Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Montenegro

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Montenegro

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Montenegro, li ddikjara l-indipendenza tiegħu fl-2006 wara x-xoljiment tal-Jugoslavja u s-Serbja u l-Montenegro, iffirma l-Konvenzjoni fit-3 ta' Ġunju 2006.[3]

Durmitor

Mill-2018, il-Montenegro għandu erba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit fil-Montenegro li żdied mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kien ir-Reġjun Naturali, Kulturali u Storiku ta' Kotor, li tniżżel fit-tielet Sessjoni tal-UNESCO fl-1979. Il-Park Nazzjonali ta' Durmitor tniżżel fl-1980 u ġie estiż fl-2005. Dawn iż-żewġ siti tniżżlu fil-lista meta l-Montenegro kien għadu parti mill-Jugoslavja. Barra minn hekk, hemm ukoll żewġ siti transnazzjonali. Is-sit taċ-Ċimiterji tal-Oqbra Medjevali magħrufa bħala Stećci, li tniżżel fl-2016, huwa kondiviż mal-Bożnija-Ħerzegovina, mal-Kroazja u mas-Serbja, filwaqt li s-sit tal-Opri Venezjani tad-Difiża bejn is-sekli 15 u 17: Stato da TerraStato da Mar tal-Punent huwa kondiviż mal-Kroazja u mal-Italja. Il-Park Nazzjonali ta' Durmitor tniżżel bħala sit naturali filwaqt li t-tliet siti l-oħra tniżżlu bħala siti kulturali.

Meta tniżżel fl-1979, is-sit tar-Reġjun Naturali, Kulturali u Storiku ta' Kotor ġie elenkat minnufih fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu, minħabba l-ħsarat li ġarrab f'terremot ta' 6.9 Mw li affettwa ż-żona fil-bidu ta' dik is-sena stess. Wara r-restawr, li l-biċċa l-kbira tiegħu ġie ffinanzjat mill-UNESCO, is-sit tneħħa mil-lista tas-siti fil-periklu fl-2003.[4]

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[5]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post (muniċipalità) Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Reġjun Naturali, Kulturali u Storiku ta' Kotor   Kotor, Herceg Novi, Tivat 1979 i, ii, iii, iv (kulturali) Il-Bajja ta' Kotor, port naturali strateġiku fil-Lvant tal-Baħar Adrijatiku, kienet ċentru importanti tal-arti u tal-kummerċ matul il-Medju Evu. Il-valur tar-reġjun huwa integrat fil-kwalità tal-arkitettura tal-bliet iffortifikati u miftuħa, tal-insedjamenti, tal-palazzi u tal-kumplessi monastiċi, kif ukoll l-integrazzjoni tagħhom fil-pajsaġġ imtarraġ ikkultivat fuq ix-xaqlibiet tal-għoljiet tal-blat għoljin. Is-sit jinkludi l-bliet ta' Kotor, Perast u Risan, kif ukoll il-fortifikazzjonijiet ta' Kotor. Bejn l-1979 u l-2003, is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu minħabba li ħsara li ġarrab mit-terremot tal-1979 tal-Montenegro. Fl-2012 u fl-2015 saru xi modifiki minuri fil-konfini taż-żona ta' lqugħ tas-sit.[6]
Park Nazzjonali ta' Durmitor   Žabljak 1980 vii, viii, x (naturali) Durmitor hija katina muntanjuża tal-ġebla tal-ġir li tifforma parti mill-Alpi Dinariċi. Issawret permezz tal-glaċieri u mimlija kanjons bix-xmajjar. Il-Kanjon tax-xmara Tara għandhom l-iżjed fniedaq tax-xmajjar fondi fl-Ewropa, ta' madwar 1,300 metru (4,300 pied). Hemm 18-il lag glaċjali fil- park u l-ikbar wieħed huwa l-Lag l-Iswed. Il-Park Nazzjonali ta' Durmitor huwa wkoll post importanti għall-bijodiversità.[7] Wara li s-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980, il-konfini taż-żona ta' lqugħ tas-sit ġew immodifikati fl-2005 biex ikunu l-istess bħall-konfini tal-park nazzjonali.[8]
Ċimiterji tal-Oqbra Medjevali magħrufa bħala Stećci*   Žabljak, Plužine 2016 iii, vi (kulturali) L-iStećci (singular: stećak) huma l-oqbra monolitiċi Medjevali li jinsabu fil-Bożnija-Ħerzegovina kif ukoll f'partijiet tal-Kroazja, tas-Serbja u tal-Montenegro. Tfaċċaw għall-ewwel darba fis-seklu 12 u laħqu l-qofol tagħhom fis-sekli 14 u 15. Fil-Montenegro hemm tliet siti, tnejn f'Žabljak u wieħed f'Plužine.[9]
Opri Venezjani tad-Difiża bejn is-sekli 15 u 17: Stato da TerraStato da Mar tal-Punent*   Kotor 2017 iii, iv (kulturali) Dan is-sit huwa magħmul minn sitt komponenti ta' opri tad-difiża fl-Italja, fil-Kroazja u fil-Montenegro, tul iktar minn 1,000 kilometru bejn ir-reġjun tal-Lombardia fl-Italja u l-Lvant tal-Kosta Adrijatika. Id-disinn tal-fortifikazzjonijiet (imlaqqmin alla moderna) ħabat mal-introduzzjoni tal-porvli fil-gwerer, li wasslet għal bidliet sinifikanti fit-tekniki u fl-arkitettura militari. Il-fortifikazzjonijiet ta' Kotor huma parti minn dan is-sit fil-Montenegro.[10]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Montenegro - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2017-12-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-12-19. Miġbur 2022-04-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "WHC-03/27.COM/24. UNESCO World Heritage Centre" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2017-07-09. Miġbur 2022-04-26.
  5. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-04-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Natural and Culturo-Historical Region of Kotor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-26.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Durmitor National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-26.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "29 COM 8B.15 - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-26.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Stećci Medieval Tombstone Graveyards". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-26.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Venetian Works of Defence between the 16th and 17th Centuries: <em>Stato da Terra</em> – Western <em>Stato da Mar</em>". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-26.