Park Ji-Sung
Park Ji-Sung (bil-Korean: 박지성; twieled fil-25 ta' Frar 1981) huwa eks-plejer tal-futbol mill-Korea t'Isfel. Hu hu meqjus fost l-aqwa plejers Ażjatiċi tal-istorja, fejn hu l-ewwel plejer Sud-Korean li qatt rebaħ il-UEFA Champions League u l-ewwel Ażjatiku li qatt lagħab f'finali tal-istess turnew. Fuq livell internazzjonali, għal numru ta' snin ifforma pedina indispensabbli tat-tim nazzjonali fejn ġabar 100 dehra, qabel ma rtira fl-2011.
Park ma' Manchester United fl-2010 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Park Ji-Sung | ||
Twelid | 25 ta' Frar 1981 Seoul, Korea t'Isfel | ||
Tul | 1.75 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1997–2000 | Myongji University | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2000–2002 | Kyoto Purple Sanga | ||
2003–2005 | PSV Eindhoven | ||
2005–2012 | Manchester United | ||
2012–2014 | Queens Park Rangers | ||
2013–2014 | → PSV Eindhoven (self) | ||
Tim nazzjonali | |||
2000–2011 | Korea t'Isfel |
Karriera
immodifikaBidu tal-karriera
immodifikaPark twieled fl-akkwati ta' Geheung. Meta kien għadu fl-iskola sekondarja, Park ma ġiex aċċettat minn diversi klabbs professjonali minħabba l-istatura tiegħu. Park spiċċa jilgħab ma' Myongji University. Matul il-karriera fil-kulleġġ, Kyoto Purple Sanga tal-Ġappun offrewlu kuntratt u hu aċċetta.
Kyoto Purple Sanga
immodifikaPark iffirma mal-klabb Ġappuniż li kienu għadhom kemm ġew relegati għall-J2. Fl-2001 il-klabb rebaħ il-promozzjoni għall-ewwel diviżjons, u fis-sena ta' wara, Park mexxa lit-tim fil-finali tat-Tazza tal-Imperatur, fejn skorja l-gowl tal-pari permezz ta' daqqa ta' ras u assista lil Teruaki Kurobe għall-gowl tar-rebħa tal-finali. It-tim irnexxielu jirbaħ 2-1 biex saru ċ-ċampjins tat-Tazza tal-Imperatur għall-ewwel darba fl-istorja ta' Sanga. Din kellha tkun l-aħħar logħba tiegħu mat-tim Korean.
PSV Eindhoven
immodifikaWara t-Tazza tad-Dinja, Guus Hiddink ġie inkarigat bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim Olandiż ta' PSV Eindhoven. Fl-2003, Park u sieħbu Sud-Korean Lee Young-Pyo ittrasferixxew lejn PSV Eindhoven, fejn reġgħu ġew taħt id il-kowċ preċedenti tas-selezzjoni nazzjonali. Waqt li Lee mal-ewwel integra mat-tim titolari, Park bata daqxejn minħabba numru ta' problemi fiżiċi.
Madanakollu, lejn tmiem l-istaġun 2003–04, Park beda jadatta ruħu għall-ambjent ġewwa l-Olanda. Fl-istaġun 2004–05, it-tluq ta' Arjen Robben lejn Chelsea fetaħ il-bibien għal iktar opportunitajiet mal-ewwl ħdax għal Park u mal-ewwel wera x'kien jiswa. Flimkien ma' Johann Vogel, DaMarcus Beasley u l-Olandiżi Mark van Bommel u Philip Cocu, Park ifforma s-sinsla ta' nofs il-grawnd ta' PSV Eindhoven grazzi għall-veloċità tiegħu u l-abilità fil-passaġġi. Hekk kif irnexxielu jkun parti fundamentali wara l-gowls skurjati f'dak l-istaġun minn PSV, l-aktar mument importanti fil-karriera ta' Park ma' dan it-tim Olandiż kien meta skorja l-ewwel gowl kontra t-tim Taljan ta' AC Milan fis-semifinali taċ-Champions League. PSV minkejja li rebħu l-leg ġewwa darhom bl-iskor ta' 3–1, it-telfa barra minn darhom bl-iskor ta' 2–0 wasslet lill-Milan fil-finali taċ-Champions League.[1]
Manchester United
immodifikaFix-xhur tat-tmien tal-istaġun 2004–05, Park għażel li jingħaqad ma' Sir Alex Ferguson ta' Manchester United, li kien impressjonat bl-istil ta' logħob ta' Park. Park iffirma għat-tim tal-Premiership Ingliż għal £5 miljun, suġġett għat-test mediku u l-permess tax-xogħol.
Park sar l-ewwel plejer Ażjatiku li kien kaptan ta' Manchester United meta Ryan Giggs għadda l-faxxa lil Park hekk kif sostitwit fil-partita ġewwa darhom kontra Lille OSC. L-ewel gowl tiegħu għal Manchester United wasal fl-20 ta' Diċembru 2005, matul ir-rebħa bl-iskor ta' 3–1 fuq Birmingham City fil-kwarti tal-finali tal-League Cup. L-ewwel gowl fil-Premier League wasal kontra Arsenal, fir-rebħa li t-tim ta' United għamel kontra l-Gunners bl-iskor ta' 2–0 nhar id-9 ta' April.[2]
F'April 2007, Park intbagħat l-Amerika għal kirurġija minħabba uġigħ kontinwu f'irkopptu, fejn b'hekk temmlu l-istaġun. Minkejja li kien barra għal ħafna mill-istaġun, hu xorta lagħab biżżejjed partiti biex isir l-ewwel plejer Korean li rebaħ il-Premier League.
Fl-1 ta' Marzu 2008, Park skorja l-ewwel gowl fil-Premiership tal-istaġun 2007–08 kontra Fulham, wara li kien għadu kif irritorna minn diversi xhur barra mil-logħob. In-nuqqas ta' ħin ta' logħob ikkawżat kontroversja kbira fil-Korea,[3] imma rnexxielu jisraq l-applawżi permezz ta' prestazzjoni eċċellenti ikkaratterizzata minn assist għal Wayne Rooney fil-partita tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra AS Roma. Bil-progress ta' United għas-semifinali taċ-Champions League, Park sar l-ewwel plejer Ażjatiku li ħa sahem fis-semifinali taċ-Champions League tliet darbiet differenti. Fid-29 ta' April 2008, Manchester United avvanzaw għall-finali taċ-Champions League wara li għelbu lil Barcelona, fejn Park ġie ivvutat bħala l-Plejer tal-Partita. Fil-21 ta' Mejju, kienet sorpriża għal ħafna li Park ġie eskluż kompletament mill-iskwadra li kienet se taffaċċja lil Chelsea fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08. Kienu ħafnu li ħasbu li l-prestazzjonijiet ta' Park kontra Roma u Barcelona kienu tawh post garantit mal-ewwel ħdax fil-finali. B'din l-esklużjoni, Park naqas li jsir l-ewwel plejer mill-Asja li lagħab fil-finali taċ-Champions League. Wara, il-kowċ ta' Manchester United stqarr li d-deċiżjoni li jħalli lill-ġwejnħa Sud-Koreana barra mill-iskwadra ta' tmintax-il plejer għall-finali, kienet waħda mill-itqal deċiżjonijiet li hu qatt ħa matul il-karriera bħala kowċ.
Kmieni fl-istaġun 2008–09 tal-Premier League, fil-partita barra minn darhom kontra Chelsea, Park skorja l-uniku gowl għal United fil-pari finali ta' 1–1 nhar il-21 ta' Settembru 2008, f'partita fejn kiseb l-unur tal-Plejer tal-Partita.[4] Il-100 dehra tiegħu għal Manchester United waslet fit-13 ta' Diċembru 2008 meta beda l-partita f'White Hart Lane kontra Tottenham Hotspur.[5]
Internazzjonali
immodifikaPark beda l-karriera internazzjonali bħala ċentrali difensiv ta' dsatax-il sena. Park għamel l-ewwel apparenza fil-fażi ta' kwalifikazzjoni reġjonali għall-Olimpjadi ta' Sydney tas-sena 2000. Taħt Huh Jung-Moo, il-kowċ tal-Korea t'Isfel, hu ma rnexxielhux juri l-potenzjal bħala plejer regulari tal-futur għat-tim nazzjonali Sud-Korean. Madanakollu, taħt il-kowċ il-ġdid Guus Hiddink, il-pożizzjoni ta' Park ġiet mibdula għal dik ta' ġwejnħa. Minn dakinhar 'il quddiem, Park sar plejer versatili kapaċi li jilgħab f'diversi pożizzjonijiet ċentrali.
Park skorja gowl memorabbli matul it-Tazza tad-Dinja 2002. Matul il-fażi tal-gruppi, il-Korea t'Isfel rebħu l-ewwel logħba kontra l-Polonja u kisbu pari kontra l-Istati Uniti. Biex jikkwalifikaw riedu jiksbu tal-anqas pari kontra l-favorita Portugall. Il-partita kienet tinsab 0–0 sas-70 minuta wara żewġ karti ħomor kontra l-Portugall, meta Park skorja l-gowl rebbieħ, hekk kif ikkontrolla l-ballun b'sidru u wara li għeleb lil Sérgio Conceição, xuttja b'saqajh ix-xellugija dak il-gowl li ta lill-Ażjatiċi t-tliet punti. Dan il-gowl wassal ukoll għall-eliminazzjoni tal-Portugall u l-avvanz għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol tal-Korea t'Isfel fil-fażi eliminatorja tat-turnew.[6]
Is-suċċess fit-Tazza tad-Dinja kompla fl-edizzjoni tal-2006. Hu skorja l-gowl tal-pari fit-tieni logħba ta' Grupp Ġ kontra l-finalisti eventwali tal-kompetizzjoni, Franza, u kien ivvutat bħala l-Plejer tal-Partita. Fiż-żewġ edizzjonijiet, hu lagħab f'kull logħba tal-Korea t'Isfel.
Nhar il-11 ta' Ottubru 2008, hu kien kaptan għall-ewwel darba tal-Korea t'Isfel f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Użbekistan. Il-partita spiċċat 3–0 f'favur il-Korea.
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Kyoto Purple Sanga
- J. League Division 2: 2001
- Tazza tal-Imperatur: 2002
- PSV Eindhoven
- Eredivisie: 2004–05
- Tazza tal-Olanda: 2005
- Manchester United
- Premier League: 2006–07, 2007–08, 2008–09, 2010–11
- Football League Cup: 2005–06, 2008–09, 2009–10
- FA Community Shield: 2010, 2011
- UEFA Champions League: 2007–08
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs: 2008
Individwali
immodifika- Nominat fl-Unuri għall-klabbs tal-UEFA: 2005
- Kandidat għall-Ballun tad-Deheb: 2005
- L-Aktar Plejer ta' Valur fit-Tazza tal-Imperatur: 2002
- L-Aktar Plejer ta' Valur fil-J. League: 2001
- L-Aqwa Ħdax tal-UEFA Champions League: 2005
- L-Aqwa Ħdax tal-J. League: 2001, 2002
- L-Aqwa Plejer Ażjatiku fl-Ewropa skont FIFA.com: 2007
Referenzi
immodifika- ^ "PSV 3-1 AC Milan (agg: 3-3)" (bl-Ingliż). 2005-05-04. Miġbur 2008-11-17.
- ^ "Man Utd v Arsenal" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-08-01. Miġbur 2008-11-18.
- ^ "Park not on the list against Bolton" (bil-Korean). Sports Seoul. 2008-03-20. Miġbur 2008-11-18.
- ^ McNulty, Phil (2008-09-21). "Chelsea 1-1 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-11-18.
- ^ "Tottenham 0-0 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-12-13. Miġbur 2008-12-15.
- ^ "Portugal 0-1 South Korea" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-05-04. Miġbur 2008-12-22.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Park Ji-Sung (Park Ji-sung) |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Park Ji-Sung |
- Park Ji-Sung fuq Soccerbase
- Park Ji-Sung – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Park Ji-Sung – rekord fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA (arkivju)