Stećak
Stećak (biċ-Ċirilliku Serbjan: Стећак, pronunzjata [stěːtɕak]) jew Stećci fil-plural (biċ-Ċirilliku Serbjan: Стећци, pronunzjata [stěːtɕtsi]) huwa l-isem mogħti lill-oqbra Medjevali monumentali li jinsabu mifruxa madwar il-Bożnija-Ħerzegovina, u partijiet fil-fruntiera tal-Kroazja, tal-Montenegro u tas-Serbja. Huwa stmat li 60,000 stećak jinsabu fi ħdan il-fruntieri tal-Bożnija-Ħerzegovina moderna u l-10,000 stećak l-oħra jinsabu fit-territorji attwali tal-Kroazja (4,400), tal-Montenegro (3,500), u tas-Serbja (2,100), f'iktar minn 3,300 sit differenti, b'iżjed minn 90 % minnhom f'kundizzjoni mwiegħra.[1][2]
Tfaċċaw f'nofs is-seklu 12, bl-ewwel fażi fis-seklu 13, id-drawwa tal-qtugħ u tal-użu tal-istećci laħqet il-qofol tagħha fis-sekli 14 u 15, qabel ma spiċċat għalkollox fil-bidu nett tas-seklu 16 matul il-ħakma Ottomana tal-Bożnija-Ħerzegovina. L-istećci kienu tradizzjoni komuni fost il-fidili Kattoliċi u Ortodossi Bożnijaċi[3], u kienu jintużaw kemm mill-popolazzjoni Slava kif ukoll minn dik Vlach.[4][5]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIċ-Ċimiterji tal-Oqbra Medjevali magħrufa bħala Stećci ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-15 ta' Lulju 2016, b'għażla ta' madwar 4,000 qabar individwali, miġbura f'diversi nekropoli fi 28 sit: 22 sit fil-Bożnija-Ħerzegovina, żewġ siti fil-Kroazja, tliet siti fil-Montenegro, u tliet siti fis-Serbja.[6] L-iżjed sit li għandu kollezzjoni ppreservata tajjeb ta' dawn l-oqbra huwa dak ta' Radimlja, fil-Punent ta' Stolac fil-Bożnija-Ħerzegovina.[7]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[7]
Din li ġejja hija l-lista ta' ċimiterji jew nekropoli li jiffurmaw parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO:
Kodiċi | Sit | Post | Pajjiż | Żona protetta | Żona ta' lqugħ | Koordinati | Ritratt |
1504-001 | Radimlja | Stolac | Bożnija-Ħerzogovina | 1.48 | 51.22 | 43°05′32″N 17°55′27″E / 43.0922°N 17.9241°E | |
1504-002 | Grčka glavica fil-villaġġ ta' Biskup | Konjic | Bożnija-Ħerzogovina | 0.26 | 2.34 | 43°29′48″N 18°07′18″E / 43.4967°N 18.1217°E | |
1504-003 | Kalufi f'Krekovi | Nevesinje | Bożnija-Ħerzogovina | 1.99 | 9.98 | 43°18′48″N 18°11′47″E / 43.3132°N 18.1965°E | |
1504-004 | Borak fil-villaġġ ta' Burati | Rogatica | Bożnija-Ħerzogovina | 3 | 4.6 | 43°50′13″N 18°53′04″E / 43.8369°N 18.8845°E | |
1504-005 | Maculje | Novi Travnik | Bożnija-Ħerzogovina | 0.6 | 17.23 | 44°03′02″N 17°40′30″E / 44.0506°N 17.675°E | |
1504-006 | Dugo polje qrib Blidinje | Jablanica | Bożnija-Ħerzogovina | 0.65 | 35.02 | 43°39′48″N 17°32′35″E / 43.6632°N 17.5431°E | |
1504-007 | Gvozno | Kalinovik | Bożnija-Ħerzogovina | 0.27 | 7.1 | 43°33′28″N 18°26′18″E / 43.5577°N 18.4383°E | |
1504-008 | Grebnice f'Radmilovića Dubrava, Baljci | Bileća | Bożnija-Ħerzogovina | 1.18 | 2.5 | 42°54′17″N 18°27′52″E / 42.9046°N 18.4644°E | |
1504-009 | Bijača | Ljubuški | Bożnija-Ħerzogovina | 0.22 | 4.7 | 43°07′45″N 17°35′37″E / 43.1291°N 17.5936°E | |
1504-010 | Olovci | Kladanj | Bożnija-Ħerzogovina | 0.06 | 4.32 | 44°17′16″N 18°38′52″E / 44.2878°N 18.6478°E | |
1504-011 | Mramor f'Musići | Olovo | Bożnija-Ħerzogovina | 0.51 | 5.45 | 44°06′26″N 18°31′15″E / 44.1072°N 18.5208°E | |
1504-012 | Kučarin f'Hrančići | Goražde | Bożnija-Ħerzogovina | 2.38 | 11.86 | 43°40′57″N 18°45′34″E / 43.6826°N 18.7594°E | |
1504-013 | Boljuni | Stolac | Bożnija-Ħerzogovina | 1.06 | 1.35 | 43°01′40″N 17°52′29″E / 43.0279°N 17.8748°E | |
1504-014 | Dolovi fil-villaġġ ta' Umoljani | Trnovo | Bożnija-Ħerzogovina | 22.38 | 31.56 | 43°39′18″N 18°14′13″E / 43.6551°N 18.237°E | |
1504-015 | Luburića polje | Sokolac | Bożnija-Ħerzogovina | 3 | 4.6 | 43°57′28″N 18°50′34″E / 43.9579°N 18.8429°E | |
1504-016 | Potkuk f'Bitunja | Berkovići | Bożnija-Ħerzogovina | 1.06 | 5.1 | 43°06′36″N 18°07′44″E / 43.11°N 18.129°E | |
1504-017 | Bečani | Šekovići | Bożnija-Ħerzogovina | 0.39 | 2.1 | 44°19′40″N 18°50′42″E / 44.3278°N 18.8449°E | |
1504-018 | Mramor f'Vrbica | Foča | Bożnija-Ħerzogovina | 2.22 | 2.79 | 43°23′25″N 18°56′35″E / 43.3903°N 18.9431°E | |
1504-019 | Čengića Bara | Kalinovik | Bożnija-Ħerzogovina | 0.38 | 1.9 | 43°25′15″N 18°24′07″E / 43.4208°N 18.402°E | |
1504-020 | Ravanjska Vrata | Kupres | Bożnija-Ħerzogovina | 1.51 | 21 | 43°51′48″N 17°18′46″E / 43.8633°N 17.3127°E | |
1504-021 | Velika u Mala Crljivica | Cista Provo | Kroazja | 2.06 | 8.02 | 43°30′55″N 16°55′38″E / 43.5154°N 16.9272°E | |
1504-022 | Santa Barbara f' Dubravka | Konavle | Kroazja | 0.17 | 9.63 | 42°32′30″N 18°25′21″E / 42.5418°N 18.4224°E | |
1504-023 | Grčko groblje | Žabljak | Montenegro | 0.1 | 7.49 | 43°05′41″N 19°08′57″E / 43.0948°N 19.1492°E | |
1504-024 | Bare Žugića | Žabljak | Montenegro | 0.42 | 3.01 | 43°06′27″N 19°10′05″E / 43.1076°N 19.1681°E | |
1504-025 | Grčko groblje | Plužine | Montenegro | 0.05 | 0.77 | 43°20′30″N 18°51′26″E / 43.3417°N 18.8573°E | |
1504-026 | Mramorje f'Perućac | Bajina Bašta | Serbja | 0.55 | 17.85 | 43°57′28″N 19°25′49″E / 43.9578°N 19.4303°E | |
1504-027 | Mramorje f'Rastište | Bajina Bašta | Serbja | 0.33 | 23 | 43°56′45″N 19°21′13″E / 43.9458°N 19.3536°E | |
1504-028 | Grčko groblje f'Hrta | Prijepolje | Serbja | 0.87 | 24.75 | 43°17′56″N 19°37′28″E / 43.2989°N 19.6244°E |
Referenzi
immodifika- ^ "Joint Nomination for Inclusion of Stećci - Medieval Tombstones in the World Heritage List | United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization". web.archive.org. 2016-04-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-14. Miġbur 2022-08-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Welle (www.dw.com), Deutsche. "Čiji su naši stećci? | DW | 23.11.2014". DW.COM (bil-Bożnijaku). Miġbur 2022-08-13.
- ^ "Bosnia Report - July - September 2000". web.archive.org. 2016-03-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2022-08-13.
- ^ Lovrenović, Dubravko (2013). Stećci: Bosansko i humsko mramorje srednjeg vijeka [Stećci: Bosnian and Hum marbles from Middle Age] (bil-Kroat). Ljevak. ISBN 978-9533035468. pp. 52, 72, 176, 307.
- ^ Trako, Redžo (2011). "Stećci: Božanska igra brojki i slova" [Stećci: Divine game of numbers and letters]. Socijalna Ekologija (in Croatian). Zagreb: Croatian Sociological Society, Institute of Sociology at Faculty of Philosophy, University of Zagreb. 20 (1): 71–84. pp. 71-72, 73-74.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "40 COM 8B.24 - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Stećci Medieval Tombstone Graveyards". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-13.