bl-iskor ta' 1–0. L-ewwel gowl tiegħu wasal fl-10 ta' Marzu 2009, fil-pari ta' 1–1 kontra Birmingham City.[14]

Valletta

immodifika

Wara li ġie msellef ma' Barnsley għall-aħħar parti tal-istaġun 2008–09, fit-30 ta' Ġunju 2009 il-kuntratt ta' Mifsud ma' Coventry skada u sussegwentament ġie rilaxxat wara li ma baqax aktar fil-pjanijiet għall-futur tal-kowċ Chris Coleman.[15] Sheffield United u Leeds United urew interess fil-plejer, waqt li baqgħet miftuħa l-għażla li jerġa' jirritorna Malta, bil-tim ta' Valletta jkun it-tim interessat.[16][17] Però, Mifsud ċaħad ix-xniegħat li kienu qed jiċċirkolaw fuq il-possibilità li jerġa' lura għall-futbol Malti.[18] L-għajdut kompla sejjer lejn tmiem l-2009 u matul is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar 2010, b'Notts County tal-eks-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Sven Goran Erikkson u t-tim mill-Premier League Portsmouth juru interess fil-plejer, minkejja li ma seħħ xejn konkret.[19][20]

Minkejja interess qawwi fil-plejer, Mifsud għażel li jirritorna lura lejn pajjiżu u ngħaqad mal-klabb ta' Valletta sa tmiem tal-istaġun.[21] Hu iffirma kuntratt għal tliet xhur mal-klabb Belti.[22] Mal-klabb Belti, Mifsud irnexxielu jiskorja 7 gowls fil-kampjonat f'7 logħbiet. Mifsud ħalla l-marka tiegħu fit-tazez nazzjonali meta skorja gowl fil-finali tal-FA Trophy kontra Qormi, mirbuħa bl-iskor ta' 2–0,[23] waqt li skorja tripletta fil-finali tat-Tazza tal-100 Anniversarju tal-Kampjonat Nazzjonali kontra Floriana, bil-partita tintemm 3–1.[24] Fl-aħħar tal-istaġun ġie ikkonfermat li Mifsud kien mistenni li jkompli l-karriera tiegħu barra minn Malta.[25]

Wara diversi xhur ta' inattività u xniegħat fuq il-futur tiegħu, lejn l-aħħar ta' Jannar 2010 ħarġet l-aħbar li kienu qed isiru trattativi bejn Mifsud u t-tim ta' Floriana.[26] Madanakollu, il-president tal-klabb Furjaniż Johann Said esprima t-tħassib tiegħu fuq il-piż finanzjarju li jkopri din it-trattativa ta' Mifsud. Wara li naqas li jintloħoq kompromess bejn il-kumitat Furjaniż u Said, dan tal-aħħar irriżenja,[27] riżenja li aktar tard ġie irtirata.[28] Nhar l-4 ta' Frar, 2011, Mifsud iffirma kuntratt sal-aħħar tal-istaġun 2010–11 ma' Qormi.[29] Iddebutta ma' Qormi fir-rebħa ta' 4–1 fuq Birkirkara tal-5 ta' Frar, 2011, fejn issiġilla din ir-rebħa bi tliet gowls.[30]

Ritorn ma' Valletta

immodifika

Fi tmiem il-kuntratt tiegħu ma' Qormi, kien hemm interess mill-klabb ta' Birkirkara, xniegħat li ġew miċħuda mill-istess plejer.[31] Fil-5 ta' Lulju, 2011, ġie uffiċjalment imħabbar li Michael Mifsud issieħeb għat-tieni darba mat-tim ta' Valletta fejn iffirma kuntratt ta' erba' snin b'opzjoni għal sena oħra.[32] It-tieni debutt mat-tim Belti wasal fit-12 ta' Lulju 2011, fit-telfa ta' 3–2 kontra Ekranas tal-Litwanja valida mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League, fejn skorja gowl lejn tmiem l-ewwel taqsima. Nhar is-16 ta' Awwissu, skorja doppjetta fil-finali tas-Super Cup kontra Floriana fir-rebħa ta' 3–0 ta' Valletta.[33] Fi tmiem l-istaġun 2012–13, wara li spiċċa l-aqwa skorer Malti fil-kampjonat, il-klabb Belti qabel li jtemm il-kuntratt ta' Mifsud wara sentejn.[34][35]

Melbourne Heart

immodifika
 
Michael Mifsud f'ġurnata għall-familja ta' Melbourne Heart fl-2013

Bil-pjanijiet tiegħu mixħuta biex jilgħab barra minn Malta, nhar it-18 ta' Settembru 2013 iffirma kuntratt ta' sena mal-klabb Awstraljan ta' Melbourne Heart.[36] Hu skorja l-ewwel u l-uniku gowl tiegħu fit-telfa ta' 2–1 kontra Sydney,[37] u rritorna lura Malta wara li ġie meħlus mill-kuntratt fil-21 ta' Marzu 2014.

Lura Malta

immodifika

Nhar il-15 ta' Ġunju 2014, Mifsud reġa' ffirma mal-ewwel klabb tiegħu, Sliema Wanderers.[38] Hu sab l-ewwel gowl tiegħu fit-22 ta' Novembru, fir-rebħa ta' 2–0 fuq Tarxien Rainbows. Sena u nofs wara, eżattament fl-20 ta' Jannar 2016, Mifsud wasal fi qlib mal-klabb biex ixolji l-kuntratt tiegħu u ssieħeb għat-tieni darba fil-karriera tiegħu ma' Valletta.[39] Hu ffirma kuntratt ta' sentejn u nofs mal-klabb Belti.[40]

Internazzjonali

immodifika

Mifsud ngħata l-ewwel sejħa għal mat-tim nazzjonali Malti u ddebutta kontra l-Albanija nhar l-10 ta' Frar tas-sena 2000. Hu hu pedina importanti tat-tim nazzjonali Malti u diġà qabeż il-50 apparenza mat-tim.

Michael Mifsud kien strumentali fir-rebħa ta' Malta kontra l-Ungerija — l-ewwel rebħa kompetittiva ġewwa darhom mill-1982 — meta għamel xogħol tajjeb u minn din l-azzjoni Andre Schembri issiġilla r-rebħa ta' 2–1. Fil-partita kontra t-Turkija fl-istess fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, ta l-passaġġ lil Andre Schembri meta dan tal-aħħar skorja t-tieni gowl tal-Maltin kontra t-Torok biex ġab ir-riżultat temporanju ta' 2–1. Il-partita spiċċat pari ta' 2–2. Michael Mifsud kellu ċans jikseb il-gowl tar-rebħa, imma x-xutt tiegħu spiċċa barra.

Il-Malti fil-fażi preliminarja tal-Kampjonati Ewropej skorja total ta' tliet gowls u kompla sejjer bil-gowls hekk kif fis-26 ta' Marzu 2008, Michael Mifsud skorja għal ħames darbiet f'logħba ta' ħbiberija li Malta lagħbet kontra l-Liechtenstein u li spiċċat 7–1 favur il-Maltin - l-ikbar rebħa li Malta qatt għamlet.[41] Wara dan ir-riżultat, hu sar l-ewwel plejer Malti li skorja aktar minn tliet gowls f'partita waħda għat-tim nazzjonali. Wara assenza mill-gowls għal għaxar partiti mat-tim nazzjonali, minn mindu skorja gowl f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstrija, Mifsud reġa' sab ix-xibka din id-darba b'doppjetta f'logħba ta' ħbiberija oħra kontra l-Ġeorġja (li spiċċat f'rebħa għall-Maltin bl-iskor ta' 2–0).[42] B'permezz ta' gowl fit-telfa ta' 4–1 kontra l-Bulgarija fit-18 ta' Novembru, 2009, Mifsud ugwalja r-rekord ta' gowls mat-tim nazzjonali li kien f'idejn Carmel Busuttil bi 23 gowl.[43] Fil-logħba ta' ħbiberija li jmiss, dik kontra l-Finlandja tat-3 ta' Marzu 2010, Mifsud skorja l-gowl tal-ftuħ tal-konfront (barra li falla penalty wkoll qabel il-gowl) biex b'hekk kiser ir-rekord tal-aqwa skorer fl-istorja mat-tim nazzjonali Maltija.[44]

Sliema Wanderers
Valletta

Individwali

immodifika
  • Unur Speċjali fil-Malta Football Awards 2006–07[45]
  • Unur Speċjali fil-Malta Football Awards 2009–10[46]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ "Michael Mifsud is MaltaToday's Sportsman of the Year" (bl-Ingliż). Malta Today. 2001-12-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-11-03. Miġbur 2008-01-27.
  2. ^ "Sky Blues snap up Malta striker" (bl-Ingliż). BBC. 2007-01-10. Miġbur 2008-01-27.
  3. ^ "Plymouth 3-2 Coventry" (bl-Ingliż). BBC. 2007-01-22. Miġbur 2008-01-27.
  4. ^ Jon Culley (2007-09-26). "Manchester United 0 Coventry City 2: Ferguson 'flabbergasted' as gamble on youth backfires" (bl-Ingliż). The Independent. Miġbur 2008-09-13.
  5. ^ "Dowie full of praise for Mifsud" (bl-Ingliż). BBC. 2007-09-28. Miġbur 2008-01-27.
  6. ^ Alessandro Ruta. "Mifsud, "Il Messi Di Malta" Che Ha Steso Il Manchester" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. Miġbur 2007-10-07.
  7. ^ "Dowie has no sympathy for Mifsud" (bl-Ingliż). BBC. 2007-11-12. Miġbur 2008-01-27.
  8. ^ "Mifsud apologises after red card" (bl-Ingliż). BBC. 2007-11-13. Miġbur 2008-01-27.
  9. ^ "Blackburn 1-4 Coventry" (bl-Ingliż). BBC. 2008-01-05.
  10. ^ Chris, Muscat (2008-07-23). "Michael Mifsud ma' Bristol City". MaltaRightNow.com. Miġbur 2008-09-13.
  11. ^ "Intopp fit-trasferiment ta' Michael Mifsud". L-Orizzont. 2008-07-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-29. Miġbur 2008-09-13.
  12. ^ "Derby C. u Wolves interessati li jiffirmaw lil Michael Mifsud". L-Orizzont. Miġbur 2009-01-24.
  13. ^ "Barnsley snap up Mifsud on loan" (bl-Ingliż). BBC. 2009-02-02. Miġbur 2009-02-04.
  14. ^ "Barnsley 1-1 Birmingham" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-03-11. Miġbur 2009-03-18.
  15. ^ "NEWS: Sky Blues trio released" (bl-Ingliż). ccfc.co.uk. 2009-06-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-07-03. Miġbur 2009-07-11.
  16. ^ "Malta has special place in Blades World" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-07-05. Miġbur 2009-07-13.
  17. ^ "Local football: Michael Mifsud could return to local football" (bl-Ingliż). The Malta Independent. 2009-07-10.
  18. ^ Azzopardi, Kevin (2009-08-14). "Mifsud considering offers from foreign clubs" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2009-05-18.
  19. ^ "Sven's Notts County taking Michael Ball and Michael Mifsud" (bl-Ingliż). Mirror Football. 2009-09-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-22.
  20. ^ Gauci, Manuel (2010-02-24). "Michael Mifsud qed jitħarreġ ma' Portsmouth". MaltaRightNow.com.
  21. ^ Busuttil, Antoine (2010-03-02). "Michael Mifsud opts to join Valletta" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com.
  22. ^ Busuttil, Antoine (2010-03-10). "Valletta FC present Michael Mifsud" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com.
  23. ^ Cachia, Paul (2010-05-24). "First-half goals enough for City" (bl-Ingliż). Times of Malta.
  24. ^ "National League 100 Anniversary Cup" (bl-Ingliż). Vallettafc.net. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-18.
  25. ^ "Zerafa confirmed Valletta coach - Mifsud to resume career abroad" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2010-06-05.
  26. ^ "Floriana lead chase for Michael Mifsud" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2011-01-28. Miġbur 2011-02-05.
  27. ^ Camilleri, Valhmor (2011-02-02). "Botched transfer splits Greens as Said resigns" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2011-02-05.
  28. ^ Moore, Jesmond. "Waqt rally minn Floriana FC: Said jirtira r-riżenja tiegħu" (bl-Ingliż). L-Orizzont. Miġbur 2011-02-02.
  29. ^ Moore, Jesmond (2011-02-04). "Michael Mifsud jiffirma ma' Qormi" (bl-Ingliż). L-Orizzont. Miġbur 2011-02-05.
  30. ^ Busuttil, Antoine (2011-02-05). "Michael Mifsud hat-trick hero for Qormi — Citizens held in 1-1 draw" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com. Miġbur 2011-02-05.
  31. ^ Azzopardi, Kevin (2011-06-14). "Mifsud dismisses rumours, eyes move abroad" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2011-07-06.
  32. ^ "Michael Mifsud: Valletta FC agree Terms" (bl-Ingliż). Vallettafc.net. 2011-07-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-08. Miġbur 2011-07-06.
  33. ^ Busuttil, Antoine (2011-08-16). "Michael Mifsud hands Valletta the Super Cup" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com. Miġbur 2011-08-25.
  34. ^ "Valletta FC Release Michael Mifsud" (bl-Ingliż). Valletta FC. 2013-06-20. Miġbur 2013-09-19.
  35. ^ "Michael Mifsud terminates Valletta FC contract" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2013-06-20. Miġbur 2013-09-19.
  36. ^ "Mifsud joins Melbourne Heart FC" (bl-Ingliż). Football Federation of Australia. 2013-09-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-09-26. Miġbur 2013-09-19.
  37. ^ Davutovic, David (2013-12-18). "Melbourne Heart striker Michael Mifsud urges his team to switch on early in matches" (bl-Ingliż). The Daily Telegraph. Miġbur 2013-12-21.
  38. ^ "Michael Mifsud joins Sliema" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2014-06-15. Miġbur 2017-12-08.
  39. ^ "Mifsud rescinds his contract with the Wanderers" (bl-Ingliż). Valletta FC. 2016-01-20. Miġbur 2017-12-08.
  40. ^ "Michael Mifsud completes Valletta move" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2016-01-20. Miġbur 2017-12-08.
  41. ^ "Malta and Mifsud reach a record score" (bl-Ingliż). MaltaRightNow.com. 2008-03-27. Miġbur 2008-09-13.
  42. ^ "Malta 2-0 Georgia" (bl-Ingliż). Malta Football Association. 2009-08-12.
  43. ^ "Malta 1-4 Bulgarija" (bl-Ingliż). Malta Football Association. 2009-10-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-22. Miġbur 2009-11-20.
  44. ^ "Malta 1-2 Finlandja" (bl-Ingliż). Malta Football Association. 2010-02-03.
  45. ^ "The Melita Digital Malta Football Awards 2006/07 - The Winners". MaltaFootball.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-10-25.
  46. ^ "Melita Malta Football Awards 2009/10 - Winners". MaltaFootball.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-18.

Ħoloq esterni

immodifika