Mesut Özil
Mesut Özil (Gelsenkirchen, 15 ta' Ottubru 1988) huwa plejer tal-futbol Ġermaniż li jilgħab ma' Fenerbahçe. Özil kien membru tat-tim nazzjonali żagħżugħ mill-2006, u membru tat-tim nazzjonali Ġermaniż mill-2009. Huwa kiseb attenzjoni internazzjonali matul it-Tazza tad-Dinja 2010 u kien nominat għall-Premju tal-Ballun tad-Deheb, li kien mogħti lill-aħjar plejer tal-kompetizzjoni. Fl-2006, Özil beda l-karriera professjonali tiegħu mal-klabb lokali Schalke fil-Bundesliga, fl-2008 hu ġie trasferit ma' Werder Bremen u f'Awwissu 2010 ma' Real Madrid wara l-prestazzjoni brillanti tiegħu fit-Tazza tad-Dinja mal-Ġermanja. Fl-2011, Özil ġie kklassifikat l-ewwel fl-assisti fil-kompetizzjonijiet maġġuri u domestiċi Ewropej b'25. Fl-2012, hu reġa' ġie kklassifikat l-ewwel fil-klassifika tal-assisti ta' La Liga bi 17.[4][5] Hu kien wieħed mill-aqwa assisti kemm fit-Tazza tad-Dinja 2010 u kemm fil-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Mesut Özil[1] | ||
Twelid | 15 ta' Ottubru 1988 Gelsenkirchen, Ġermanja | ||
Tul | 1.80 m[2][3] | ||
Rwol | Midfilder offensiv | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Fenerbahçe | ||
Numru | 10 | ||
Mixtliet | |||
1995–1998 | Westfalia 04 Gelsenkirchen | ||
1998–1999 | Teutonia Schalke-Nord | ||
1999–2000 | Falke Gelsenkirchen | ||
2000–2005 | Rot-Weiss Essen | ||
2005–2007 | Schalke 04 | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2006–2008 | Schalke 04 | ||
2008–2010 | Werder Bremen | ||
2010–2013 | Real Madrid | ||
2013–2021 | Arsenal | ||
2021– | Fenerbahçe | ||
Tim nazzjonali | |||
2006–2007 | Ġermanja U19 | ||
2007–2009 | Ġermanja U21 | ||
2009–2018 | Ġermanja |
Karriera
immodifikaGelsenkirchen u Rot-Weiss Essen
immodifikaÖzil beda l-karriera tiegħu ma; diversi klabbs mill-belt ta' Gelsenkirchen u mbagħad lagħab ħames snin għal Rot-Weiss Essen.
Schalke 04
immodifikaFl-2005, huwa mar fid-dipartiment taż-żgħażagħ ta' FC Schalke 04. Hu kien jilgħab bħala midfilder bin-numru 17 tal-flokk.
Werder Bremen
immodifikaFil-31 ta' Jannar 2008, hu mar ma' Werder Bremen għal ħlas totali ta' €4.3 miljun, billi ffirma kuntratt mal-klabb Ġermaniż sat-30 ta' Ġunju 2011.[6] Huwa skorja l-gowl tar-rebħa fil-finali tad-DFB-Pokal 2009, kontra Bayer Leverkusen f'Berlin.[7] Huwa wkoll eċċella fl-Ewropa fejn huwa mexxa lil Werder Bremen fl-aħħar finali tat-Tazza UEFA, iżda sfortunament tilfu ma' Shakhtar Donetsk tal-Ukraina.[8] Għalkemm Bremen spiċċaw l-għaxar post diżappuntanti fil-Bundesliga 2008–09, Özil irnexxielhu jagħmel impatt sinifikanti fil-logħob billi skorja tlett gowls u għamel 15-il assisti rispettabbli.[8]
Fit-tieni staġun tiegħu, Bremen spiċċaw fit-tielet post rispettabbli, fejn Özil ikkontribwixxa 9 gowls u 17-il assisti f'31 apparenzi tal-kampjonat.
Real Madrid
immodifikaStaġun 2010–11
immodifikaMinħabba l-prestazzjonijiet tajbin tiegħu fit-Tazza tad-Dinja 2010, huwa assigura post fost il-plejers talentużi fl-Ewropa. Hu kien mitlub minn timijiet bħal Barcelona, Arsenal, u Manchester United u saħansitra r-rapporti sostnew li ssieħeb ma' Barcelona. Werder Bremen ċaħdu r-rapport u fis-17 ta' Awwissu 2010, it-tim ħabbar li kien laħaq ftehim ma' Real Madrid.[9] Il-ħlas għat-trasferiment kien madwar 15-il miljun ewro.[10] Malli iffirma, Özil qal, "Meta tiġi l-offerta biex tingħaqad ma' Real Madrid, m'hemm l-ebda deċiżjoni biex taċċetta. Ejja nkunu onesti – int ma tirrifjutawx dan il-klabb. Ma' kelli l-ebda għaġla biex inħalli lil Werder Bremen, iżda dan huwa l-klabb wieħed li għedt iva għalih. Huma għandhom istituzzjoni, klabb bi storja fantastika, stejdjum u skwadra mimlija bi plejers ta' klassi."[11]
Huwa għamel id-debutt tiegħu fit-22 ta' Awwissu f'logħba ta' ħbiberija kontra Hércules, fejn Real Madrid rebħu 3–1.[12]
In-numri tal-flokk ta' Özil kienu mibdula spiss qabel l-istaġun beda. Huwa ngħata n-numru 26 fil-pre-staġun u 19 għad-debutt tiegħu. Iżda wara t-trasferiment ta' Rafael van der Vaart ma' Tottenham Hotspur, hu kien mogħti n-numru 23.
Özil kien imressaq ma' sieħbu tat-tim Kaká, iżda minħabba l-operazzjoni tiegħu, Özil irnexxielhu jibda l-irwol. Huwa mbagħad għamel id-debutt tiegħu f'La Liga għal Real Madrid bħala sostitut flok Ángel di María fit-62 minuta kontra Mallorca, fid-dro ta' 0–0.[13]
Fil-15 ta' Settembru, Özil għamel id-debutt tal-istaġun tiegħu fil-UEFA Champions League. Huwa għamel l-ewwel assist tiegħu ma Real Madrid fl-74 minuta kontra Ajax wara li krossja għall-gowl ta' Gonzalo Higuaín.[14] L-ewwel gowl ta' Özil fiċ-Champions League ma' Real wasal fl-14-il minuta kontra Milan fid-19 ta' Ottubru 2010.[15]
Huwa spiċċa l-istaġun b'25 assisti, l-ogħla għal kwalunkwe plejer fi kwalunkwe kompetizzjoni Ewropea maġġura f'dak l-istaġun. Il-prestazzjonijiet ta' Ozil għal Real Madrid matul l-ewwel staġun tiegħu kienu mfaħħra mill-midja, partitarji u plejers.[16][17]
Staġun 2011–12
immodifikaÖzil beda jilbes in-numru 10 tal-flokk għal Real Madrid fl-istaġun 2011–12, l-intenzjoni tal-kowċ José Mourinho kienet li juża lil Ġermaniż internazzjonali bħala l-midfilder prinċipali tiegħu.[18] Fl-14 ta' Awwissu 2011, Özil skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-istaġun kontra Barcelona f'El Clásico fl-ewwel leg tas-Supercopa de España 2011.[19] Fis-17 ta' Awwissu 2011, Özil kien imkeċċi fl-aħħar minuta tat-tieni leg tas-Supercopa 2011 wara argument mal-attakkant ta' Barça David Villa.[20] Özil esprima x-xewqa tiegħu biex jispiċċa l-karriera tal-futbol tiegħu fil-klabb fl-intervista mar-rivista Ġermaniża kicker, billi qal, "Nixtieq li nispiċċa l-karriera tiegħi ma' Real Madrid. Naf li se tkun diffiċli minħabba li jien għandi ħafna snin quddiemi u ħafna plejers iżgħar u tajba se jkunu wkoll hemmhekk, imma nixtieq li nkun parti minn dak il-futur. Naf dak li jien kapaċi għalih u jien konvint li se nibqgħa ma' Real Madrid għall-bosta snin."[21]
Özil kien fil-lista qasira tal-premju tal-FIFA Ballon d'Or.
Hu spiċċa fil-quċċatta tal-klassifika tal-assisti, bi 17.[22] Fit-2 ta' Mejju 2012, hu għen lil Real Madrid jiksbu t-32 titlu ta' La Liga fejn hu assista l-ewwel gowl ta' Real Madrid u skorja t-tieni gowl kontra Bilbao, imbagħad Real Madrid tilfu 3–0. Ħdax-il jum wara, Özil skorja żewġ gowls fil-logħba finali tal-istaġun regolari kontra RCD Mallorca, għal darb'oħra kkonsolida l-prestazzjoni eċċellenti tiegħu mal-klabb. Din ir-rebħa għamlet lil Real l-ewwel klabb Spanjol li ġabar 100 punt fi staġun wieħed.[23] Minħabba l-forma fina tiegħu ma' Real Madrid u mat-tim nazzjonali Ġermaniż, Özil ġie nominat għall-Premju tal-Aqwa Plejer fl-Ewropa tal-UEFA, fejn huwa spiċċa l-10 post u kien l-iżgħar fost l-aqwa 10.[24]
Staġun 2012–13
immodifikaBil-wasla ta' Luka Modrić qabel il-bidu tal-istaġun, xi wħud mil-midja allegaw li Özil ma' kienx kuntent ma' Real Madrid, iżda aktar tard huwa ċaħad u sostna li kien kuntent fil-klabb u ħerqan li jikkompeti għall-postu.[25] Wara l-bidu tal-istaġun, hu żied it-titlu tas-Supercopa de España mal-unuri tiegħu. F'logħba tal-kampjonat, huwa pprovda assist importanti lil Cristiano Ronaldo li ġab l-iskor fid-dro ta' 2–2 kontra Barcelona ġewwa Camp Nou.[26] Fis-6 ta' Novembru, Özil skorja free-kick kruċjali fid-89 minuta biex isalva d-dro għal Real Madrid u żgura punt kontra Borussia Dortmund.[27] Hu kompla l-forma tajba tiegħu fil-kampjonat billi skorja doppjeta oħra kontra Real Valladolid fejn Real Madrid rebħu 3–2.[28] Hu mbagħad mar biex jintemm l-istaġun b'29 assisti, għalkemm Real Madrid ma rebħu l-ebda medalji, il-prestazzjoni ta' Özil kienet imfaħra. Fl-aħħar tal-istaġun Özil kellhu aktar assisti minn kwalunkwe plejer ieħor fil-kampjonat, b'26 assisti.
Arsenal
immodifikaTrasferiment
immodifikaFit-2 ta' Settembru 2013, Özil qabel li jingħaqad mal-klabb Ingliż Arsenal.[29] Kemm it-tariffa u t-tul tal-kuntratt ma' kienux żvelata, iżda dawn huma maħsuba madwar £42.5 miljun għal ftehim ta' ħames snin.[30] Dan it-trasferiment għamel lil Özil l-aktar plejer tal-futbol Ġermaniż għoli ta' kull żmien.[31] Özil ġie assenjat in-numru 11 tal-flokk.[32]
Fuq dan it-trasferiment, Özil qal: “Jien kont ċert li se nibqgħa ma' Real Madrid imma wara ndunajt li l-kowċ u kapijiet tal-klabb ma' kellhomx fidi fija. Jien plejer li neħtieġ din il-fidi u għalhekk mort ma' Arsenal."[33] Diversi plejers ta' Real Madrid ma' kienux kuntenti minħabba t-tluq ta' Özil, speċjalment Ronaldo li qal: "Hu kien l-aħjar plejer li kien jaf il-passi tiegħi quddiem il-lasta...jien irrabjat minħabba t-tluq ta' Özil."[34]
Staġun 2013–14
immodifikaFl-14 ta' Settembru 2013, Özil għamel id-debutt tiegħu għal Arsenal f'logħba tal-kampjonat kontra Sunderland.[35] L-ewwel assist tiegħu fil-Premier League waslet meta assista l-gowl ta' Olivier Giroud fil-11-il minuta tal-logħba. Tlett ijiem wara, hu għamel id-debutt fiċ-Champions League għal Arsenal kontra Marseille.[36] Özil għamel id-debutt fl-Emirates Stadium kontra Stoke City f'rebħa ta' 3–1. Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Arsenal f'rebħa ta' 2–0 kontra Napoli fiċ-Champions League.[37]
Karriera internazzjonali
immodifikaBidu
immodifikaFl-intervista mar-rivista FourFourTwo, Özil tkellem dwar l-għażla tiegħu li jilagħab għat-tim nazzjonali Ġermaniż: "Jiena t-tielet ġenerazzjoni fil-Ġermanja: missieri kiber hawn. It-Turkija dejjem se tkun pajjiż speċjali għalija imma jien m'għandix dubju fid-deċiżjoni tiegħi li nilagħab għall-Ġermanja. Jien bdejt nilagħab fit-timijiet taż-żgħażagħ tal-Ġermanja."[38]
F'Settembru 2006, Özil kien imsejjaħ għat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt is-17-il sena. Özil kien membru wkoll tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena sa mill-2007. Fid-29 ta' Ġunju 2009, Özil ġie magħżul ir-raġel tal-partita f'rebħa ta' 4–0 kontra l-Ingilterra matul il-finali tal-Kampjonati Ewropej ta' Taħt il-21 sena.
Huwa għamel id-debutt tiegħu għat-tim nazzjonali tal-kbar matul logħba ta' ħbiberija kontra n-Norveġja fil-11 ta' Frar 2009. Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu għat-tim tal-kbar fit-tielet dehra tiegħu, f'logħba ta' ħbiberija oħra kontra l-Afrika t'Isfel fil-5 ta' Settembru ġewwa l-BayArena, f'Leverkusen.
Fil-livell individwali, Özil ġie premjat għall-logħob pendenti tiegħu fil-Bundesliga fl-ewwel leg tal-istaġun 2009.[39]
Tazza tad-Dinja 2010
immodifikaÖzil kien magħżul għall-iskwadra Ġermaniża għat-Tazza tad-Dinja 2010 fl-Afrika t'Isfel, hu beda mal-ewwel ħdax fil-logħbiet kollha tat-tim. Özil provda assist għal gowl ta' Cacau f'rebħa ta' 4–0 kontra l-Awstralja fl-ewwel logħba tal-grupp. Hu skorja b'siequ x-xellugija mit-tarf tal-kaxxa kontra l-Gana fil-logħba finali tal-grupp, fl-istess ħin ħarġu rebbieħa ta' Grupp D, b'sitt punti miksuba[40]
Fis-27 ta' Ġunju 2010, Özil lagħab kontra l-Ingilterra f'logħba tal-aħħar 16, huwa ħadem l-aħħar gowl billi provda kross lil Thomas Müller fejn il-Ġermanja ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 4–1.[41] Matul il-logħba tal-kwarti tal-finali kontra l-Arġentina, hu assista t-tieni gowl għal Miroslav Klose biex b'hekk il-Ġermanja ssiġillaw rebħa oħra ta' 4–0. Il-FIFA ħabbret li kien fost l-għaxar plejers tat-turnament nominati għall-Ballun tad-Deheb.
Kampjonati Ewropej 2012
immodifikaÖzil kien wieħed mill-forzi ewlenin tal-kwalifikazzjoni tal-Ġermanja għall-Kampjonati Ewropej 2012, billi skorja ħames darbiet matul il-kampanja hekk kif il-Ġermanja rebħet 10 minn 10 logħbiet tal-grupp.[42] Özil ikkonferma wkoll ir-reputazzjoni tiegħu bħala plejer li jippassja spiss, hekk kif hu provda seba assisti, aktar minn kull plejer internazzjonali Ewropej matul il-kwalifikazzjoni.[43][44] Meta ġie mistoqsi dwar l-opportunitajiet tat-tim tiegħu għal dan it-turnew, Özil qal, "Aħna għandna l-potenzjal li negħlbu l-kullħadd u għandna dak li hemm bżonn biex nirbħu t-titolu."[45]
Fid-29 ta' Frar 2012, Özil kien ġie rikonoxxut bħala l-aqwa Ġermaniż internazzjonali tas-sena għal 2011 matul il-ftuħ ta' logħba ta' ħbiberija kontra Franza ġewwa Bremen.[46][47] Il-Ġermanja ta' Özil kienet abbozzata mal-Olanda, mad-Danimarka u mal-Portugall fi Grupp B tal-Kampjonati Ewropej 2012, b'mod wiesa kien magħruf il-"Grupp tal-Mewt".[48] Minħabba l-prestazzjoni tajba tiegħu f'dan it-turnew, hu kiseb żewġ Premji tal-Carlsberg Man of the Match.
Statistika
immodifikaKlabb
immodifikaAġġornata fid-19 ta' Settembru 2013
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazzaa | Tazza tal-kampjonatb | Ewropa | Oħrajnc | Total | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Diviżjoni | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Schalke 04 | 2006–07[49] | Fußball-Bundesliga | 19 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 1d | 0 | — | 23 | 0 | |
2007–08[50] | Fußball-Bundesliga | 11 | 0 | 1 | 1 | 0 | 0 | 4e | 0 | — | 16 | 0 | ||
Total | 30 | 0 | 2 | 1 | 2 | 0 | 5 | 0 | — | 39 | 1 | |||
Werder Bremen | 2007–08[50] | Fußball-Bundesliga | 12 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2d | 0 | — | 14 | 1 | |
2008–09[51] | Fußball-Bundesliga | 28 | 3 | 5 | 2 | — | 14ed | 0 | — | 47 | 5 | |||
2009–10[52] | Fußball-Bundesliga | 31 | 9 | 5 | 0 | — | 8f | 0 | — | 44 | 11 | |||
2010–11[53] | Fußball-Bundesliga | 0 | 0 | 1 | 0 | — | 0 | 0 | — | 1 | 0 | |||
Total | 71 | 13 | 11 | 2 | 0 | 0 | 24 | 2 | — | 106 | 17 | |||
Real Madrid | 2010–11[53] | La Liga | 36 | 6 | 6 | 3 | — | 11e | 1 | — | 53 | 10 | ||
2011–12[54] | La Liga | 35 | 4 | 5 | 0 | — | 10e | 2 | 2 | 1 | 52 | 7 | ||
2012–13[55] | La Liga | 32 | 9 | 8 | 0 | — | 10e | 1 | 2 | 0 | 52 | 10 | ||
2013–14[56] | La Liga | 2 | 0 | 0 | 0 | — | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | ||
Total | 105 | 19 | 19 | 3 | — | 31 | 4 | 4 | 1 | 159 | 27 | |||
Arsenal | 2013–14[56] | Premier League | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1e | 0 | — | 2 | 0 | |
Total | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | — | 2 | 0 | |||
Total tal-karriera | 207 | 32 | 32 | 6 | 2 | 0 | 61 | 6 | 4 | 1 | 306 | 45 |
aInklużi l-logħbiet tad-DFB-Pokal, tal-Copa del Rey, u tal-FA Cup.
bInklużi l-logħbiet tad-DFB-Ligapokal u tal-League Cup.
cInklużi l-logħbiet tas-Supercopa de España.
dApparenzi fit-Tazza UEFA
eApparenzi fil-UEFA Champions League
fApparenzi fil-UEFA Europa League
Gowls internazzjonali
immodifika# | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | 5 ta' Settembru 2009 | BayArena, Leverkusen, Ġermanja | Afrika t'Isfel | 2–0 | 2–0 | Logħba ta' ħbiberija |
2 | 23 ta' Ġunju 2010 | Soccer City, Johannesburg, Afrika t'Isfel | Gana | 0–1 | 0–1 | Tazza tad-Dinja 2010 |
3 | 8 ta' Ottubru 2010 | Olympic Stadium, Berlin, Ġermanja | Turkija | 2–0 | 3–0 | Kwal Kampjonati Ewropej 2012 |
4 | 7 ta' Ġunju 2011 | Tofiq Bahramov Stadium, Baku, Ażerbajġan | Ażerbajġan | 0–1 | 1–3 | Kwal Kampjonati Ewropej 2012 |
5 | 2 ta' Settembru 2011 | Veltins-Arena, Gelsenkirchen, Ġermanja | Awstrija | 2–0 | 6–2 | Kwal Kampjonati Ewropej 2012 |
6 | 2 ta' Settembru 2011 | Veltins-Arena, Gelsenkirchen, Ġermanja | Awstrija | 4–1 | 6–2 | Kwal Kampjonati Ewropej 2012 |
7 | 11 ta' Ottubru 2011 | Esprit Arena, Düsseldorf, Ġermanja | Belġju | 1–0 | 3–1 | Kwal Kampjonati Ewropej 2012 |
8 | 15 ta' Novembru 2011 | Volksparkstadion, Amburgu, Ġermanja | Netherlands | 3–0 | 3–0 | Logħba ta' ħbiberija |
9 | 28 ta' Ġunju 2012 | National Stadium, Varsavja, Polonja | Italja | 1–2 (pen.) | 1–2 | Kampjonati Ewropej 2012 |
10. | 7 ta' Settembru 2012 | AWD-Arena, Hanover, Ġermanja | Gżejjer Faroe | 2–0 | 3–0 | Kwal Tazza tad-Dinja 2014 |
11. | 7 ta' Settembru 2012 | AWD-Arena, Hanover, Ġermanja | Gżejjer Faroe | 3–0 | 3–0 | Kwal Tazza tad-Dinja 2014 |
12. | 11 ta' Settembru 2012 | Ernst-Happel-Stadion, Vjenna, Awstrija | Awstrija | 2–0 (pen.) | 2–1 | Kwal Tazza tad-Dinja 2014 |
13. | 12 ta' Ottubru 2012 | Aviva Stadium, Dublin, Irlanda | Irlanda | 3–0 (pen.) | 6–1 | Kwal Tazza tad-Dinja 2014 |
14. | 16 ta' Ottubru 2012 | Olympic Stadium, Berlin, Ġermanja | Żvezja | 4–0 | 4–4 | Kwal Tazza tad-Dinja 2014 |
15. | 10 ta' Settembru 2013 | Tórsvøllur, Tórshavn, Gżejjer Faroe | Gżejjer Faroe | 2–0 (pen.) | 3–0 | Kwal Tazza tad-Dinja 2014 |
Statistika korretta sal-10 ta' Settembru 2013 |
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Bundesliga 2ni post: 2006–07
- DFB-Ligapokal Finalisti: 2007
- DFB-Pokal; 2008–09; Finalisti: 2009–10
- Tazza UEFA Finalisti: 2008–09
- La Liga: 2011–12; 2ni post: 2010–11, 2012–13
- Copa del Rey: 2010–11; 2ni post: 2012–13
- Supercopa de España: 2012; 2ni post: 2011
Pajjiż
immodifikaIndividwali
immodifika- Finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol U21 2009 – Raġel tal-Partita.
- Tazza tad-Dinja 2010 – Plejer bl-aktar assisti (3, flimkien ma' Thomas Müller, Bastian Schweinsteiger, Kaká, u Dirk Kuyt)
- Kampjonati Ewropej 2012 – Raġel tal-Partita (Ġermanja vs Portugall, Ġermanja vs Greċja)
- Tim tat-Turnew tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol: 2012
- Tim tas-Sena tal-UEFA: 2012
Referenzi
immodifika- ^ "FIFA World Cup South Africa 2010 – List of Players" (PDF) (bl-Ingliż). Fédération Internationale de Football Association (FIFA). p. 11. Miġbur 2013-09-02. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|1=
(għajnuna) - ^ "Real Madrid CF – Official Web Site – Mesut Özil" (bl-Ingliż). Realmadrid.com. Miġbur 2012-07-11.
- ^ "DFB – Deutscher Fußball-Bund e.V. – Team – Mesut Özil Profile" (bl-Ingliż). Dfb.de. Miġbur 2012-07-11.
- ^ "Spanish La Liga" (bl-Ingliż). ESPN Soccernat. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-18. Miġbur 2012-05-13.
- ^ "The top 10 assists leaders in Europe for 2010⁄11". imscouting.com (bl-Ingliż). 2011-05-30. Miġbur 2012-05-13.
- ^ "23 Mesut Özil". transfermarkt.de (bil-Ġermaniż). Miġbur 2010-10-04.
- ^ "Mesut Oezil: A gift for German Football". 4to40.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-07. Miġbur 2010-11-09.
- ^ a b Shapland, Dave (2009-11-28). "Bundesliga player profile – Mesut Ozil, Werder Bremen". adifferentleague.co.uk (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-19. Miġbur 2010-11-09.
- ^ "Mesut Özil to Play for Real Madrid" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2010-08-17.
- ^ "Real Madrid confirm signing of Germany star Mesut Ozil" (bl-Ingliż). BBC sport. 2010-08-17. Miġbur 2010-08-17.
- ^ "Mesut Ozil Interview: Real Madrid's new star". soccernet.com (bl-Ingliż). 2010-09-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-18. Miġbur 2012-04-22.
- ^ Madden, Paul (2010-08-22). "Hercules 1–3 Real Madrid: Benzema Brace Seals Friendly Triumph" (bl-Ingliż). Goal.com. Miġbur 2010-08-23.
- ^ "Report: The Whites make their debut in the 2010/11 edition of La Liga" (bl-Ingliż). Real Madrid. 2010-08-29. Miġbur 2010-09-16.
- ^ "Report: The Whites earn a victory in their Champions League debut" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2010-09-15. Miġbur 2010-09-16.
- ^ Lutz, Tom (2010-10-19). "Real Madrid v Milan – as it happened" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2010-10-20.
- ^ "Praise for Mesut Ozil" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2010-09-13. Miġbur 2010-10-04.
- ^ "Ozil's magic amazes the entire planet" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2011-03-07. Miġbur 2011-03-07.
- ^ "Mesut Ozil To Wear No.10 Shirt For Real Madrid in 2011–12" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-07-23. Miġbur 2011-07-31.
- ^ "Real Madrid 2–2 Barcelona: All-square in thrilling Supercopa contest" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-08-14. Miġbur 2011-11-28.
- ^ "Barcelona 3–2 Real Madrid (Agg. 5–4): Lionel Messi brace wins Supercopa amid violent scenes at Camp Nou" (bl-Ingliż). Goal.com. 2011-09-17. Miġbur 2011-08-28.
- ^ "Ozil: "I'd like to end my career at Real Madrid"" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2012-02-02. Miġbur 2012-02-02.
- ^ "La Liga Scorerpoints". transfermarkt.co.uk (bl-Ingliż). 2012-05-23. Miġbur 2012-05-23.
- ^ "Ton-up Real set new landmark" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2012-05-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-13. Miġbur 2012-05-13.
- ^ "Iniesta, Messi, Ronaldo up for Best Player Award". UEFA (bl-Ingliż). 2012-08-14. Miġbur 2012-08-19.
- ^ "Mesut Ozil reiterates happiness" (bl-Ingliż). ESPN. 2012-10-11. Miġbur 2012-10-12.
- ^ "Ronaldo, Messi share spoils in draw" (bl-Ingliż). ESPN FC. 2012-10-07. Miġbur 2012-10-16.
- ^ Lowe, Sid (2012-11-06). "Mesut Ozil saves Real Madrid with late goal against Borussia Dortmund" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2012-11-09.
- ^ "Ozil to the rescue after Real hit by brace from former Man United flop Manucho" (bl-Ingliż). dailymail.co.uk. 2012-12-08. Miġbur 2012-12-14.
- ^ "German international Ozil joins Arsenal" (bl-Ingliż). Arsenal FC. 2013-09-02. Miġbur 2013-09-02.
- ^ Ornstein, David (2013-09-02). "Mesut Ozil: Arsenal sign Real Madrid midfielder for £42.4m" (bl-Ingliż). BBC. Miġbur 2013-09-04.
- ^ "Arsenal smash club record to sign Mesut Ozil" (bl-Ingliż). The Guardian. 2013-09-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-09-27. Miġbur 2013-09-04.
- ^ Whitwell, Laurie (2013-09-03). "Did Real Madrid 'bully' Ozil into joining Arsenal? Claims in Germany suggest £42.5m record signing was forced into move" (bl-Ingliż). DailyMail. Miġbur 2013-09-03.
- ^ Olley, James (2013-09-03). "'With Arsene Wenger's belief I can get even better' - Mesut Ozil" (bl-Ingliż). Londra: Evening Standard. Miġbur 2013-09-03.
- ^ Whitwell, Laurie (2013-09-04). "Cristiano Ronaldo angry at Mesut Ozil transfer from Real Madrid to Arsenal" (bl-Ingliż). Dailymail.co.uk. Miġbur 2013-09-04.
- ^ "Sunderland 1-3 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2013-09-14. Miġbur 2013-09-14.
- ^ Magowan, Alistair (2013-09-18). "Marseille 1-2 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2013-09-27.
- ^ "Arsenal 2-0 Napoli - Match Report" (bl-Ingliż). arsenal.com. 2013-10-01. Miġbur 2013-10-02.
- ^ "Ozil – Q&A – Interviews" (bl-Ingliż). FourFourTwo. 2010-06-11. Miġbur 2012-04-22.
- ^ "Mesut Özil" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. Miġbur 2012-04-27.
- ^ Stevenson, Jonathan (2010-06-23). "Ghana 0–1 Germany" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2010-06-30.
- ^ McNulty, Phil (2010-06-27). "Germany 4–1 England" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2010-06-27.
- ^ "Germany stroll past Austria to reach EURO 2012" (bl-Ingliż). UEFA. 2011-09-02. Miġbur 2011-09-04.
- ^ "Die Top-Elf der EM-Qualifikation". Sportal.de (bil-Ġermaniż). 2011-10-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-14. Miġbur 2011-10-19.
- ^ "Statistics". UEFA. Miġbur 2012-05-13.
- ^ "Ozil to receive German POTY award". soccernet.com. 2012-02-28. Miġbur 2012-04-22.
- ^ "Fan Club wählt Mesut Özil zum "Nationalspieler des Jahres"" (bil-Ġermaniż). DFB. 2012-01-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-08. Miġbur 2013-09-20.
- ^ "Ozil to receive German POTY award". espnsoccernet.com (bl-Ingliż). Miġbur 2012-03-06.
- ^ "Netherlands, Germany drawn in Euro "Group of Death"" (bl-Ingliż). foxnews.com. 2011-12-02. Miġbur 2012-04-22.
- ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
- ^ a b "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
- ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
- ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
- ^ a b "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
- ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
- ^ "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
- ^ a b "Mesut Özil - Performance data". Transfermarkt. Miġbur 2013-09-17.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mesut Özil |
- Mesut Özil fuq Soccerbase
- (DE) Mesut Özil fuq fussballdaten.de
- Mesut Özil – rekord fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA (arkivju)
- Mesut Özil – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Mesut Özil fuq National-Football-Teams.com