Ludwig van Beethoven

(Rindirizzat minn Ludwig Van Beethoven)

Ludwig van Beethoven (pronunzjata /luːtvɪç fan ˈbeːthoːfn/; Bonn, 17 ta' Diċembru 1770Vjenna, 26 ta' Marzu 1827) kien kompożitur Ġermaniż li x-xogħol tiegħu jinfirex mill-perjodu klassiku sal-bidu tar-Romantiċiżmu.

Ludwig van Beethoven

Ludwig van Beethoven jaħdem fuq il-Missa Solemnis, pittura ta' Joseph Karl Stieler, 1820.
Ħajja
Twelid Bonn, 16 Diċembru 1770, 17 Diċembru 1770, 1770
Nazzjonalità Electorate of Cologne (en) Translate
Imperu Awstrijak
Residenza Beethoven House (en) Translate
Grupp etniku Ġermaniżi
Flemish people (en) Translate
L-ewwel lingwa Ġermaniż
Mewt Vjenna, 26 Marzu 1827
Post tad-dfin Ċimiterju Ċentrali ta' Vjenna
Q38103979 Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (ċirrożi)
Familja
Missier Johann van Beethoven
Omm Maria Magdalena van Beethoven
Konjuga/i Not married
Ulied
uri
  • no value
Aħwa
Familja
Edukazzjoni
Lingwi Ġermaniż
Għalliema Christian Gottlob Neefe (mul) Translate
Joseph Haydn
Antonio Salieri
Johann Baptist Schenk (mul) Translate
Johann Georg Albrechtsberger (mul) Translate
Gilles van der Eeden (en) Translate
Muzio Clementi (mul) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
pjanist
surmast tal-orkestra
għalliem tal-mużika
organist
virtuoso
improvviżatur
vjolinist
kittieb
Post tax-xogħol Bonn
Vjenna
Mödling
Baden
Xogħlijiet importanti Für Elise
Symphony No. 9 (en) Translate
Piano Sonata No. 14 (en) Translate
Missa Solemnis
Piano Sonata No. 8 (en) Translate
Symphony No. 5 (en) Translate
Symphony No. 6 (en) Translate
Piano Sonata No. 21 (en) Translate
Piano Sonata No. 23 (en) Translate
Violin Sonata No. 9 (en) Translate
Symphony No. 3 (en) Translate
Fidelio
Premjijiet
List
Influwenzat minn Johann Joseph Fux (mul) Translate
Johann Sebastian Bach
Joseph Haydn
Wolfgang Amadeus Mozart
Sħubija Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen
Moviment perjodu klassiku
mużika romantika
Strument/i tal-mużika pjanu
vjolin

 Kollox jgħaddi u d-dinja tmut, imma s-Sinfonija nru. 9 tibqa' għal dejjem. 

Bħala l-aħħar rappreżentant tal-klassiċiżmu Vjenniż (wara Gluck, Haydn u Mozart), Beethoven ħejja t-triq għall-evoluzzjoni lejn ir-Romantiċizmu fil-mużika u influwenza l-mużika tal-Punent matul parti kbira tas-seklu 19. Kien inkomparabbli ("Tagħtini l-impressjoni li inti bniedem b'ħafna mħuħ, ħafna qlub u ħafna rwieħ" qallu Haydn qrib l-1793)[1] u esprima l-arti tiegħu fil-forom kollha tal-mużika. Minkejja li l-mużika sinfonika kienet il-kawża prinċipali tal-popularità universali tiegħu, kienet il-kitba pjanistika u l-musica da camera li għamlu l-ikbar impatt.

Bil-qawwa tar-rieda tiegħu rebaħ fuq it-tiġrib li ġabitlu t-traġedja tat-truxija u ċċelebra fil-mużika tiegħu t-trijonf tal-eroiżmu u l-ferħ waqt li d-destin tah biss iżolament u miżerja. Għaldaqstant, kien tassew jistħoqqlu t-tifħir ta' Romain Rolland meta dan tal-aħħar wasal biex qal: "Hu l-aqwa fost l-aqwa mużiċisti. Hu l-forza l-iżjed erojka fl-arti moderna".[2] Ix-xogħlijiet ta' Beethoven, li għalih il-kreazzjoni mużikali kienet att ta' bniedem ħieles u independenti, u espressjoni ta' ottimiżmu u ta' fiduċja soda fil-bniedem, jagħmluh wieħed mill-figuri l-iżjed importanti fl-istorja tal-mużika.

Bijografija

immodifika

1770-1792: Ifeġġ il-ġenju

immodifika

Oriġni u tfulija

immodifika
 
Johann van Beethoven u Maria-Magdalena Keverich, il-ġenituri ta' Beethoven.

Ludwig van Beethoven twieled Bonn fis-16 ta' Diċembru jew fis-17 ta' Diċembru 1770,[3] minn familja umli li kellha tradizzjoni mużikali ta' mill-inqas żewġ ġenerazzjonijiet. Nannuh min-naħa ta' missieru, Ludwig van Beethoven ix-xiħ (1712-1773), kien ġej minn familja ordinarja Fjamminga minn Mechelen (il-partiċella "van" m'għandhiex x'taqsam man-nobbiltà).[4] Dan kien raġel rispettat u mużiċista tajjeb li mar joqgħod Bonn fl-1732 u sar Maestro di Cappella tal-Prinċep-Elettur ta' Kolonja. Missieru, Johann van Beethoven (1740-1792), kien mużiċista u tenur fil-Qorti tal-Elettur, bniedem medjokri, kiefer u magħruf bħala xurban, li rabba 'l-uliedu taħt dixxiplina kbira. Ommu, Maria-Magdalena van Beethoven, imwielda Keverich (1746-1787), kienet bint kok tal-Elettur ta' Trier. Kienet mara qalba tajba imma depressiva, maħbuba minn uliedha imma dejjem tibqa' lura. Ludwig kien wieħed fost seba' wlied li minnhom tlieta biss laħqu l-età adulta: hu stess, u ż-żewg ħutu iżgħar minnu, Kaspar-Karl (1774-1815) u Johann (1776-1848).[5]

Johann van Beethoven ma damx ma ntebaħ bid-don mużikali ta' ibnu u induna kemm seta' jaqla' minnu. Ftakar fiċ-ċkejken Mozart, muri f'kunċerti madwar l-Ewropa xi ħmistax-il sena qabel, u mill-1775 ħa l-edukazzjoni mużikali ta' Ludwig f'idejh biex fl-1778 ħadu jdoqq il-pjanu quddiem udjenzi mar-Rheinland kollha, minn Bonn sa Kolonja. Imma għall-kuntrarju ta' Léopold Mozart, minflok ma pprova juża l-pedagoġija ma' ibnu, Johann van Beethoven kien kapaċi biss juża l-awtortità u l-ħruxija u din l-esperjenza sfat bla frott u ma ttennitx darba oħra, ħlief dawra waħda fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-1781.[6] Flimkien ma' edukazzjoni ġenerali, li kien jafha fil-parti kbira lill-benevolenza tal-familja von Breuning u lill-ħbiberija mat-tabib Franz-Gerhard Wegeler, li baqgħet għal ħajtu kollha, it-tfajjel Ludwig sar l-istudent ta' Christian Gottlob Neefe (pjanu, orgni, kompożizzjoni), u bejn l-1782 u l-1783 ikkompona għall-pjanu, id-Disa' Varjazzjonijiet fuq marċ ta' Dressler,[7] u t-tliet Sonatini msejħa "lill-Elettur" li mmarkaw simbolikament il-bidu tax-xogħol mużikali tiegħu.

Patrunaġġ ta' Waldstein u l-laqgħa ma' Haydn

immodifika
 
Ittra ta' Waldstein lil Beethoven, Ottubru 1792: "Irċievi minn idejn Haydn l-ispirtu ta' Mozart"

Fl-1784, Beethoven nħatar organista fil-Qorti tal-Elettur il-ġdid Max-Franz li sar il-patrun tiegħu. Hemm induna bih il-Konti Ferdinand von Waldstein li l-għajnuna tiegħu kienet kruċjali għall-mużiċista żagħżugħ. Ħa 'l Beethoven Vjenna għall-ewwel darba f'April 1787, u fiż-żjara kellu laqgħa qasira ma' Mozart.[8] F'Lulju 1792, von Waldstein ippreżenta ż-żagħżugħ Ludwig lil Joseph Haydn li kien għadu ġej minn dawra mal-Ingilterra u waqaf Bonn. Haydn impressjona ruħu ħafna meta qara l-mużika ta' kantata komposta minn Beethoven (jew Nhar il-mewt ta' Ġużeppi II jew Nhar il-miġja ta' Leopoldu II) u stiednu jkompli jistudja Vjenna taħt id-direzzjoni tiegħu. Beethoven kien jaf li l-opportunità li jitgħallem taħt mużiċista tal-fama ta' Haydn ma kinitx ta' min jitlifha, u fl-istess ħin kważi ma kienx għad baqagħlu aktar irbit mal-familja (ommu kienet mietet bit-tuberkulożi f'Lulju 1787, u missieru kien dejjem fis-sakra u ma kienx kapaċi jmantni l-familja). Għalhekk Beethoven aċċetta u fit-2 ta' Novembru 1792 telaq ir-Renu u qatt ma reġa' lura. Waldstein (Novembru 1792) kien qallu hekk:

"Għażiż Beethoven, ħa tmur Vjenna biex twettaq ix-xewqa ta' żmien ilu: il-ġenju ta' Mozart għadu bil-vistu u jibki l-mewt tad-dixxiplu tiegħu. Fl-ineżawribbli Haydn sab il-kenn, imma ma sabx daru; hu għadu jixtieq jingħaqad ma' xi ħadd. Bil-ħidma bla waqfien, irċievi minn idejn Haydn l-ispirtu ta' Mozart".[9]

1792-1802: Minn Vjenna għal Heiligenstadt

immodifika

L-ewwel snin fi Vjenna

immodifika
 
Joseph Haydn (1732-1809) kien l-għalliem ta' Beethoven mill-1792 sal-1794. Minkejja li r-relazzjonijiet bejniethom kienu xi kultant ikunu diffiċli, it-tnejn li huma wrew stima kbira lil xulxin.
 
It-Theater an der Wien, post importanti tal-ħajja mużikali ta' Vjenna fil-bidu tas-seklu 19, li ra l-ħolqien ta' bosta xogħlijiet kbar ta' Beethoven fosthom Fidelio u l-Ħames sinfonija.

Fl-aħħar tas-seklu 18, Vjenna kienet il-kapitali tal-mużika Oċċidentali u kienet tirrapreżenta l-aħjar ċans biex wieħed jirnexxi fil-karriera mużikali. Meta wasal hemm fl-età ta' 22 sena, kien diġà kkompona ħafna, però fil-verità l-ebda waħda mill-kompożizzjonijiet sa dak iż-żmien kienet imporanti wisq, u kien għadu lura milli jilħaq il-maturità artistika. Dan jiddistingwih fundamentalment minn Mozart. Fil-fatt kien bħala pjanista "virtuoso" li xtaq isir famuż, qabel ma jagħmel isem bħala kompożitur. Rigward it-tagħlim minn Haydn, minkejja li kien mill-aktar prestiġjuż, kien ukoll diżappuntat minn xi aspetti. Minn naħa minnhom, Beethoven malajr daħħalaha f'rasu li l-għalliem tiegħu kien jgħir għalih, waqt li min-naħa l-oħra Haydn ma damx ma beda jiddejjaq bin-nuqqas ta' dixxiplina u l-awdaċja mużikali tal-istudent tiegħu. Minkejja l-istima li kellhom lejn xulxin, imfakkra bosta drabi, "missier is-sinfonija" qatt ma kellu ma' Beethoven l-istess ħbiberija profonda li kellu ma' Mozart, ħbiberija li wasslet għat-twelid ta' emulazzjoni li tat ħafna frott. Haydn, lejn l-1793 qallu:

"Int għandek ħafna talent u tikseb iżjed il-quddiem, ħafna iżjed. Għandek abbundanza ineżawribbli ta' ispirazzjoni. Int se jkollok ideat li għad ħadd ma kellu, u qatt m'inti se tissagrifika l-ideat tiegħek għal xi regola tiranika, imma se tissagrifika r-regoli tiraniċi għall-fantasiji tiegħek; tagħtini l-impressjoni li inti bniedem b'ħafna mħuħ, ħafna qlub u ħafna rwieħ." [1]

Matul dan iż-żmien Haydn kellu influwenza profonda u twila fuq ix-xogħol ta' Beethoven, u iżjed tard dan kien se jirrikonoxxi dak li kien jaf lill-għalliem tiegħu. Wara li Haydn reġa' mar Londra (Jannar 1794), Beethoven kompla l-istudji tiegħu sporadikament sal-bidu tal-1795 ma' bosta għalliema oħra fosthom il-kompożitur Johann Schenk u tnejn oħra mill-epoka Mozartina: Johann Georg Albrechtsberger u Antonio Salieri. Meta temm l-apprentistat tiegħu, Beethoven iddeċieda li jibqa' Vjenna. It-talenti tiegħu bħala pjanista għamluh magħruf u apprezzat mid-dilettanti tal-mużika tal-aristokrazija Vjenniża li fosthom insibu bosta ismijiet li baqgħu sal-lum marbutin mad-dedikazzjonijiet ta' ħafna mill-kapulavuri tiegħu, bħall-Baruni Nikolaus Zmeskall, il-Prinċep Carl Lichnowsky, il-Konti Andrei Razumovsky, il-Prinċep Joseph Franz von Lobkowitz, u aktar tard l-Arċiduka Rodolfu tal-Awstrija. Wara li ppublika l-ewwel tliet trii tiegħu għall-pjanu, vjolin u vjolinċell, taħt in-numru opus 1, imbagħad l-ewwel Sonati għall-pjanu tiegħu, Beethoven ta l-ewwel kunċert pubbliku fid-29 ta' Marzu 1795, fejn daqq il-kreazzjoni tiegħu Kunċert għall-pjanu nru. 2 (li fil-fatt kien ikkompona l-ewwel meta kien għadu Bonn).

L-aqwa virtuoso ta' Vjenna

immodifika
 
Beethoven lejn l-1800. It-talenti tiegħu ta' improviżatur u virtuoso fuq il-pjanu ġew murija lill-pubbliku Vjenniż.
Pittura ta' C.T. Riedel, 1801

Fl-1796 Beethoven għamel sensiela ta' kunċerti li ħaduh minn Vjenna sa Berlin u għadda minn Dresden, Leipzig, Nuremberga u Praga. Waqt li l-pubbliku faħħar il-virtuosità u l-ispirazzjoni tiegħu fuq il-pjanu, il-kritiċi l-iżjed konservazzjonisti laqgħu l-entużjażmu tiegħu b'ċertu xettiċiżmu.[10]

Il-qari tal-klassiċi Griegi, ta' Shakespeare u tal-mexxejja tal-moviment politiku-letterarju Sturm und Drang li kienu Goethe u Schiller, xaqleb it-temperament tal-mużiċista b'mod permanenti lejn l-idealiżmu. Dan l-idealiżmu kien imsaħħaħ ukoll mill-ideat demokratiċi tal-Illuminiżmu u r-Rivoluzzjoni Franċiża li dak iż-żmien kienu nfirxu mal-Ewropa. Fl-1798 Beethoven kien sikwit iżur l-ambaxxata ta' Franza fi Vjenna fejn iltaqa' ma' Bernadotte u mal-vjolinista Rodolphe Kreutzer, li fl-1803 iddedikalu is-Sonata għall-vjolin nru. 9 li ġġib ismu. Waqt li l-attività kreattiva tiegħu intensifikat (kompożizzjoni tas-Sonati għall-pjanu, Sonata għall-pjanu nru. 5 sa Sonata għall-pjanu nru. 7, l-ewwel Sonati għall-vjolin u pjanu), sa madwar l-1800, il-kompożitur kien għadu jieħu sehem fil-konkorsi mużikali li kienu popolari ħafna fis-soċjetà Vjenniża u li għamluh l-aqwa virtuoso ta' Vjenna, għad-detriment għal pjanisti ta' fama bħal Clementi, Cramer, Gelinek, Hummel u Steibelt.

L-aħħar tas-snin 1790 kien ukoll l-epoka tal-ewwel kapulavuri: l-Kunċert għall-pjanu nru. 1 (1798), l-ewwel sitt kwartetti għall-arki (1798-1800), is-Settett għall-arki u nifsijiet (1799-1800) u fix-xogħlijiet li jaffermaw bl-iżjed mod ċar il-karattru tal-mużiċista li kien qiegħed jissawwar: is-Sonata għall-pjanu nru. 8 (msejħa Patetika) (1798-1799) u s-Sinfonija nru. 1 (1800). Minkejja li l-influwenza tal-aħħar sinfoniji ta' Haydn kienet għadha tidher ċara fihom, din tal-aħħar kienet diġà stampata bil-karattru Beethovenjan (b'mod partikulari fl-ischerzo tat-tielet moviment) u diġà kien hemm fiha ż-żerriegħa tal-wegħda ta' suċċessi ikbar. L-Ewwel Kunċert u L-Ewwel Sinfonija indaqqu b'suċċess kbir fit-2 ta' April f'kunċert li Beethoven iddedika għax-xogħlijiet tiegħu. Bl-għajnuna tar-renti li kienu jtuh il-patruni tiegħu, Beethoven, li l-fama tiegħu kienet qiegħda tikber anki barra mill-fruntieri tal-Awstrija, kien jidher f'dak il-mument ta' ħajtu li kien garantit ħajja fil-karriera ta' kompożitur u interpretu glorjuż tal-mużika.

Czerny, lejn l-1840 qal:

"L-improviżazzjoni tiegħu ma setgħetx tkun iżjed brillanti u tal-għaġeb; f'xi laqgħat li daqq għalihom, tant impressjona 'l kull wieħed mis-semmiegħa li ħafna drabi għajnejhom kienu jimtlew bid-dmugħ, u xi wħud kienu jinfaqgħu jibku. Kellu fl-espressjoni tiegħu xi ħaġa meraviljuża, independentament mis-sbuħija u l-oriġinalità tal-ideat tiegħu u l-mod inġenjuż kif kien idoqqhom."[11]

Bejn is-sekli

immodifika
 
L-ewwel paġna tal-manuskritt tat-Testment ta' Heiligenstadt, miktub minn Beethoven fis-6 ta' Ottubru 1802. Fih jispjega d-disperazzjoni tiegħu meta beda jittarax u fl-istess ħin ir-rieda li jkompli l-ħidma tiegħu ta' mużiċista.

Is-sena 1802 kellha tkun ta' bidla kbira fil-ħajja tal-kompożitur. Mingħajr ma qal lil ħadd, mill-1796 Beethoven beda jinduna bit-truxija tiegħu, li kienet se tibqa' sejra għall-agħar mingħajr fejqan sakemm fl-1820 ittarrax għal kollox.[12] Għalhekk inqata' min-nies kollha u ngħalaq fis-solitudni minħabba l-biża' li jkollu jammetti fil-pubbliku li kien qiegħed ibati b'din il-marda terribbli. Allura Beethoven ħa l-fama ta' misantropu u sofra din il-fama fis-silenzju sa mewtu.[13] Billi kien jaf l-marda tiegħu kienet xi darba se twaqqfu milli jaħdem bħala pjanista u forsi anki milli jikkomponi, għal mument daħallu f'rasu li joqtol ruħu b'idejh, imma malajr iddispjaċieh, neħħa din l-idea minn moħħu u esprima l-fiduċja fl-arti tiegħu f'ittra li baqgħet tissejjaħ it-Testment ta' Heiligenstadt, li qatt ma ntbagħtet u kien biss wara mewtu li din instabet.

Beethoven fis-6 ta' Ottubru 1802 kiteb:

"Ja nies li taħsbu li jien odjuż, stinat, żorr, jew nippretendi li jien hekk, kemm intom inġusti! Ma tafux ir-raġuni sigrieta li tarawni hekk. […] Kunu afu li sitt snin ilu qabditni din il-marda terribbli, li t-tobba inkompetenti għamlu agħar. Sena wara sena bla tama ta' fejqan, […] kelli ninqata' mill-kumpanija, ngħix waħdi, 'il bogħod mid-dinja. […] Jekk xi darba taqraw dan, imbagħad tindunaw li ma kontux ġusti miegħi, u li l-imdejjaq jissabbar billi jsib xi ħadd ieħor bħalu li minkejja l-ostakli kollha tan-Natura sar fost l-aqwa artisti u nies kbar."[14]

Fortunatament il-vitalità kreattiva tiegħu ma battietx. F'dan il-perjodu ta' kriżi morali, wara l-kompożizzjoni tas-sonata ġentili, Sonata għall-vjolin nru. 5, imsejħa Ir-rebbiegħa (Frühlings, 1800) u tas-Sonata għall-pjanu nru. 14, imsejħa Dawl ta' Qamar (1801), ikkompona s-sinfonija mhux magħrufa wisq, mimlija ferħ, it-Tieni Sinfonija (1801-1802) u l-kunċert iżjed ta' swied il-qalb, il-Kunċert għall-pjanu nru. 3 (1800-1802) fejn feġġet b'mod ċar, permezz tal-kjavi ta' do minuri, il-personalità karatteristika tal-kompożitur.

Fil-5 ta' April 1803, dawn iż-żewġ xogħlijiet intlaqgħu tajjeb, imma għal Beethoven kienet ħa tinqaleb il-folja; minn dak iż-żmien il-karriera tiegħu kienet se tieħu direzzjoni oħra. Miċħud mill-possibbiltà li jesprimi t-talent tiegħu kollu u milli jaqla l-għajxien bħala interpretu tal-mużika, kien sejjer jintefa' b'ruħu u ġismu fuq il-kompożizzjoni b'kuraġġ u qawwa ta' karattru li ħadd ma kien stennihom. Fit-tmiem tal-kriżi tal-1802 feġġ l-eroiżmu trijonfanti tat-Tielet Sinfonija.

Beethoven fl-1802 qal hekk:

"Jien sodisfatt biex xogħol tiegħi sa issa. M'illum irrid niftaħ triq ġdida."[15]

1802-1812: Il-perjodu msejjaħ erojku

immodifika

Mill-Erojka għal Fidelio

immodifika

It-Tielet Sinfonija (l-Erojka), kienet pass importanti fix-xogħol ta' Beethoven, mhux biss minħabba l-qawwa espressiva u t-tul tagħha li sa dak iż-żmien kienet ħaġa ġdida għalih, imma wkoll għax tat il-bidu għal sensiela ta' xogħlijiet brillanti, notevoli għat-tul tagħhom, u l-enerġija tagħhom, karatteristiċi tal-istil tal-perjodu tan-nofs ta' Beethoven, imsejjaħ "stil erojku". Il-kompożitur għall-ewwel kellu l-ħsieb li jiddedika din is-sinfonija lill-Ġeneral Napuljun Bonaparti li kien iqisu bħala s-salvatur tar-Rivoluzzjoni Franċiża.[16] Imma meta sema' bil-proklamazzjoni maħruġa mill-Imperu Franċiż (Mejju 1804), tant irrabja li qatta' d-dedikazzjoni.[17] Fl-aħħar, il-kapulavur ingħata t-titlu ta' Sinfonija Kbira Erojka b'tifkira ta' bniedem kbir. Il-kompożizzjoni tas-sinfonija ħadet mill-1802 sal-1804 u meta nstemgħet fil-pubbliku fis-7 ta' April 1805, qajmet reazzjoni kbira u l-biċċa kbira tan-nies ħasbuha twila wisq. Beethoven ma ħabbilx rasu u qal li din is-sinfonjia jarawha qasira meta jkun ikkompona oħra ta' iżjed minn siegħa,[18] u sal-kompożizzjoni tad-Disa' Sinfonija baqa' jqis l-Erojka bħala l-aħjar sinfonija tiegħu.[19]

Fil-kitba pjanistika, l-istil evolva wkoll: fl-1804 is-Sonata għall-pjanu nru. 21 iddedikata lill-Konti Waldstein u msemmija għalih, laqtet 'il-pjanisti li daqquha bil-virtuosità tagħha u b'kemm kienet teħtieġ mill-istrument. Is-sonata grandjuża Sonata għall-pjanu nru. 23 imsejħa Appassionata (1805), ħarġet mill-istess forma u ftit żmien warajha l-Kunċert Tripplu għall-pjanu, vjolin, vjolinċell u orkestra (1804). F'Lulju tal-1805, il-kompożitur iltaqa' ma' Luigi Cherubini u ma ħebiex l-ammirazzjoni li kellu għalih.

Ta' ħamsa u tletin sena, Beethoven beda jaħdem fil-forma mużikali li għaliha Mozart kien l-iżjed famuż, l-opra lirika. Fl-1801 għoġbu ħafna l-librett Léonore ou l'amour conjugal tal-Franċiż Jean-Nicolas Bouilly, u fl-1803 beda l-abbozz tal-opra Fidelio, li fil-bidu kienet iġġib it-titlu tal-eroina Léonore. Imma kellu xi diffikultajiet li ma stennihomx. Din fil-bidu ma ntgħoġbitx mill-pubbliku (kellha tliet rappreżentazzjonijiet biss fl-1805) u Beethoven beda jaħseb li kien hemm konfoffa kontra tiegħu. Fidelio kellha tgħaddi minn tliet verżjonijiet (1805, 1806 u 1814) u kien biss wara t-tielet waħda li fl-aħħar l-opra kellha r-rikoxximent li xerqilha. Beethoven kien ikkompona xogħol importanti tar-repertorju liriku imma din l-esperjenza ħallietu b'togħma qarsa u qatt ma reġa' ħadem f'dil-forma ta' mużika, allavolja ħaseb fi proġetti oħra, fosthom MacBeth ispirat mix-xogħol ta' Shakespeare[20] u fuq kollox Faust ta' Goethe, fl-aħħar ta' ħajtu.

L-indipendenza stabbilita

immodifika
 
Beethoven lejn l-1804, fl-epoka tas-Sonata Appassionata u ta' Fidelio. Deċiż li jiġġieled kontra d-destin, f'dan il-perjodu li jinfirex mill-1802 sal-1812, ikkompona sensiela ta' xogħlijiet brillanti mimlijin enerġija, karatteristiċi tal-istil erojku tiegħu.

Wara l-1805, minkejja l-problemi ta' Fidelio li tefgħuh lura, il-qagħda ta' Beethoven reġgħet marret għall-aħjar. Reġgħet ġiet lura fih il-vitalità kreattiva, deher li kien aċċetta t-truxija tiegħu u reġa' sab, għall-inqas għal xi żmien, ħajja soċjali sodisfaċenti. Minkejja diżappunt sentimentali ieħor għall-mużiċista fil-ksur tar-relazzjoni intima li kellu ma' Joséphine von Brunsvik, is-snin bejn l-1806 u l-1808 kienu l-iżjed fertili għall-kapulavuri li ħoloq: is-sena 1806 biss rat il-kompożizzjoni tal-Kunċert għall-pjanu nru. 4, ta' tliet kwartetti għall-arki, nru. 7, nru. 8 u nru. 9 iddedikat lill-Konti Razumovsky, tar-Raba' Sinfonija u tal-Kunċert għall-vjolin. Fil-ħarifa ta' dik is-sena Beethoven mar joqgħod mal-patrun tiegħu, il-Prinċep Carl Lichnowsky, fil-palazz tiegħu fis-Sleżja u kien waqt li kien qiegħed hemm li wera bl-iżjed qawwa kemm ried ikun indipendenti. Lichnowsky hedded li jarresta 'l Beethoven jekk dan iwebbes rasu u jirrifjuta li jdoqq il-pjanu quddiem xi uffiċjali Franċiżi li kienu stazzjonati fil-palazz tiegħu (is-Sleżja kienet ilha okkupata mill-armati ta' Napuljun mill-Battalja ta' Austerlitz), u l-kompożitur telaq il-prinċep wara ġlieda vjolenti u bagħatlu nota li m'għandhiex bżonn kummentarju (Ottubru 1806) :

"Prinċep, dak li int, hu b'aċċident tat-twelid. Dak li jien, hu bil-ħila tiegħi. Hemm ħafna prinċpijiet u jkun hemm eluf oħra. Beethoven m'hemmx ħlief wieħed."[21]

Minkejja l-gwaj li ġab fuqu bit-telfa tar-renti mill-patrun ewlieni tiegħu, Beethoven irnexxilu li jistabilixxi ruħu bħala artista independenti u jeħles simbolikament mill-patrunaġġ aristokratiku. Minn hemm l-istil Erojku beda tiela lejn il-quċċata tal-perfezzjoni. Beethoven mexa max-xewqa tiegħu li "jaqbad id-destin minn għonqu" kif qal 'il Wegeler f'Novembru tal-1801[22] u beda jaħdem fuq il-Ħames Sinfonija. Permezz tal-famuż motiv ritmiku ta' erba' noti li jinstema' fl-ewwel battuta u jinfirex max-xogħol kollu, il-mużiċista ried jesprimi t-taqbida tal-bniedem mad-destin u r-rebħa finali tiegħu. L-ouverture Korjolanu, li bħalha hi fuq il-kjavi ta' do minuri, ġejja mill-istess epoka. Imma allavolja kienet komposta fl-istess żmien bħall-Ħames Sinfonija, is-Sinfonija Pastorali hi differenti għal kollox. Michel Lecompte iddeskriviha bħala "l-iżjed serena, l-iżjed mistrieħa, l-iżjed melodika mid-disa' sinfoniji" u fl-istess ħin l-inqas tipika.[23] Hi tislima lin-natura minn kompożitur li kien iħobb ħafna l-kampanja, fejn minn dejjem sab il-kalma u l-ħemda li jispirawh. Din tħabbar verament ir-romantiċiżmu fil-mużika, il-Pastorali għandha bħala sottotitlu din il-frażi ta' Beethoven: "Espressjoni ta' sentiment iżjed minn pittura" u kull moviment fiha għandu indikazzjoni deskrittiva: kienet twieldet is-sinfonija programmatika.

Il-kunċert mogħti minn Beethoven fit-22 ta' Diċembru 1808 kien bla dubju ta' xejn wieħed mill-ikbar fl-istorja (ma' dak tas-7 ta' Mejju 1824). Fih indaqqu għall-ewwel darba l-Ħames Sinfonija, is-Sinfonija pastorali, il-Kunċert għall-pjanu nru. 4, il-Fantasija korali għall-pjanu u orkestra u żewġ innijiet mill-Quddiesa fid-Do maġguri li kien ikkompona għall-Prinċep Esterházy fl-1807.[24] Wara l-mewt ta' Haydn f'Mejju tal-1809, minkejja li kien għad baqa' avversarji determinati, ma kien jinstab ħadd fid-dinja li seta' jikkontesta l-post ta' Beethoven fil-panteon tal-mużiċisti.

Il-maturità artistika

immodifika
 
Fl-1812 Beethoven kien jispera ħafna li jiltaqa' ma' Goethe, imma sab biss indifferenza maħsuba. Jikkumenta fuq Beethoven, il-poeta kiteb: "Għadni qatt ma rajt artista b'iżjed konċentrazzjoni qawwija, iżjed enerġetiku, iżjed interjuri (…) Sfortunatament għandu personalità bla kontroll ta' xejn."[25]

Fl-1808, Beethoven kellu offerta mingħand Jérôme Bonaparte, li ħuh kien tah it-tron tal-Westfalja, biex isir maestro di cappella fil-Qorti tiegħu f'Kassel. Jidher li għal mument ġietu l-ħajra li jaċċetta dan l-impieg prestiġuż li, minkejja li kieku ddeċieda li jaċċetta kien iwarrab l-indipendenza tiegħu li tant kien iġġieled għaliha, din il-pożizzjoni kienet tiżguralu aktar kumdità. Imma fl-1809, kien hemm reazzjoni patrijotika mill-aristokrazija Vjenniża. Biex ma jħallux il-mużiċista nazzjonali tagħhom jitlaq, l-Arċiduka Rodolfu, il-Prinċep Kinsky u l-Prinċep Lobkowitz marru jiżguraw 'l Beethoven, li jekk jibqa' Vjenna, jkollu ħlas għal ħajtu ta' 4000 florin fis-sena, somma konsiderevoli għal dik l-epoka.[26] Beethoven aċċetta u qata' xewqtu li żgur ma jerġax ikun fil-bżonn. Imma fir-rebbiegħa tal-1809 il-gwerra bejn Franza u l-Awstrija, li reġgħet bdiet, ħassret kollox. Il-familja imperjali kienet imġiegħla tħalli 'l Vjenna li kienu qed jokkupaw. Il-kriżi gravi ekonomika li laqtet 'l-Awstrija wara l-Battalja ta' Wagram u t-Trattat ta' Schönbrunn impost minn Napuljun Bonaparti, irvinat l-aristokrazija u l-kuntratt ma' Beethoven safa fix-xejn. Sa mewtu s-sitwazzjoni baqgħet tant ħażina li kellu jgħix l-aħħar snin ta' ħajtu kważi fil-faqar.

 
Ritratt ta' Antonia Brentano minn Joseph Karl Stieler

Madankollu, il-lista ta' kompożizzjonijiet baqgħet titwal: is-snin 1809 u 1810 raw il-kompożizzjoni ta' sensiela ġdida ta' kapulavuri, mill-kunċert brillanti, Kunċert għall-pjanu nru. 5, li ndaqq għall-ewwel darba minn Karl Czerny, il-Kwartett għall-arki nru. 10 msejjaħ l-Arpi, għall-musica di scena għal Egmont ta' Goethe. Meta l-istudent u ħabib tiegħu, l-Arċiduka Rudolf, l-iżgħar tifel tal-familja imperjali, kien imġiegħel jitlaq, Beethoven ikkompona s-Sonata "Saħħiet". Bla dubju, is-snin 1811 u 1812 raw il-kompożitur jilħaq l-quċċata tal-ħajja kreattiva tiegħu. It-Triju tal-Arċiduka u s-Seba' Sinfonija kienu ħa jkunu l-ogħla punt tal-perjodu erojku.

Fil-ħajja personali, Beethoven kien imweġġa profondament meta fl-1810 kien se jiżżewweġ lil Thérèse Malfatti, li lilha ddedika l-famuża Ittra lil Eliża, u t-tieġ tħassar. Il-bijografi kitbu ħafna fuq il-ħajja sentimentali ta' Beethoven. Il-kompożitur innamra ma' bosta nisa sbieħ, sikwit miżżewġin, imma qatt ma wasal għaż-żwieġ ħlief ma' Malfatti. Ir-relazzjonijiet ma' Giulietta Giucciardi (li kienet l-ispirazzjoni għas-Sonata "Fid-dawl tal-qamar"), ma' Thérèse von Brunsvik (li ddedikahla s-Sonata għall-pjanu nru. 24), Maria von Erdödy (li kitbilha żewġ Sonati għall-vjolinċell opus 102) u ma' Amalie Sebald ma damux wisq. Barra t-tħassir ta' daż-żwieġ, il-ġrajja l-oħra importanti fl-imħabba tal-mużiċista kienet il-kitba fl-1812 tal-ittra emottiva, Ittra lill-Maħbuba immortali li għadna ma nafux lil min kitibha, imma l-ismijiet ta' Joséphine von Brunsvik u fuq kollox ta' Antonia Brentano jispikkaw l-iżjed mill-istudju tal-koppja Massin.[27] u ta' Maynard Solomon.[28]

1813-1817: Is-snin imdallma

immodifika
 
L-inċident ta' Teplice (Lulju 1812) minn Carl Rohling, 1887. Beethoven, akkumpanjat minn Goethe (fuq ix-xellug, fil-fond), jirrifjuta li jsellem b'inkin lill-familja imperjali u jibqa' għaddej.

Ix-xahar ta' Lulju 1812, li fuqu għandna ħafna kummenti mill-bijografiċi tal-mużiċista, wassal għal taqliba kbira fil-ħajja ta' Beethoven. Waqt li kien qiegħed jieħu l-kura termali fir-reġjun ta' Teplice u ta' Karlovy Vary, kiteb l-ittra enigmatika, "Ittra lill-maħbuba immortali", u kellu laqgħa li ma tat ebda frott ma' Goethe bil-medjazzjoni ta' Bettina Brentano. Għal raġunijiet li ma nafux sew x'kienu, dan kien il-bidu għal perjodu twil ta' nixfa fil-ħajja kreattiva tal-mużiċista. Nafu li s-snin ta' wara l-1812 kienu mimlijin ġrajjiet drammatiċi fil-ħajja ta' Beethoven, ġrajjiet li kellu jħabbat wiċċu magħhom waħdu billi ħbiebu kollha jew kważi kollha kienu telqu minn Vjenna minħabba l-gwerra tal-1809, imma xejn ma jista' jispjega għal kollox dan il-waqfien wara għaxar snin ta' kreatività inkredibbli.

Minkejja li l-pubbliku għoġbitu ħafna s-Seba' sinfonija u r-Rebħa ta' Wellington (Diċembru 1813) u minkejja li r-rappreżentazzjoni tal-aħħar verżjoni tal-Fidelio kienet suċċess trijonfali (Mejju 1814), Beethoven ftit ftit beda jitlef il-popolarità mal-Vjenniżi li kien għad għandhom nostalġija tal-qatt minsi Mozart u bdiet togħġobhom il-mużika iżjed frivola ta' Rossini. Il-konferenza li saret fil-Kungress ta' Vjenna fejn Beethoven ġie maħtur bħala mużiċista nazzjonali,[29], ma ħebiex għal żmien twil il-fatt li kien qiegħed jitwarrab. Min-naħa l-oħra, id-dittatorjal iktar iħrax ta' Metternich poġġieh f'sitwazzjoni delikata billi l-pulizija Vjenniża ma damitx ma ntebħet bil-konvinzjonijiet demokratiċi u rivoluzzjonarji li kellu l-kompożitur u li kien beda jaħbi inqas u inqas. Mil-lat personali, l-ikbar ġrajja kienet il-mewt ta' ħuh Kaspar-Karl fl-1815. Beethoven kien wegħdu li jieħu ħsieb l-edukazzjoni ta' ibnu Karl u kellu jħabbat wiċċu ma' sensiela bla tarf ta' kawżi kontra l-mara ta' ħuh – Johanna Reis – biex jikseb it-tutela esklussiva tiegħu, li fl-aħħar rebaħ wara s-sentenza tat-tribunal maħruġa nhar it-8 ta' April, 1820.[30] Minkejja r-rieda tajba li kien iħaddan u l-ħerqa tal-istess kompożitur, dan in-neputi kien se jkun għalih, sa lejliet mewtu, kawża ta' nkwiet bla heda. Minn dawn is-snin imdallma, meta sar trux għal kollox, ħarġu biss xi kapulavuri rari: is-Sonati għall-vjolinċell nru. 4 u 5 iddedikati lill-ħabiba tiegħu Maria von Erdödy (1815), is-Sonata għall-pjanu nru. 28 (1816) u ċ-ċiklu kommoventi ta' lieder Lill-maħbuba mbegħda (An die ferne Geliebte, 1815-1816), fuq il-poeżiji ta' Alois Jeitteles.

Bejn l-1816 u l-1817, waqt li s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu bdiet sejra aktar għall-agħar, Beethoven marad gravi u deher li ried joqtol ruħu b'idejh. Imma l-forza morali tiegħu u r-rieda qawwija tiegħu reġgħu rebħuh. Hu dar lejn l-introspezzjoni u l-ispiritwalità li wrewh l-importanza ta' dak li kien għad baqgħalu jikteb "fiż-żmenijiet li ġejjin", sab il-qawwa biex jirbaħ fuq dan it-tiġrib biex jibda l-aħħar perjodu kreattiv tiegħu fejn x'aktarx kellu l-ikbar ispirazzjoni. Disa' snin qabel il-ħolqien tad-Disa' Sinfonija, Beethoven ġabar fi frażi waħda il-ħsieb li kien ħa jkun miegħu fix-xogħol kollu ta' ħajtu (1815) :

"Aħna, esseri limitati bi spirtu limitat, twelidna biss għall-ferħ u t-tbatija. U kważi nistgħu ngħidu li l-ikbar nies jiksbu l-ferħ permezz tat-tbatija."[31]

1818-1827: L-aħħar xogħlijiet ta' Beethoven

immodifika

Il-quddiesa fir-Re u s-saħħiet lill-pjanu

immodifika
 
Paġna mill-manuskritt tas-Sonata għall-pjanu nru. 30 op. 109 (1820).

Beethoven reġa' ġie f'tiegħu fl-aħħar tal-1817, meta kiteb sonata ġdida biex tindaqq fuq il-pjanu-forte l-iżjed modern (Hammerklavier bil-Ġermaniż). Hu ried li din tkun l-iżjed vasta minn dawk kollha li kien ikkompona sa dak iż-żmien. Fiha uża sal-aħħar, il-kapaċità kollha tal-istrument, għal kważi ħamsin minuta. Imma din is-sonata, is-Sonata Kbira għall-Hammerklavier opus 106 intlaqgħet b'indifferenza mill-pjanisti kontemporanji ta' Beethoven għax dehrilhom li ma tistax tindaqq u li t-truxija tal-mużiċista għamlitu mhux kapaċi li jqis eżattament il-possibbilitajiet tal-istrument. Barra mid-Disa' Sinfonija, ġara l-istess għall-aħħar sensiela ta' xogħlijiet tiegħu. Però hu stess kien jaf li kienu avvanzati wisq għal żmienhom. Madankollu ma tantx kien jagħti każ tat-tgergir tal-pjanisti u fl-1819 lill-editur tiegħu qallu: "Din is-sonata se tħabbat 'il-pjanisti meta jdoqquha ħamsin sena oħra".[32] Min dak iż-żmien, billi kien ittarrax għal kollox, kellu jikkomunika man-nies ta' madwaru permezz tal-"pitazzi tal-konverżazzjoni" li allavolja l-parti kbira minhom intilfu jew inqerdu, illum ituna xhieda imprezzabbli tal-aħħar perjodu ta' ħajtu.

Beethoven minn dejjem kien jemmen, mingħajr ma kien prattikant ħerqan, imma l-ħerqa tiegħu għall-Kristjaneżmu żdiedet sewwa fis-snin diffiċli kif jixhdu bosta noti reliġjużi li kkopja fil-pitazzi tiegħu mill-1817 'l hemm.[33]. Madankollu, kellu xi rabtiet mal-mażunerija li setgħu jġibulu Skomunika.[34]

Fir-rebbiegħa tal-1818 Beethoven ġietu l-idea li jikteb xogħol reliġjuż importanti u għall-ewwel kellu f'moħħu quddiesa għall-inkoronazzjoni tal-Arċiduka Rodolfu li xi ftit xhur wara kien se jsir Arċisqof ta' Olmütz. Imma l-quddiesa kolossali, Missa Solemnis fir-Re maġġuri ħaddittlu erba' snin ta' xogħol bla waqfien (1818-1822) u l-quddiesa damet ma kienet ġiet ippreżentata lil Rodolfu sal-1823. Waqt li kien qiegħed jikkomponi l-Missa Solemnis, li għal bosta drabi stqarr li kienet "l-aħjar u l-ikbar xogħol tiegħu", studja fit-tul il-quddies ta' Bach u Il-Messija ta' Haendel. Fl-istess ħin li kien qiegħed jaħdem fuq il-quddiesa ikkompona l-aħħar tliet Sonati għall-pjanu (nru. 30, nru. 31 u nru. 32). Din tal-aħħar, l-opus 111, bl-ispiritwalità għolja li laħqet setgħet kienet l-aħħar testment tiegħu għall-pjanu. Imma kien għad baqagħlu jikkomponi kapulavur pjanistiku ieħor: l-editur Anton Diabelli fl-1822 stieden il-kompożituri ta' żmienu biex jiktbu varjazzjoni fuq valzer sempliċi ħafna li kien ikkompona hu. Għall-ewwel Beethoven ma ħadux bis-serjetà,[35] imma wara għamel ħafna iżjed milli kienet talbet il-proposta u ħareġ ġabra ta' 33 Varjazzjoni li Diabelli stess qabbel mal-famużi Varjazzjonijiet Goldberg ta' Bach, komposti tmenin sena qabel.

Id-Disa' Sinfonija u l-aħħar kwartetti

immodifika
 
Beethoven fl-1823, fl-epoka tal-kompożizzjoni tal-Varjazzjonijiet Diabelli u tad-Disa'sin fonija. Billi kien ittarax għal kollox, kien jikkomnunika biss ma' ta' madwaru bil-"pitazzi tal-konversazzjoni". Ritratt ta' F.G. Waldmüller

Il-kompożizzjoni tad-Disa' Sinfonija inbdiet l-għada li kienet lesta il-Missa Solemnis. Imma dan ix-xogħol kellu bidu estremament kompless li biex nifhmuh ikollna mmoru lura għaż-żgħożija ta' Beethoven, li minn qabel telaq minn Bonn kellu l-ħsieb li jikteb il-mużika għall-Għanja lill-ferħ ta' Schiller.[36] Permezz tal-finale li min jisimgħu qatt ma jinsiegħ, fejn introduċa l-kor, l-innovazzjoni fil-kitba sinfonika tad-Disa' sinfonija dehret, fuq l-istess linji tal-Ħames, bħala evokazzjoni mużikali tat-trijonf tal-ferħ u l-fraternità fuq id-disperazzjoni, u ħadet id-dimensjoni ta' messaġġ umanista u universali. Is-sinfonija ndaqqet għall-ewwel darba fl-7 ta' Mejju 1824 quddiem pubbliku entużjasta u biha Beethoven reġa' sab is-suċċess. Is-sinfonija kellha l-ikbar suċċess fil-Prussja u l-Ingilterra, fejn il-fama tal-mużiċista kienet ilha kif xeraqlu l-ġenju tiegħu. Kien mistieden bosta drabi biex imur Londra bħal Joseph Haydn, u Beethoven lejn l-aħħar ta' ħajtu kien tħajjar imur l-Ingilterra li kien pajjiż li hu kien jammira minħabba l-ħajja kulturali u d-demokrazija tiegħu imqabbel mal-frivolità tal-ħajja Vjenniża,[37] imma qatt ma żar il-pajjiż fejn kien joqgħod Haendel li kien l-idolu ta' Beethoven. L-influwenza ta' Haendel tidher l-iżjed fil-perjodu tal-aħħar ta' Beethoven, li bejn l-1822 u l-1823 kkompona l-ouverture Il-konsagrazzjoni tad-dar fl-istil tiegħu.

L-aħħar ħames Kwartetti għall-arki (nru. 12, nru. 13, nru. 14, nru. 15, nru. 16) itemmu għal kollox il-ħidma mużikali ta' Beethoven. Bil-karattru viżżjonarju tagħhom magħqud ma' forom antiki (fil-Kwartett nru. 15 Beethoven uża l-mod mużikali lidju), dawn juru r-riżultati tal-esperimentazzjoni ta' Beethoven fil-qasam tal-“musica da camera”. Il-movimenti kbar bil-mod u drammatiċi (il-Cavatina tal-Kwartett nru. 13, u l-Heiliger Dankgesang, "l-għanja qaddisa ta' ħajr", tal-Kwartett nru. 15) iħabbru l-wasla tar-Romantiċiżmu. Ma' dawn il-ħames kwartetti, komposti fil-perjodu ta' bejn l-1824 u l-1826, irridu nżidu wkoll il-Fuga Kbira fis-Si bemoll maġġuri, opus 133, li kienet fil-bidu l-moviment tal-għeluq tal-Kwartett nru. 13 imma Beethoven firidha minnu fuq it-talba tal-editur tiegħu. Fl-aħħar tas-sajf tal-1826, kif lesta il-Kwartett nru. 16, Beethoven beda jaħseb f'għadd ta' xogħlijiet oħra:[38] L-Għaxar Sinfonija, li xi abbozzi minnha għadhom jeżistu; "ouverture" bl-isem ta' Bach; Faust ispirata mid-dramm ta' Goethe; oratorju fuq it-tema ta' Sawl u David, u ieħor fuq it-tema tal-Elementi u quddiesa Requiem. Imma fit-30 ta' Lulju 1826, neputih Karl ipprova joqtol ruħu b'idejh. Dan qajjem skandlu u Beethoven inkwetat mar joqgħod ma ħuh Johann f'Gneixendorf fir-reġjun ta' Krems an der Donau, fejn neputih kien qiegħed jistrieħ. Kien hemm li kkompona l-aħħar xogħol tiegħu, moviment allegro biex jieħu post il-Fuga Kbira bħala "finale" tal-Kwartett nru. 13.

It-tmiem

immodifika
 
Il-funeral ta' Beethoven fid-29 ta' Marzu 1827, fejn inġabru eluf ta' nies. Kwadru ta' F. Stober, 1827

Meta Beethoven mar lura Vjenna f'Diċembru tal-1826, qabditu pulmonite doppja li ma setax ifiq minnha: l-aħħar erba' xhur ta' ħajtu kienu mimlijin uġigħ u sofferenza, u saħħtu dejjem kienet sejra lura bħal granċ. Skont l-aħħar tabib tiegħu, Andras Wawruch, il-kawża diretta tal-mewt tal-mużiċista tidher li kienet dekompensazzjoni ta' ċirrożi epatika.[39] Imma l-ispjegazzjoni l-iżjed riċenti, ibbażata fuq l-analisi ta' xagħru u frammenti ta' għadmu, hi li kien marid ħajtu kollha, barra mit-truxija, b'saturniżmu kronku[40] flimkien ma' defiċjenza ġenetika li żżomm 'il-ġisem milli jeħles miċ-ċomb li wieħed jassorbi (u għalhekk kien jilmenta regularment b'uġigħ addominali u problemi f'għajnejh).

Sal-aħħar, il-kompożitur kien imdawwar bil-ħbieb tal-qalb, l-iżjed Karl Holz, Anton Schindler u Stephan von Breuning. Xi ġimgħat qabel mewtu kellu żjara minn Franz Schubert,[41] li ma kienx jafu u li ddispjaċieh li sar jaf bih hekk tard. L-aħħar ittra tal-kompożitur kienet lil Ignaz Moscheles, promotur tal-mużika tiegħu f'Londra, fejn reġa' wiegħed lill-Ingliżi li jikkomponilhom sinfonija ġdida biex jirringrazzjahom għall-appoġġ tagħom.[42] Imma kien tard wisq. Fis-26 ta' Marzu 1827, Ludwig van Beethoven miet, fl-età ta' sitta u ħamsin sena. Minkejja li n-nies ta' Vjenna ma tawx każ ta' mewtu għal xi xhur, fil-funeral li sar fid-29 ta' Marzu 1827, inġabret purċissjoni impressjonanti ta' iżjed minn għoxrin elf ruħ. Beethoven indifen fiċ-ċimiterju ta' Vjenna.

Schubert fl-1827 qal:

"Kien jaf kollox, imma għadna ma nistgħux nifhmu kollox, u għad jgħaddi ħafna ilma taħt il-pontijiet tad-Danubju qabel dak kollu li ħalaq dan il-bniedem jiftiehem mid-dinja."[43]

Lista tax-xogħlijiet ta' Beethoven

immodifika

Sinfoniji

immodifika
  • Op. 21: Sinfonija nru. 1 fid-Do maġġuri (1800)
  • Op. 36: Sinfonija nru. 2 fir-Re maġġuri (1803)
  • Op. 55: Sinfonija nru. 3 fil-Mi bemoll maġġuri "Erojka" (1805)
  • Op. 60: Sinfonija nru. 4 fis-Si bemoll maġġuri (1807)
  • Op. 67: Sinfonija nru. 5 fid-Do minuri (1808)
  • Op. 68: Sinfonija nru. 6 fil-Fa maġġuri "Pastorali" (1808)
  • Op. 92: Sinfonija nru. 7 fil-La maġġuri (1813)
  • Op. 93: Sinfonija nru. 8 fil-Fa maġġuri(1814)
  • Op. 125: Sinfonija nru. 9 fir-Re minuri "Korali" (1824)

Kunċerti

immodifika
  • Op. 15: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 1 fid-Do maġġuri(1796-1797)
  • Op. 19: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 2 fis-Si bemoll maġġuri (1798)
  • Op. 37: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 3 fid-Do minuri (1803)
  • Op. 40: Romanza għall-vjolin u orkestra nru. 1 fis-Sol maġġuri (1802)
  • Op. 50: Romanza għall-vjolin u orkestra nru. 2 fil-Fa maġġuri (1802)
  • Op. 56: Kunċert tripplu għall-pjanuforti, vjolin, vjolinċell u orkestra fid-Do maġġuri (1805)
  • Op. 58: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 4 fis-Sol maġġuri (1807)
  • Op. 61: Kunċert għall-vjolin u orkestra fir-Re maġġuri (1808)
  • Op. 73: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 5 fil-Mi bemoll maġġuri "Imperatur" (1809)

Ouvertures

immodifika
  • Op. 43: Ouverture u ballett "Il-kreaturi ta' Prometew" (Die Geschöpfe des Prometheus) (1801)
  • Op. 72a: Leonore "nru. 2" (1805)
  • Op. 72b: Leonore "nru. 3" (1806)
  • Op. 138: Leonore "nru. 1" (1807)
  • Op. 62: Korjolanu (1807)
  • Op. 84: Egmont (ouverture u 'musica di scena' fuq test ta' Goethe) (1810)
  • Op. 91: Il-battalja ta' Wellington (1813)
  • Op. 72: Fidelio (1814)
  • Op. 113: Ouverture u tmien biċċiet għall-orkestra, "L-irvini ta' Ateni" (1811)
  • Op. 117: Ouverture u disa' biċċiet għall-orkestra, "Ir-re Stiefnu" (1811)
  • Op. 115: Ouverture "Zur Namensfeier" (1815)
  • Op. 124: Ouverture "Il-konsagrazzjoni tad-dar" (Weihe die Hauses)) (1822)

Kwartetti għall-arki

immodifika
  • Op. 18: Sitt kwartetti għall-arki
    • nru. 1: Kwartett għall-arki nru. 1 fil-Fa maġġuri (1799)
    • nru. 2: Kwartett għall-arki nru. 2 fis-Sol maġġuri (1800)
    • nru. 3: Kwartett għall-arki nru. 3 fir-Re maġġuri (1798)
    • nru. 4: Kwartett għall-arki nru. 4 fid-Do minuri (1801)
    • nru. 5: Kwartett għall-arki nru. 5 fil-La maġġuri (1801)
    • nru. 6: Kwartett għall-arki nru. 6 fis-Si bemoll maġġuri (1801)
  • Op. 59: Tlett kwartetti għall-arki, "Rasumovsky" (1806)
    • nru. 1: Kwartett għall-arki nru. 7 fil-Fa maġġuri
    • nru. 2: Kwartett għall-arki nru. 8 fil-Mi minuri
    • nru. 3: Kwartett għall-arki nru. 9 fid-Do maġġuri
  • Op. 74: Kwartett għall-arki nru. 10 fil-Mi bemoll maġġuri "tal-Arpi" (1809)
  • Op. 95: Kwartett għall-arki nru. 11 fil-Fa minuri "Serju" (1810)
  • Op. 127: Kwartett għall-arki nru. 12 fil-Mi bemoll maġġuri (1825)
  • Op. 130: Kwartett għall-arki nru. 13 fil-Si bemoll maġġuri (1825)
  • Op. 131: Kwartett għall-arki nru. 14 fid-Do diesis minuri (1826)
  • Op. 132: Kwartett għall-arki nru. 15 fil-La minuri (1825)
  • Op. 133: Große Fuge fis-Si bemoll maġġuri għall-Kwartett tal-arki (1824 u 1825)
  • Op. 135: Kwartett għall-arki nru. 16 fil-Fa maġġuri (1826)

Kwintetti għall-arki

immodifika
  • Op. 4: Kwintett għall-arki fil-Mi bemoll maġġuri (1795)
  • Op. 29: Kwintett għall-arki fil-Do maġġuri (1801)
  • Op. 104: Kwintett għall-arki fil-Do minuri (1817)
  • Op. 137: Fuga fir-Re maġġuri għall-Kwintett għall-arki (1817)

Kwintett għall-pjanu u strumenti tan-nifs

immodifika
  • Op. 16: Kwintett għall-oboe, klarinett, kornu, fagott u pjanuforti fil-Mi maġġuri
  • Op. 1: Tlett trii għall-vjolin, vjolinċell u pjanuforti (1795)
    • nru. 1 Triju nru. 1
    • nru. 2 Triju nru. 2
    • nru. 3 Triju nru. 3
  • Op. 11: Triju nru. 4 fis-Si bemoll maġġuri (1798)
  • Op. 70: Żewġ trii għall-vjolin, vjolinċell u pjanuforti (1808)
    • nru. 1 Triju nru. 5 fir-Re maġġuri "Il-fantażma"
    • nru. 2 Triju nru. 6 fil-Mi bemoll maġġuri
  • Op. 97: Triju nru. 7 fis-Si bemoll maġġuri "Arċiduka" (1811)

Sonati għall-vjolin

immodifika
  • Op. 12: Tlett sonati għall-vjolin u pjanuforti (1798)
    • nru. 1: Sonata għall-vjolin nru. 1 fir-Re maġġuri
    • nru. 2: Sonata għall-vjolin nru. 2 fil-La maġġuri
    • nru. 3: Sonata għall-vjolin nru. 3 fil-Mi bemoll maġġuri
  • Op. 23: Sonata għall-vjolin nru. 4 fil-La minuri (1801)
  • Op. 24: Sonata għall-vjolin nru. 5 fil-Fa maġġuri "Ir-Rebbiegħa" (1801)
  • Op. 30: Tlett sonati għall-vjolin u pjanuforti (1803)
    • nru. 1: Sonata għall-vjolin nru. 6 fil-La maġġuri
    • nru. 2: Sonata għall-vjolin nru. 7 fil-Do minuri
    • nru. 3: Sonata għall-vjolin nru. 8 fis-Sol maġġuri
  • Op. 47: Sonata għall-vjolin nru. 9 fil-La maġġuri "Kreutzer" (1803)
  • Op. 96: Sonata għall-vjolin nru. 10 fis-Sol maġġuri (1812)

Sonati għall-vjolinċell

immodifika
  • Op. 5: Żewġ sonati għall-vjolinċell u pjanuforti (1796)
    • nru. 1: Sonata għall-vjolinċell nru. 1
    • nru. 2: Sonata għall-vjolinċell nru. 2
  • Op. 69: Sonata għall-vjolinċell nru. 3 fil-La maġġuri (1808)
  • Op. 102: Żewġ sonati għall-vjolinċell u pjanuforti (1815)
    • nru. 1: Sonata għall-vjolinċell nru. 4
    • nru. 2: Sonata għall-vjolinċell nru. 5

Pjanuforti solo

immodifika
  • Op. 2: Tlett sonati għall-pjanuforti (1796)
    • nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 1 fil-Fa minuri
    • nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 2 fil-La maġġuri
    • nru. 3: Sonata għall-pjanuforti nru. 3 fid-Do maġġuri
  • Op. 7: Sonata għall-pjanuforti nru. 4 fil-Mi bemoll maġġuri (1797)
  • Op. 10: Tlett sonati għall-pjanuforti (1798)
    • nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 5 fid-Do minuri
    • nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 6 fil-Fa maġġuri
    • nru. 3: Sonata għall-pjanuforti nru. 7 fir-Re maġġuri
  • Op. 13: Sonata għall-pjanuforti nru. 8 fid-Do minuri, "Patetika" (1798)
  • Op. 14: Żewġ sonati għall-pjanuforti (1799)
    • nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 9 fil-Mi maġġuri
    • nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 10 fis-Sol maġġuri
  • Op. 22: Sonata għall-pjanuforti nru. 11 fis-Si bemoll maġġuri (1800)
  • Op. 26: Sonata għall-pjanuforti nru. 12 fil-La bemoll maġġuri "Marċ funebri" (1801)
  • Op. 27: Żewġ sonati għall-pjanuforti (1801)
    • nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 13 fil-Mi bemoll maġġuri "Kważi Fantasija
    • nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 14 fid-Do diesis minuri "Dawl tal-Qamar"
  • Op. 28: Sonata għall-pjanuforti nru. 15 fir-Re maġġuri "Pastorali" (1801)
  • Op. 31: Tlett sonati għall-pjanuforti (1802)
    • nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 16 fis-Sol maġġuri
    • nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 17 fir-Re minuri "It-tempesta"
    • nru. 3: Sonata għall-pjanuforti nru. 18 fil-Mi bemoll maġġuri "Il-kaċċa"
  • Op. 49: Żewġ sonati għall-pjanuforti (1792)
    • nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 19 fis-Sol minuri
    • nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 20 fis-Sol maġġuri
  • Op. 53: Sonata għall-pjanuforti nru. 21 fid-Do maġġuri "Waldstein" (1803)
    • Op. 57: Andante Favori - Muviment ċentrali li ġej mis-sonata (1804)
  • Op. 54: Sonata għall-pjanuforti nru. 22 fil-Fa maġġuri (1804)
  • Op. 57: Sonata għall-pjanuforti nru. 23 fil-Fa minuri "Appassionata" (1805)
  • Op. 78: Sonata għall-pjanuforti nru. 24 fil-Fa diesis maġġuri "lil Therese" (1809)
  • Op. 79: Sonata għall-pjanuforti nru. 25 fis-Sol maġġuri (1809)
  • Op. 81a: Sonata għall-pjanuforti nru. 26 fil-Mi bemoll maġġuri "is-Saħħiet" (1810)
  • Op. 90: Sonata għall-pjanuforti nru. 27 fil-Mi minuri(1814)
  • Op. 101: Sonata għall-pjanuforti nru. 28 fil-La maġġuri(1816)
  • Op. 106: Sonata għall-pjanuforti nru. 29 fis-Si bemoll maġġuri "Hammerklavier" (1819)
  • Op. 109: Sonata għall-pjanuforti nru. 30 fil-Mi maġġuri (1820)
  • Op. 110: Sonata għall-pjanuforti nru. 31 fil-La bemoll maġġuri (1821)
  • Op. 111: Sonata għall-pjanuforti nru. 32 fid-Do minuri (1822)

Varjazzjonijiet

immodifika
  • Op. 34: Sitt varjazzjonijiet fuq tema oriġinali
  • Op. 35: Ħmistax il-varjazzjoni u fuga fil-Mi bemoll maġġuri
  • Op. 44: Varjazzjonijiet fil-Mi bemoll maġġuri (1804)
  • Op. 120: Varjazzjonijiet Diabelli fid-Do maġġuri (1823)
  • Op. 63: Varjazzjonijiet fuq marċ ta' E. Chr. Dressler
  • Op. 64: Varjazzjonijiet fuq Kanzunetta svizzera
  • Op. 80: Tnejn u tletin varjazzjoni fuq tema oriġinali

Bagatelli

immodifika
  • Op. 33: Sebgħa bagatelli għall-pjanuforti (1802)
  • Op. 59: Bagatell fil-La minuri għall-pjanuforti "lil Eliża" (1808)
  • Op. 119: Ħdax il-bagatell għall-pjanuforti (1822)
  • Op. 126: Sitt bagatelli għall-pjanuforti (1824)

Mużika oħra għall-pjanuforti

immodifika
  • Op. 134: Große Fuge rranġata għall-żewġ pjanuforti (1826)

Mużika vokali

immodifika
  • Op. 72: Fidelio (1814)

Mużika oħra vokali

immodifika
  • Op. 46: "Adelaide" (1794-1795)
  • Op. 85: "Kristu fuq l-għolja taż-żebbuġ" għas-solisti, kor u orkestra (1803)
  • Op. 86: Quddiesa fid-Do maġġuri (1807)
  • Op. 108: Ħamsa u għoxrin kanzunetta skoċċiża
  • Op. 123: Quddiesa fir-Re maġġuri (Missa Solemnis) (1822)
  • Op. 136: Der glorreiche Augenblick
  • Op. 152: Ħamsa u għoxrin kanzunetta irlandiża
  • Op. 153: Għoxrin kanzunetta irlandiża
  • Op. 154: Tnax il-kanzunetta irlandiża
  • Op. 155: Sitta u għoxrin kanzunetta galliża
  • Op. 157: Tnax il-kanzunetta ta' nazzjonalitajiet varji

Bibljografija

immodifika
  • Georg Kinsky - Hans Halm, Tematisch-Bibliographisches Verzeichnis aller vollendeten Werke Ludwig van Beethoven, G. Henle Verlag, Monaco, 1955
  • James F. Green and Willy Hess, The new catalogue of Beethoven's works, Vance Brook Publications, 2003, ISBN-10:0964057034, ISBN-13: 9780964057036

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Estratt minn taħdita bejn Haydn u Beethoven irrapurtata mill-flawtista Louis Drouet, f': Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 45
  2. ^ Rolland R, Vie de Beethoven, Pariġi, 1903
  3. ^ Id-data tal-magħmudija tal-mużiċista biss, is-17 ta' Diċembru 1770, hi magħrufa biċ-ċert.
  4. ^ lvbeethoven.com – Ġenealoġija tal-mużiċista
  5. ^ Massin J ut B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, pp. 6-8
  6. ^ radiofrance.fr – Repères biographiques
  7. ^ lvbeethoven.com – isma' l-varjazzjonijiet Dressler
  8. ^ Kuntrarju għall-idea mifruxa, Beethoven qatt ma ħa lezzjonijiet mingħand Mozart. Jgħidu li meta sema' 'l Beethoven idoqq il-pjanu, Mozart instema jgħid: "Għatu kasu 'l dan, ħa jsemmuh mad-dinja kollha" – Académie de Dijon
  9. ^ Nota ta' Waldstein fuq l-album ta' Beethoven, Novembru 1792, riprodotta f'Massin J ut B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 39
  10. ^ "Laqgħat widnejna, imma mhux qlubna; għalhekk għalina qatt mhu se jkun Mozart ieħor." – kritika fil-ġurnal patrijotiku tal-istati imperjali u rjali, Ottubru 1796, riprodotta f'Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 64
  11. ^ Karl Czerny kien l-aħjar student ta' Beethoven.
  12. ^ Il-kawża tat-truxija ta' Beethoven baqgħet mhux magħrufa. Kienu suġġeriti bosta kawżi bħall-labirintite kronika, l-ostjoxelerożi, jew il-marda ta' Paget tal-għadam, però m'hemm l-ebda prova għal dawn.
  13. ^ Waqt li hu veru li l-mużiċista kien min-natura tiegħu impulsiv u emottiv, li x-xewqa li jkun indipendenti għamlitu jidher żorr u antipatku fil-pubbliku, nistgħu ngħidu wkoll li kien ġeneruż, leali u ħanin, kif jixhdu l-korrispondenza tiegħu u dawk li kienu jafuh.
  14. ^ Estratt mit-Testment ta' Heiligenstadt ta' Beethoven, f'Lecompte M, Guide illustré de la musique symphonique de Beethoven, Fayard, 1995, p. 319
  15. ^ Kliem ta' Beethoven lil ħabibu Krumpholz, 1802, f'ramifications.be
  16. ^ "Beethoven għamel 'il Bonaparti, li f'dik l-epoka kien għadu l-Ewwel Konslu, is-suġgett ta' din is-sinfonija. Sa dak iż–żmien, għal Beethoven, Napuljun kien bniedem straordinarju u kien iqisu daqs l-ikbar konsli Rumani." – Kitba ta' Ferdinand Ries fuq il-bidu tat-Tielet Sinfonija, riprodotta f'[1]
  17. ^ "Dan mhux ħlief bniedem bħal ħaddieħor! Issa ħa jgħaffeġ taħt saqajh id-drittijiet umani kollha, u jaqdi biss l-ambizzjoni tiegħu; irid jilħaq fuq kulħadd, isir tirann!" — Reazzjoni ta' Beethoven meta sema' li Napuljun ipproklama ruħu Imperatur, rappurtata minn Ferdinand Ries, f'Massin J et B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 128
  18. ^ Massin J et B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 639
  19. ^ Lill-poeta Christophe Kuffner li saqsieh liema mis-sinfoniji tiegħu kienet togħġbu l-iżjed, Beethoven wieġeb: "L-Erojka! — Jien naħseb id-do minuri — Le, le! L-Erojka!" f'[2]
  20. ^ Beethoven kiteb abbozz ta' ouverture għal din l-opra li qatt ma twetqet. Willem Holsbergen ipprova jagħmel rikostruzzjoni tagħha u ppublikaha bin-numru 454 fil-katalogu Biamonti
  21. ^ Nota mibgħuta minn Beethoven lil Lichnowsky, Ottubru 1806, riprodotta f'www.cndp.fr
  22. ^ Ittra ta' Beethoven lil Franz-Gerhard Wegeler, 16 ta' Nov. 1801, f'beethoven-haus-bonn.de
  23. ^ Lecompte M, Guide illustré de la musique symphonique de Beethoven, Fayard, 1995, p. 131
  24. ^ Minkejja l-programm, dan il-kunċert jidher li kien diżastru artistiku; l-orkestra ma kellhiex ħin biżżejjed biex tipprattika u Beethoven insulta bl-addoċċ 'il-mużiċisti
  25. ^ Rolland R, Vie de Beethoven, Pariġi, 1903 – musicologie.org
  26. ^ beethoven-haus-bonn.de – Beethoven u l-flus
  27. ^ Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, pp. 232-44
  28. ^ Sors: Solomon M, Beethoven, Lattès, 1985, p. 185-216
  29. ^ uquebec.ca – Università ta' Québec
  30. ^ Rolland R, Vie de Beethoven, Pariġi, 1903 – musicologie.org
  31. ^ Ittra ta' Beethoven lil Maria von Erdödy, riprodotta f': Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 284
  32. ^ altamusica.com
  33. ^ Din in-nota Beethoven ikkupjaha minn Christian Sturm (1818): "Irid naċċetta bil-paċenzja kollha, it-tiġrib kollu u nafda ruħi fit-tjubija immutabbli Tiegħek. Tiegħek u dejjem Tiegħek għandha tifraħ li tkun ruħi. Kun il-blata tiegħi, ja Mulej, kun id-dawl tiegħi, kun għal dejjem is-sigurtà tiegħi!" F'Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 339
  34. ^ [3]
  35. ^ beethoven-haus-bonn.de
  36. ^ Għall-istorja tad-Disa' Sinfonija, nirreferu għall-analisi kompluta ħafna tal-kopja Massin, f'Massin J et B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, pp. 699-712
  37. ^ Beethoven kiteb lil Johann Stumpff: "L-Ingilterra għandha ċiviltà għolja. Londra kulħadd jaf xi ħaġa u jafa sewwa,imma l-Vjenniżi jafu jitjellmu biss fuq l-ikel u x-xorb; ikantaw u jċekċku xi mużika insinjifikanti, jew jagħmluha huma stess." F': Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 428
  38. ^ Sors: Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, pp. 449-50
  39. ^ musicologie.org – Beethoven kellu epatomegalija, itterizja, axxite (jgħidulha issa "idropsja addominali") fil-membri inferjuri, elementi ta' sindrome ċirrotika bl-ipertensjoni.
  40. ^ Health Research institute : konferenza stampa ta' Dr William J. Walsh, 17 ta' Ottubru 2000 – Din kienet il-proposta fl-2000 ta' Dr William J. Walsh, direttur tal-proġett ta' riċerka fuq Beethoven (Beethoven Research Project), ibbażata fuq l-analisi ta' xi xagħar ta' Beethoven li kien ikkonservat wara mewtu. Beethoven, kien iħobb l-inbid tal-wied tar-Renu u kien imdorri jixorbu f'tazza tal-kristal taċ-ċomb u b'zokkor li kien fih melħ taċ-ċomb. L-analisi fis-sena 2000 ta' xagħru wriet kwantitajiet sinjifikanti ta' ċomb, li ġew konfermati wara mill-Argonne National Laboratory (Chicago) f'għadmu, bl-analisi ta' għadam mill-kranju li kienu identifikati bl-AND. Fil-bniedem 80% taċ-ċomb assorbit jinħażen fl-għadam. Dawn juru li Beethoven kien espost għaċ-ċomb għal żmien twil (cf Science et Vie, nu 1061, p. 20, Frar 2006), li jispjega l-uġigħ perpetwu fl-istonku li kien ikollu, il-burdati u forsi anki t-truxija (però m'hemm l-ebda konnessjoni ppruvata bejn it-truxija ta' Beethoven u l-avvelenament biċ-ċomb), kif ukoll l-istat ta' fwiedu.
  41. ^ Din l-ipoteżi, mifruxa ħafna, hi miċħuda min xi bijografi fosthom Maynard Solomon
  42. ^ beethoven-haus-bonn.de – L-aħħar ittra ta' Beethoven
  43. ^ Frażi attribwita lil Schubert, f'100musique.free.fr

Ħoloq esterni

immodifika

Referenza ġenerali

immodifika
  • Mad About Beethoven mix-xandar televiżiv u rajdufoniku John Suchet
  • Beethoven Depot — Ix-xogħol kollu ta' Beethoven taħt format midi.
  • L-Ittri ta' Beethoven 1790–1826, Volum 1, Volum 2. Bl-Ingliż fuq Gutenberg.org.
  • Beethoven: L-Immortali. Introduzzjoni u bijografija dettaljata tal-ħajja tal-kompożitur. L-artikli jinkludu t-truxija tiegħu, il-komportament tiegħu, ir-rutina ta' kuljum, l-istorja medika tiegħu, l-aħħar ġranet u l-ittri tiegħu.
  • Beethoven-Haus Bonn. Sit uffiċjali ta' Beethoven-Haus f'Bonn, fil-Ġermanja. Din tinkludi ħoloq lejn arkivju diġitali u studjo, il-kontenut tal-librerija, il-Mużew Beethoven-Haus (li tinkludi "esebizzjonijiet fuq l-internet" u "viżti virtwali"), iċ-ċentru ta' riċerka Beethoven-Arhiv, u informazzjoni fuq pubblikazzjonijiet ta' Beethoven li jiġbu l-interess tal-ispeċjalist u tal-qarrej ġenerali. Kollezzjoni estensiva ta' kompożizzjonijiet u dokumenti miktuba minn Beethoven, b'disponibbiltà tas-smigħ ta' partijiet mill-mużika tiegħu u rikostruzzjoni diġitali tal-aħħar dar li kellu fi Vjenna.
  • Webcam mill-Beethoven-Haus li turi ritratt tal-wara tal-bini hekk kif inhu fl-aħħar minuta.
  • Riżorsi fuq Beethoven — artikli u fatti dwar Beethoven mingħand Aaron Green, gwida għall-Mużika Klassika fuq About.com.
  • Dak kollu fuq Ludwig van Beethoven
  • Il-Personalità u l-Mużika ta' Beethoven: Ir-Romantiku Introvert

Suġġetti speċifiċi

immodifika

Lista ta' xogħlijiet

immodifika

Partituri

immodifika