KV Mechelen
Yellow Red Koninklijke Voetbalclub Mechelen[1] (spiss sempliċement imsejħa KV Mechelen jew KV, jew mill-ismija Franċiż preċedenti tagħhom FC Malinois), huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Mechelen fil-provinċja ta' Antwerp. KV Mechelen jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana. Huma rebħu erba kampjonati Belġjani u Tazza Belġjana waħda, kif ukoll it-Tazza tat-Tazez Ewropej 1987-88. Huma ġabru l-unuri kollha tagħhom fl-1940ijiet u fit-1980ijiet.
Isem sħiħ |
Yellow Red Koninklijke Voetbalclub Mechelen | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra | De Kakkers | ||
Fundazzjoni | 1904 | ||
Grawnd | Argosstadion Achter de Kazerne, Mechelen | ||
Kowċ | Besnik Hasi (en) | ||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni | ||
| |||
Sit uffiċjali |
KV Mechelen twaqqaf fl-1904 u fl-istaġun 1921–22, ġew promoss għall-ewwel diviżjoni. Wara żewġ relegazzjoni u promozzjoni suċċessivi, dawn kienu lura għat-tajjeb bejn l-istaġuni 1928–29 u 1955–56. Fis-1960ijiet u fis-1970ijiet, il-klabb kellhu diversi promozzjonijiet u relegazzjonijiet bejn l-ewwel u tieni diviżjoni. Mill-1983–84 sal-1996–97, huma kellhom perjodu ta' suċċess fl-ewwel diviżjoni, b'titolu u diversi finituri fit-tieni u t-tielet post. Matul dak il-perjodu, huma rebħu wkoll it-Tazza tat-Tazez Ewropej u dawn laħqu semi-finali fl-istess kompetizzjoni kif ukoll il-kwarti tal-finali tat-Tazza Ewropea. KV Mechelen eventwalment naqsu fl-aħħar tad-1990ijiet, għalkemm kellhom żewġt perjodi aktar fl-ogħla livell mill-1999–2000 sal-2000–01 u fl-2002–03. Fl-aħħar ta' dak l-istaġun, il-klabb ma rċievix il-Liċenzja Belġjana tal-futbol professjonali, u għalhekk dawn kienu relegati għat-tielet diviżjoni. Wara żewġ promozzjonijiet fl-istaġuni 2004–05 u 2006–07, KV Mechelen waslu lura għall-ewwel diviżjoni.
Il-klabb jilbes flokkijiet sofor bl-istrixxi ħomor b'xorts u kalzetti suwed. Huma jilgħabu l-logħob f'darħom fl-Argosstadion Achter de Kazerne, fejn Argos huwa l-isponsor tal-grawnd tagħhom u Achter de Kazerne tfisser Behind the Barracks. Il-grawnd ġie msemmi hekk minħabba kwartieri użati viċin il-grawnd. Il-partitarji ta' KV Mechelen għandhom rivalità fit-tul ma' KRC Mechelen.
Storja
immodifikaIl-klabb kien twaqqaf fl-1904, ftit xhur wara t-twelid tar-rivali KRC Mechelen. Il-klabb kellu l-ewwel perjodu ta' suċċess fl-1940ijiet. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1943, il-klabb rebaħ l-ewwel titlu domestiku tiegħu. It-tieni titolu wasal ftit snin wara, fl-1946, u fl-1948 il-klabb kien ta' suċċess mill-ġdid. Wara dan, il-klabb waqa lura. Fl-1954, huma rnexxielhom jispiċċaw it-tielet, punt wieħed biss wara ċ-ċampjins RSC Anderlecht, iżda kien l-aħħar staġun tajjeb tagħhom. Sentejn wara, Mechelen ġew relegati għat-tieni diviżjoni. Matul is-60ijiet u s-70ijiet, Mechelen marru l-fuq u l isfel bejn l-ewwel u t-tieni diviżjoni.
Il-klabb gawda perjodu suċċessiv kemm domestiku u kemm Ewropew bejn is-snin 1987–1992. Matul dawn il-5 istaġuni, Mechelen rebħu kampjonat Belġjan u titolu tat-tazza Belġjana. Huma wkoll lestew it-tieni fil-kampjonat Belġjan darbtejn u tilfu l-finali tat-tazza Belġjana darbtejn. Wara li rebħu it-titolu tat-tazza domestika fl-1987, huma kkwalifikaw għat-Tazza tat-Tazez Ewropej, huma lestew il-kisba straordinarja billi rebħu dan it-turnew fl-1988. Mechelen huwa l-aħħar tim Belġjan li rebaħ trofew Ewropew.
KV Mechelen deher li kien fit-triq tiegħu li ssir wieħed mill-aqwa klabbs fil-Belġju, iżda malajr naqsu meta ċ-ċermen tagħhom Cordier (li ġab il-proprjetà tad-drittijiet għal ħafna plejers) kien imġiegħel biex ibiegħ ħafna plejers minħabba riżultati ħżiena tal-kumpanija tiegħu. Fl-10 ta' Ġunju 2007, it-tim kiseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni Belġjana. Sentejn wara fl-2009, KV Mechelen lagħbu l-finali tat-Tazza Belġjana, iżda sfortunatament tilfu 2–0 kontra KRC Genk. Sena wara dan, huma tilfu fis-semi finali bid-dro ta' 2–2 u 1–0 kontra KAA Gent. Wara suċċess li għamel fl-2010 u erba' staġuni għall-Mechelen, il-kowċ Peter Maes iddeċieda li jħalli u ffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sporting Lokeren. Malinwa għamel ftehim ma' Marc Brys biex jieħu f'idejha il-kariga ta' Maes.
Unuri
immodifikaDomestiċi
immodifika- L-Ewwel Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (4): 1942–43, 1945–46, 1947–48, 1988–89
- It-Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (6): 1925–26, 1927–28, 1962–63, 1982–83, 1998–99, 2001–02
- Rawnd finali tat-Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (2): 1981, 2007
- It-Tielet Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (1): 2004–05
- Tazza Belġjana:
- Rebbieħa (2): 1986–87, 2018-19
Internazzjonali
immodifika- Tazza tat-Tazez Ewropej:
- Rebbieħa (1): 1987–88
- UEFA Super Cup:
- Rebbieħa (1): 1988
- Trofew Joan Gamper:
- Rebbieħa (1): 1989
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
immodifika- Minn Diċembru, 2008.
Kompetizzjoni | A | L | R | P | T | GF | GK |
---|---|---|---|---|---|---|---|
Tazza Ewropea / UEFA Champions League | 1 | 6 | 2 | 3 | 1 | 9 | 3 |
Tazza tat-Tazez Ewropej | 2 | 17 | 13 | 3 | 1 | 26 | 8 |
UEFA Cup / UEFA Europa League | 4 | 14 | 3 | 5 | 6 | 14 | 15 |
UEFA Super Cup | 1 | 2 | 1 | 0 | 1 | 3 | 1 |
Logħob
immodifika- K = rawnd tal-kwalifikazzjoni
- R = rawnd
- Grupp = fażi tal-gruppi / Grupp 1 = l-ewwel fażi tal-grupp / Grupp 2 = it-tieni fażi tal-grupp
- 1/8 = l-aħħar tminja / 1/4 = kwarti tal-finali / 1/2 = semi-finali
- F = finali
- PKU = punti tal-koeffiċjent tal-UEFA
- PO = Play-Offs
Staġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Riżultat |
---|---|---|---|---|---|
1987–88 | Tazza tat-Tazez Ewropej | 1R | Dinamo Bucureşti | 1–0, 2-0 | |
2R | St. Mirren | 0–0, 2-0 | |||
1/4 | Dinamo Minsk | 1–0, 1-1 | |||
1/2 | Atalanta | 2–1, 2-1 | |||
F | Ajax | 1–0 | |||
1988 | UEFA Super Cup | F | PSV | 3–0, 0-1 | |
1988–89 | Tazza tat-Tazez Ewropej | 1R | Avenir Beggen | 5–0, 3-1 | |
2R | Anderlecht | 1–0, 2-0 | |||
1/4 | Eintracht Frankfurt | 1–0, 0-0 | |||
1/2 | Sampdoria | 2–1, 0-3 | |||
1989–90 | Tazza Ewropea | 1R | Rosenborg | 5–0, 0-0 | |
2R | Malmö FF | 4–1, 0-0 | |||
1/4 | Milan | 0–0, 0-2 (ĦS) | |||
1990–91 | UEFA Cup | 1R | Sporting CP | 2–2, 0-1 | |
1991–92 | UEFA Cup | 1R | PAOK | 0–1, 1-1 | |
1992–93 | UEFA Cup | 1R | Örebro | 2–1, 0-0 | |
2R | Vitesse | 0–1, 0-1 | |||
1993–94 | UEFA Cup | 1R | IFK Norrköping | 1–1 (ĦS), 1-0 | |
2R | MTK Hungária | 5–0, 1-1 | |||
3R | Cagliari | 1–3, 0-2 |
Sommarju tal-aħjar riżultati
immodifika(2 tazez)
Tazza Ewropea/UEFA Champions League:
- - kwarti-finalisti fl-1990
- - rebbieħa fl-1988
- - semi-finalisti fl-1989
UEFA Super Cup (1):
- - rebbieħa fl-1988
Kowċis
immodifika
|
|
Referenzi
immodifika- ^ INFO EN CONTACT (NL)
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': KV Mechelen |
- (NL) Sit Uffiċjali
- (NL) Sit tal-partitarji
- KV Mechelen fuq EUFO.DE
- KV Mechelen fuq Weltfussball.de
- KV Mechelen fuq Transfermarkt.de
- KV Mechelen fuq Football Squads.co.uk
- KV Mechelen fuq National Football Teams.com
- KV Mechelen fuq Football-Lineups.com