Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Litwanja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2]
Il-Litwanja ffirmat il-Konvenzjoni fil-31 ta' Marzu 1992, u b'hekk is-siti naturali u storiċi tagħha saru eliġibbli biex jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit Litwan li żdied fil-lista kien iċ-Ċentru Storiku ta' Vilnius fl-1994. Fis-sena 2000, fl-2004 u fl-2005 żdiedu tliet siti oħra. B'kollox hemm erba' siti Litwani fuq il-lista u kollha huma siti kulturali.[3][4][5] Żewġ siti huma transnazzjonali: l-Istmu Kuronjan huwa kondiviż mar-Russja u l-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa kondiviż ma' disa' pajjiżi oħra.[6]
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[7]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Ċentru Storiku ta' Vilnius | Vilnius | 1994 | ii, iv (kulturali) | Vilnius kienet iċ-ċentru politiku tal-Gran Dukat tal-Litwanja mis-seklu 13 sas-seklu 18. Iċ-ċentru storiku jinkludi ż-żoni tal-Kumpless tal-Kastell ta' Vilnius (tliet kastelli; l-ewwel wieħed imur lura għall-ħabta tas-sena 1000); u ż-żona li kienet imdawra b'sur fil-Medju Evu. Il-konfigurazzjoni tat-toroq hija radjali, u toriġina mis-sit tal-kastell oriġinali. Minkejja l-invażjonijiet u l-qerda parzjali, il-belt ippreservat għadd kbir ta' binjiet Gotiċi, Rinaxximentali, Barokki u Neoklassiċi. Fost is-siti storiċi hemm il-Pjazza tal-Katidral, il-Muniċipju, u l-kumpless tal-Università ta' Vilnius.[8] | |
Istmu Kuronjan* | Distrett ta' Neringa u Klaipėda | 2000 | v (kulturali) | L-Istmu Kuronjan huwa għaram tar-ramel twil 98 kilometru (istmu tar-ramel) li jissepara l-Laguna Kuronjana mill-Baħar Baltiku, ilu abitat mill-preistorja. Attivitajiet intensivi ta' qtugħ tas-siġar fis-sekli 17 u 18 wasslu biex l-għaram tar-ramel iċċaqilqu lejn il-Laguna, u f'dan il-proċess difnu l-eqdem insedjamenti. Ix-xogħol ta' stabilizzazzjoni tad-duni beda fis-seklu 19 u għadu għaddej. Jinkludi l-bini ta' xifer protettiv tad-duni, kif ukoll it-tħawwil tas-siġer u tas-sies tax-xitel. Maż-żmien, uħud mill-villaġġi antiki tas-sajjieda ġew ittrasformati f'postijiet turistiċi, bil-fanali, il-mollijiet, il-knejjes, l-iskejjel u l-vilel li saru attrazzjonijiet turistiċi. Iż-żona hija importanti wkoll għall-flora u għall-fawna ta' fuq ir-ramel, u bħala sit tal-passa tal-għasafar. Il-parti tat-Tramuntana tal-Istmu tinsab fil-Litwanja, filwaqt li l-parti tan-Nofsinhar tinsab fl-Oblast ta' Kaliningrad, ir-Russja.[9] | |
Sit Arkeoloġiku ta' Kernavė (Riżerva Kulturali ta' Kernavė) | Distrett ta' Širvintos | 2004 | iii, iv (kulturali) | Iż-żona madwar Kernavė ilha abitata b'mod kontinwu mid-disa' jew it-tmien millenju Q.K., u hemm diversi saffi ta' sejbiet arkeoloġiċi minn perjodi differenti. L-iżjed fdalijiet prominenti huma dawk tal-Medju Evu, mis-seklu 13, meta Kernavė kien raħal fewdali importanti. Kellu sistema estensiva ta' fortifikazzjonijiet, u xi partijiet minnhom (ħames fortijiet fl-għoljiet) għadhom viżibbli sa llum. Ir-raħal inqered mill-Ordni Tewtonika fl-aħħar tas-seklu 14 iżda n-nies baqgħu jgħixu fiż-żona saż-żminijiet moderni. Fl-1989 ġiet stabbilita riżerva kulturali.[10] | |
Ark Ġeodetiku ta' Struve* | Panemunėlis, Nemenčinė, Nemėžis | 2005 | ii, iii, vi
(kulturali) |
L-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa serje ta' punti ta' triangulazzjoni, mifruxa fuq distanza ta' iżjed minn 2,820 kilometru minn Hammerfest fin-Norveġja sal-Baħar l-Iswed. Il-punti ġew stabbiliti fi stħarriġ mill-astronomu Friedrich Georg Wilhelm Struve li kien l-ewwel wieħed li wettaq kejl bir-reqqa ta' segment twil tal-meridjan – u miegħu anke d-daqs u l-għamla tad-Dinja. Oriġinarjament, kien hemm 165 punt b'kollox. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi 34 punt f'għaxar pajjiżi (mit-Tramuntana għan-Nofsinhar: in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Russja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Belarussja, il-Moldova, l-Ukrajna), u tliet punti minnhom jinsabu fil-Litwanja. Fir-ritratt jidher is-sit ta' Meškonys fil-Litwanja.[11] | |
Kaunas Modernista: Arkitettura Ottimista, 1919-1939 | Kaunas | 2023 | iv (kulturali) | Matul il-perjodu bejn il-gwerer dinjin, il-belt kapitali storika tal-Litwanja, Vilnius, inħakmet mill-Polonja, u Kaunas ġiet ddeżinjata il-belt kapitali temporanja. Din skattat żieda ta' kostruzzjoni u l-infrastruttura vitali kollha kellha tinbena għal pajjiż ġdid. L-istil arkitettoniku żewweġ it-tradizzjonijiet nazzjonali u mat-tradizzjonijiet nazzjonali u l-influwenzi kontemporanji minn barra l-pajjiż biex jifforma skola lokali tal-Moderniżmu. Iktar minn 6,000 binja minn dak iż-żmien għadhom jeżistu, inkluż il-Knisja ta' Kristu Rxoxt, l-Uffiċċju Ċentrali tal-Posta (fl-istampa), il-Bank tal-Litwanja, u l-Binja tal-Klabb tal-Uffiċjali.[12] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Sites In Lithuania - WorldAtlas.com". web.archive.org. 2016-12-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-12-16. Miġbur 2022-04-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO sites in Lithuania | True Lithuania". web.archive.org. 2017-04-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-04-01. Miġbur 2022-04-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Lithuania | UNESCO World Heritage sites to visit in Lithuania". web.archive.org. 2020-07-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-07-20. Miġbur 2022-04-24.
- ^ "Lithuania - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2006-01-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2006-01-06. Miġbur 2022-04-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Vilnius Historic Centre". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-24.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Curonian Spit". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-24.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kernavė Archaeological Site (Cultural Reserve of Kernavė)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-24.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Struve Geodetic Arc". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-24.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Modernist Kaunas: Architecture of Optimism, 1919-1939". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.