Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Vjetnam
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Vjetnam irratifika l-Konvenzjoni fid-19 ta' Ottubru 1987, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Vjetnam għandu tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ħamsa kulturali, tnejn naturali u wieħed imħallat. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Vjetnam żdied fl-1993: il-Kumpless tal-Monumenti ta' Hué. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Vjetnam huwa l-Kumpless tal-Pajsaġġ ta' Trang An, fl-2014.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Settur Ċentrali taċ-Ċittadella Imperjali ta' Thăng Long | Hanoi | kulturali: (ii), (iii), (vi) | — | 2010 | Iċ-ċittadella imperjali nbniet fis-seklu 11 mid-dinastija Lý u tinkludi binjiet simili għall-arkitettura tal-aħħar tas-seklu 19 u għall-kultura tax-Xlokk tal-Asja. Is-sit kellu rwol importanti fil-poter politiku reġjonali ta' Đại Việt għal kważi tlettax-il seklu.[5] | |
Ċittadella tad-Dinastija Hồ | Thanh Hóa | kulturali: (ii), (iv) | — | 2011 | Id-dinastija Hồ bniet iċ-ċittadelli fl-1397, li jinsabu bejn ix-xmajjar Mã u Bưởi. Is-sit joħroġ fid-dieher kunċett ta' poter irjali, u xejriet ġodda fit-teknoloġija u l-kummerċ f'belt imperjali. Il-kostruzzjoni taċ-ċittadella adattat il-filosofija tal-Konfuċjaniżmu fi ħdan kultura primarjament Buddista.[6] | |
Kumpless tal-Monumenti ta' Huế | Huế | kulturali: (iv) | — | 1993 | Il-Kumpless tal-Monumenti ta' Huế jinsab f'Huế u fil-madwar tal-eks belt kapitali imperjali tal-Vjetnam taħt id-dinastija Nguyễn. Minkejja li bata mill-effetti ta' tliet gwerer, is-sit huwa ppreservat sew u għadu kostruzzjoni notevoli tas-seklu 19.[7] | |
Bajja ta' Hạ Long | Quảng Ninh | naturali: (vii), (viii) | — | 1994 | Il-Bajja ta' Ha Long fiha iktar minn 1,600 formazzjoni karstika u gżejra tal-ġebla tal-ġir b'diversi għamliet u daqsijiet, li żviluppaw fi klima tropikali sħuna u fejn spiss tinżel ix-xita. Il-gżejjer monolitiċi tal-ġebla tal-ġir jitfaċċaw mill-oċean u huma miksija b'veġetazzjoni densa tal-ġungla. Diversi gżejjer huma vojta minn ġewwa, u b'hekk jinħolqu għerien enormi.[8] | |
Raħal Antik ta' Hội An | Quảng Nam | kulturali: (ii), (v) | — | 1999 | Ir-raħal antik ta' Hội An jinsab qrib il-bokka tax-xmara Thu Bồn u fih diversi binjiet b'qafas tal-injam, li jinkludu monumenti arkitettoniċi, suq fil-beraħ u moll tal-laneċ. L-arkitettura tiegħu tirrifletti taħlita ta' influwenzi indiġeni u barranin mill-kulturi Ċiniżi, Ġappuniżi u Ewropej. Huwa eżempju ta' port kummerċjali tax-Xlokk tal-Asja li jmur lura għas-sekli 15 sa 19.[9] | |
Santwarju ta' Mỹ Sơn | Quảng Nam | kulturali: (ii), (iii) | — | 1999 | Mỹ Sơn huwa raggruppament ta' tempji Induisti abbandunati u parzjalment fi stat ta' fdalijiet, li nbnew bejn is-seklu 4 u s-seklu 13 mir-rejiet ta' Champa. It-tempji huma ddedikati għall-qima tad-divinità Induista, Xiva. Is-sit jirrifletti l-ħajja spiritwali u politika fir-Renju ta' Champa.[10] | |
Park Nazzjonali ta' Phong Nha – Kẻ Bàng | Quảng Bình | naturali: (viii), (ix), (x) | — | 2003 | Il-Park Nazzjonali ta' Phong Nha – Kẻ Bàng jinsab f'nofs il-Katina Muntanjuża ta' Annamite u jikkondividi l-konfini tiegħu mal-Park Nazzjonali ta' Hin Namno fil-Laos lejn il-Punent. Il-Park Nazzjonali ta' Phong Nha – Kẻ Bàng għandu ekosistema karstika tal-ġebla tal-ġir b'bijodiversità kbira, b'ħabitats terrestri u akkwatiċi, foresti, savanna, u għerien kbar. L-Għar ta' Sơn Đoòng jitqies li għandu l-ikbar passaġġ f'għar naturali fid-dinja.[11] | |
Kumpless tal-Pajsaġġ ta' Tràng An | Ninh Bình | imħallat: (v), (vii), (viii) | — | 2016 | Tràng An hija żona xenika li tinsab fil-marġni tan-Nofsinhar tad-Delta tax-Xmara Ħamra. Fiha qċaċet karstiċi tal-ġebla tal-ġir bil-widien. Hemm traċċi arkeoloġiċi ta' attività umana għal iktar minn 30,000 sena, li tmur lura għan-Neolitiku u għal Żmien il-Bronż. Hoa Lư kienet il-belt kapitali antika tal-Vjetnam, li ġiet stabbilita fis-sekli 10 u 11.[12] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Viet Nam - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Central Sector of the Imperial Citadel of Thang Long - Hanoi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Citadel of the Ho Dynasty". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Complex of Hué Monuments". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ha Long Bay". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hoi An Ancient Town". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "My Son Sanctuary". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Phong Nha-Ke Bang National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Trang An Landscape Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.