Cercle Brugge KSV

(Rindirizzat minn Cercle Brugge)

Cercle Brugge Koninklijke Sportvereniging huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Bruges. Cercle bdew jilgħabu fil-Ewwel Diviżjoni mill-istaġun 2003-04, li qabel qattgħu bosta snin fit-Tieni Diviżjoni wara relegazzjoni fl-1997. Il-klabb jilgħab il-logħob f'daru fl-Istadju Jan Breydel, li huma jaqsmu mar-rivali ħarxa Club Brugge. Cercle Brugge rebħu l-ewwel titlu nazzjonali tagħhom fl-1911, u rebħu żewġ titli oħra (fl-1927 u l-1930) qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Huma rebħu wkoll it-Tazza Belġjana fl-1927 u l-1985, u kienu rrappreżentaw lil Belġju f'kompetizzjonijiet Ewropej f'diversi okkażjonijiet.

Cercle Brugge KSV
Isem sħiħ Cercle Brugge Koninklijke Sportvereniging
Ismijiet oħra Groen en Zwart (Ħodor u Suwed)
Fundazzjoni 9 ta' April, 1899
Grawnd Stadju Jan Breydel, Bruges
Proprjetarju AS Monaco FC (en) Translate
President Paul Vanhaecke
Kowċ Lorenzo Staelens
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Snin Bikrija (1899-1919)

immodifika

Il-klabb kien twaqqaf fid-9 ta' April, 1899 bħala Cercle Sportif Brugeois mill-eks studenti tal-Istitut San Francis Xavier, li huwa magħruf bħala De Frères (Malti: Il-Patrijiet) ġewwa Bruges. Oriġinarjament, l-organizzazzjoni iffokat fuq ħames tipijiet ta' sport: futbol, krikit, tennis, atletika u ċikliżmu.

Cercle Brugge sar membru tal-Federazzjoni tal-futbol Irjali tal-Belġju fl-1900 u kienu mogħtija in-numbru 12 tal-matricule. Fl-istess sena il-klabb mexxa għall-qasam tal-futbol ġdid Sint-Michiels, li kienet proprjetà ta' De Frères, għall-grawnd ġewwa Sint-Andries, li offra faċilitajiet aħjar u kien aktar viċin l-Istazzjon tal-ferrovija prinċipali ta' Brugge li jinsab fi Pjazza Zand. Cercle kisbu l-ewwel suċċess tagħhom fl-1902 meta rebħu t-Tazza Henri Fraeys, billu għelbu lil Olympique Iris Club Lillois (il-predeċessur ta' Lille OSC) u US Tourcoing. Wara li rebħu ċertu kompetizzjonijiet ta' ħbiberija, l-ewwel suċċess kbir tagħhom wasal, fejn huma rebħu l-ewwel titolu nazzjonali fl-istaġun 1910-11. Cercle ntemmu punt wieħed qabel ir-rivali prinċipali tagħhom FC Bruges, wara l-konfrontazzjoni tagħhom fuq l-aħħar ġimgħa tal-istaġun li spiċċaw fid-dro ta' 1-1.

Tlett snin wara, il-Futbol Belġjan kien devastat mill-Ewwel Gwerra Dinjija: Cercle tilfu żewġ plejers tal-ewwel tim, Louis Baes u Joseph Evrard, u l-istadju u l-faċilitajiet sofrew ħsara estensiva. L-eks plejer Alphonse Six ukoll tilef ħajtu.

Bini mill-ġdid (1919-1924)

immodifika

Cercle komplew il-futbol kompetittiv fl-1919 b'tim kważi kompletament ġdid. Louis Saeys kien l-uniku plejer li baqgħa fit-tim minn qabel il-gwerra. L-aspettattivi kienu baxxi, imma l-klabb spiċċa t-tielet fil-kampjonat. Fl-1921 il-klabb qajjem monument ta' tifkira ta' dawk il-plejers affiljati ma Cercle li mietu fl-Ewwel Gwerra Dinjija: il-kixef kien imħassar minn traġedja, meta biplane skedat li tar fuq il-grawnd bħala tribut u ġġarraf, li nqatlu iż-żewġ passiġġieri. Il-monument għadhu jeżisti u issa jinsab quddiem l-Istadju Jan Breydel.

Fl-1923 Cercle kabru l-faċilitajiet tal-istadju tagħhom mill-ġdid, li mexew 100 metru mill-grawnd il-qadim tagħhom għall-istadju mibni mil-ġdid. Dan il-grawnd, aktar tard imsemmi Stadju Edgard De Smedt, sar id-dar ta' Cercle għal aktar minn 50 sena.

Żewġ titli nazzjonali (1924-1930)

immodifika

Fl-1924 il-klabb bidel ismu minn Cercle Sportif Brugeois għal Royal Cercle Sportif Brugeois. Il-klabb imbarka fuq perjodu ta' suċċess, immexxija minn żewġ plejers ewlenin: l-internazzjonali Belġjan Florimond Vanhalme u l-plejer-kowċ Louis Saeys. Cercle kellhom vantaġġ fil-kampjonat f'nofs l-istaġun 1925-26, iżda l-korrimenti tal-plejers wasslu għal riżultati ħżiena li spiċċaw fil-ħames post. Diversi plejers importanti ħallew lil Cercle wara dan l-istaġun, li ħallew it-tama baxxa għall-kampanjat 1926-27, imma dan l-istaġun ra lil Cercle jiksbu t-tieni kampjonat nazzjonali tagħhom fil-ġimgħa ta' qabel tal-aħħar meta rebħu eċċitanti bl-iskor ta' 5-6 fuq Daring Bruxelles. Ir-rebħa kienet iddominat minn żewġ imwiet fil-klabb ftit xhur qabel: Albert Van Coile, li kien ċeda minn korrimenti fil-logħba kontra US Tourcoing, u l-eks president René de Peellaert, li miet minn pnewmonja li kienet qabditu matul il-funderal ta' Van Coile.

Fl-1928 il-gowler Robert Braet ħareġ bħala stilla ġdid ta' Cercle: il-plejer, mar biex jonfoq il-karriera kollha tiegħu ma Cercle, aktar tard sar president. Cercle bdew bil-lajma fl-istaġun 1929-30, li daħlu fil-waqfa tax-xitwa f'nofs l-istaġun fis-sitt post u seba' punti taħt il-mexxejja Antwerp. Minkejja dan, mill-ġimgħa tal-għeluq tal-istaġun huma dejqu d-distakk għal punt wieħed; il-logħba finali rathom jirbħu 4-1 f'darhom kontra Lierse SK. In-naħa mbagħad iffaċċjat stennija anzjuża għar-riżultat ta' Antwerp kontra t-tim tal-10 post Standard Liège, faċilitajiet ta' telekomunikazzjoni kontemporanji fil-grawnds kienet fqira. Fl-aħħar, l-aħbarijiet laħqu l-kaptan tat-tim Florimond Vanhalme li Antwerp tilfu 3-5, ifisser li Cercle kienu rebħu t-tielet u (s'issa) titlu finali. Minħabba dan it-titlu, Cercle ġew mistiedna jieħdu sehem fil-Coupe des Nations, li huma meqjusa bħala l-predeċessuri taċ-Champions League.

Problemi (1930-1938)

immodifika

Cercle ma setgħux iżommu riżultati tajbin fl-istaġun tal-kampjonat tagħhom, huma spiċċaw is-seba' post fl-1931. L-aspirazzjonijiet ġodda tat-titolu sparixxew kompletament hekk kif Cercle komplew jispiċċaw fin-nofs tal-kampjonat matul diversi staġuni segwenti. Il-plejers ta' esperjenza li kienu għenu jiksbu t-titolu rtiraw jew ħallew l-iskwadra, u ż-żgħażagħ li ssostitwewhom ma kellhomx esperjenza daqshom. In-niżla laħqet livell baxx u b'hekk ġew relegati għat-Tieni Diviżjoni Belġjana fl-1936. Cercle ħadu l-opportunità li jagħmlu bidliet radikali, billi jaħtru kowċ ġdid u bord. Il-bidliet kienu ta' suċċess, u Cercle rebħu l-promozzjoni lura għall-ogħla diviżjoni wara biss sentejn.

It-Tieni Gwerra Dinjija fil-Belġju (1939-1945)

immodifika

Il-Tieni Gwerra Dinjija għamlet kompetizzjoni tal-futbol regolari impossibbli fl-1939. Għalhekk Cercle ħadu sehem fil-kampjonati reġjonali, fejn kull tim jiltaqa mal-istess tim tlett darbiet. Għalkemm Cercle kellhom kompetizzjoni komparattivament ftit nattiva ġewwa Flanders tal-Punent, huma tilfu l-kuntatt ma' standards għoljin li kien miżmuma aktar b'saħħithom fil-kampjonati reġjonali ta' Antwerp u Brussell.

Il-konkors nazzjonali tkompla fl-1941; Cercle lestew l-aħħar fl-istaġun iżda darba fil-kampjonat. Normalment din kienet fisret relegazzjoni, iżda l-KBVB ddeċidiet iċ-ċirkustanzi tal-gwerra, li opportunitajiet limitati ta' taħriġ u l-iżvilupp taż-żgħażagħ, fisser li l-ebda tim m'għandhomx jiġu relegati.

Cercle kelljom jilagħbu logħba waħda mingħajr sapporters matul l-istaġun 1942–43, wara inċident waqt il-logħba kontra RSC Anderlecht. Is-sapporters kienu ħarxa mad-deċiżjonijiet tar-referì De Braeckel billi annulla żewġ gowls ta' Cercle għal raġunijiet mhux ċari u li tagħ gowl lil Anderlecht li deher offside, b'hekk is-sapporters ta' Cercle qabżu fl-istadju jiġru wara r-referì. Żewġ partitarji ta' Cercle pproponew lil-bord ta' Cercle Brugge biex jagħtu rikba lir-referì lejn l-istazzjon tal-ferrovija ta' Bruges; il-bord aċċetta, iżda s-sapporters minflok saqu lejn Zedelgem, fejn huma niżluh mill-karozza f'nofs ta' triq imwarba.

Minnufih wara liberazzjoni fl-1944, il-kampjonat mhux uffiċjali ġie organizzat bejn it-timijiet li kienu fl-ogħla diviżjoni tal-1939. Ħafna timijiet ma setgħux jipparteċipaw, u Battalja tan-nefħa spjegat it-tmiem tal-inizjattiva. Il-klassifikazzjoni finali ta' din il-kompetizzjoni ma kienitx ġiet arkivjata mill-assoċjazzjoni tal-futbol Belġjan.

It-tieni problema... u lura (1945-1961)

immodifika

Cercle ma setgħux jevitaw ir-relegazzjoni fl-ewwel staġun wara l-gwerra u minkejja li kienu l-favoriti għall-promozzjoni tal-istaġun ta' wara, huma xorta waħda tħabtu biex jikkompetu fil-kampjonat t'isfel, huma spiċċaw l-ewwel staġun tagħhom f'dan il-kampjonat fl-agħar pożizzjoni li tirriżulta is-7 post. L-erba' staġuni ta ' wara kisbu pożizzjonijiet aktar medjokri fil-klassifika, sal-1951, il-KBVB żvelat pjanijiet biex tinħoloq it-tieni diviżjoni ġdida. Il-klabbs fit-tieni livell attwali kienu meħtieġa biex jintemmu t-8 post biex jibgħu fit-tieni livell; Cercle spiċċaw il-15-il post f'dak l-istaġun, li ħallew lilhom infushom aktar 'il bogħod mill-quċċata.

Cercle baqgħu f'dan tielet livell sal-1956, meta huma rebħu l-kampjonat tagħhom. Huma qattgħu l-istaġun ta' wara għal darb'oħra jiġġildu għar-relegazzjoni, din id-darba b'aktar suċċess, għalkemm it-tieni staġun tagħhom lura fit-tieni livell marru inqas aħjar. Il-klabb assigura biss disa' punti fl-ewwel nofs tal-istaġun, iżda evitaw ir-relegazzjoni b'rebħa waħda biss fl-aħħar logħba tal-istaġun taħt il-kowċ Louis Versyp. Ftit ġimgħat wara Versyp ġie sostitwit mill-Franċiż Edmond Delfour. Din is-sostituzzjoni inawgurat era ġdida fl-aktar suċċess ta' Cercle, taħt il-kmand ta' Delfour, kisbu l-promozzjoni fl-1960 u fl-aħħar irritornaw fl-ogħla kampjonat fis-sena 1961.

Qawmien qasir (1961-1965)

immodifika

Cercle kienu ħadu 15-il sena biex jirritornaw għall-ogħla diviżjoni, u baqgħu hemm għal 5 snin aktar. Huma ftit li xejn ħarbu mir-relegazzjoni lura fl-ewwel staġun fl-ogħla livell, grazzi biss għall-propożizzjoni ta' suċċess minn Antwerp li bidlu l-mod tat-timijiet b'punti indaqs li kienu ordnati fil-kampjonat. Sa dan l-istaġun, fejn żewġ timijiet kellhom l-istess numru ta' punti u dak tal-inqas telfiet ġie kklassifikat ogħla; taħt l-iskema ta' Antwerp, it-tim b'numru akbar ta'rebħiet ġie mqiegħed ogħla. Grazzi għat-tibdil tar-regola, Cercle spiċċaw qabel Thor Waterschei fil-kampjonat, li kienu mqiegħda fuqhom taħt ir-regola preċedenti. Ironikament, Antwerp saru vittmi tal-proposta tagħhom stess: Standard kisbu t-tieni post u Antwerp kellhom punti ekwivalenti iżda rebħ inqas (iżda wkoll anqas telfiet).

Is-snin ta' għerja u pjan ta' ħames snin (1965-1971)

immodifika

Dawn aċċentwaw fl-ogħla diviżjoni u fl-istess ħin gawdew ftit suċċess, u fl-istaġun 1965-66 huma spiċċaw l-aħħar wara Berchem. Aktar agħar, it-tim kien akkużat f'korruzzjoni mill-plejer ta' Lierse Bogaerts, dan qal li l-viċi-president ta' Paul Lantsoght kienet involuta f'tixhim. L-assoċjazzjoni tal-futbol Belġjan ikkundannat lil Cercle għal relegazzjoni mit-tieni diviżjoni għat-tielet. Lantsoght bdew kawża kontra l-KBVB, li rebħuha f'Ġunju 1967, iżda l-ħsara saret: Cercle baqgħu fit-tielet diviżjoni, tilfu ħafna mill-plejers tagħhom, u ma kinux kapaċi jiksbu promozzjoni immedjatament.

Fl-1967 Cercle ħatru lil Urbain Braems bħala kowċ prinċipali. Braems fassal pjan ambizzjuż biex jirreġistra lil Cercle għad-diviżjoni ta' fuq fi żmien ta' ħames snin. Matul l-ewwel staġun ta' Braem, il-klabb ikkompeta ma Eendracht Aalst għall-promozzjoni: huma lagħbu żewġ partiti oħra qabel it-tmiem tal-istaġun, li kienu ndaqs b'41 punt, iżda Aalst kellhom l-akbar numru ta' rebħiet għall-isem tagħhom. Cercle kellhom biex jirbħu il-logħba u jieħdu l-vantaġġ, u tilfu 0-1: iżda l-kowċ taż-żagħżagħ ta' Cercle, André Penninck, kien innutat li d-delegat ta' Aalst kien għamel żball, li qaleb l-ismijiet tas-sostituti, skond il-karta tal-logħba, Aalst spiċċaw il-logħba jilagħbu llegalment b'żewġ gowlers. Cercle ressqu lment il-quddiem lil-assoċjazzjoni tal-futbol Belġjan, li kkonfermaw ir-rebħa ta' 1-0 favur Aalst u wkoll ċaħdu l-ewwel appell. Cercle imbagħad għamlu t-tieni appell finali tagħhom possibbli, u fuq dan il-każ ordna l-assoċjazzjoni tal-futbol biex japplikaw ir-regoli. Fil-21 ta' Ġunju, 1968, Cercle irċievew l-aħbar li d-deċiżjoni kienet ġiet imħassra, u huma kienu promossi fit-tieni diviżjoni. F'Lulju tal-istess sena, Royal Cercle Sportif Brugeois biddlu isimhom għal Cercle Brugge KSV

Cercle kienu immedjatament kapaċi li jilgħabu rwol fil-konkors tat-titolu tat-tieni diviżjoni, grazzi għal trasferiment politiku b'suċċess. Wara 20 logħba Cercle kienu fil-quċċatta tal-kampjonat, iżda fl-aħħar tal-istaġun spiċċaw ir-raba' post, erba' punti wara ċ-ċampjins AS Oostende. L-istaġun ta' wara, Cercle għal darb'oħra spiċċaw b'erba' punti wara ċċampjins, KFC Diest. Fl-1971, sena qabel it-tmiem tal-pjan ta' ħames snin, Cercle kisbu l-għan tagħhom: huma rebħu promozzjoni u ġew lura fil-quċċata.

Soluzzjoni fl-ogħla livell (1971-1996)

immodifika
 
Stadju Jan Breydel.

Cercle ppruvaw immedjatament jevitaw il-battalja tar-relegazzjoni filwaqt li bdew isaħħu l-iskwadra tagħhom, huma ffirmaw lil Fernand Goyvaerts u Benny Nielsen. Riżultati bikrija raw lilhom infushom jirbħu punti kemm minn fuq Anderlecht u Club Brugge, rispettivament dawn huma ċampjins u viċi-ċampjins tal-istaġun preċedenti, u huma spiċċaw l-istaġun fil-ħames post, l-ewwel minn sensiela ta' finituri f'nofs il-klassifika. Fl-1975 il-klabb ħalla lil-Istadju left the Edgard De Smedt biex immoru għall-Olympia Stadium, li kien aktar tard imsejjaħ Stadju Jan Breydel matul il-Kampjonati Ewropej 2000.

Bejn l-1967 u l-1977 Cercle kellhom biss żewġ kowċis, Urbain Braems u Han Grijzenhout, iżda Grijzenhout telaq wara offerta ta' qligħ minn SC Lokeren. Cercle ħatru lil Lakis Petropoulos bħala kowċ ġdid, iżda l-ħatra ppruvat waħda inċerta: diffikultajiet lingwistiċi bejn il-kowċ Grieg u plejers tiegħu li kienu aggravati minn korrimenti, u l-klabb kien għarrieda relegat. Han Grijzenhout reġa' ġie maħtur bħala kowċ biex jikseb lil Cercle lura għall-ewwel diviżjoni fl-aktar fis possibbli. Wara biss staġun wieħed, Cercle sar ċampjins, li spiċċaw punt qabel SK Tongeren.

Għal darb'oħra, Cercle gawdu perjodu komdu fl-ogħla diviżjoni, filwaqt li kisbu rebħa tat-Tazza Belġjana fl-1985. Il-finali ra lil Cercle jaffaċċjaw lil SK Beveren; l-iskor kien 1-1 wara 90 minuta, u 30 minuta żieda ta' ħin prodott, ma saru l-ebda gowls, għalhekk il-logħba marret għall-għoti tal-penaltis. Il-plejer ta' Beveren Paul Lambrichts tgħa l-aħħar penalti u laqat il-minduda, u b'hekk Cercle iċċelebraw ir-rebħa. Għall-ewwel darba mill-1930, Cercle kwalifikaw għal turnament Ewropew uffiċjali. Huma ġew ma Dynamo Dresden bħala avversarji, huma rebħu 3-2 f'darhom, iżda fi Dresden Cercle tilfu 2-1,iżda tilfu l-konfrontazzjoni bl-aggregat.

Cercle reġgħu laħqu l-finali tat-Tazza Belġjana fl-1986, din id-darba mar-rivali Club Brugge. Cercle tilfu 0-3, b'żewġ penaltis dubjużi skorjati minn Jean-Pierre Papin. Punt għoli li jmiss daħal fir-reklutaġġ tal-attakkant Jugożlav Josip Weber fl-1988: minkejja bidu diffiċli fil-Belġju, Weber prova li jkun l-aqwa skorer ta' Cercle, huwa ġie klassifikat bħala l-aqwa skorer tat-tim bejn is-snin 1989-1994 (meta telaq ma' Anderlecht) suċċessivament. Weber kien ukoll l-aqwa skorer nazzjonali mill-1992 sal-1994. Plejer ieħor prominenti, ir-Rumen internazzjonali Dorinel Munteanu, li ffirma ma' Cercle fid-1990ijiet.

Fl-1996, għal darba oħra Cercle laħqu l-finali tat-tazza nazzjonali, huma reġgħu ffaċċjaw lil Club Brugge: din id-darba, Cercle tilfu 2-1. Madankollu, ir-rebħa doppja tal-klabb kienet tfisser li Cercle xorta kwalifikaw għall-UEFA Cup, fejn huma ġew imfassla mat-tim Norveġiż SK Brann. Cercle rebħu 3-2 ġewwa darhom, iżda tilfu 4-0 ġewwa Bergen. Imbagħad Cercle tilfu xi plejers importanti li huma naqsu milli adegwatament jissostitwixxu, u kienu relegati, flimkien ma KV Mechelen, fl-1997.

It-Tieni Diviżjoni (1997-2003)

immodifika

Cercle immiraw għal ritorn immedjat, iżda xxekklu kmieni. Huma lesti l-ewwel staġun tagħhom fl-10 post, u kisbu biss żieda f'post wieħed fil-pożizzjoni tal-kampjonat f'kull wieħed minn erba' staġuni. Fl-istaġun 2002-03 il-bord għażel president ġdid, l-eks direttur ta' Standaard Boekhandel Frans Schotte, u kowċ ġdid, l-eks plejer Jerko Tipurić, li kien ukoll kowċ ta' Cercle fl-istaġun 1996-97 meta sfaw releġati. Il-persunal il-ġdid għen lil Cercle biex jiksbu l-promozzjoni fl-2003.

 
L-eks plejer Stijn De Smet jagħti korner.

Soluzzjoni fl-aqwa livell darb'oħra? (2003-)

immodifika

L-istaġun 2003-04 ra plejers ġodda bħal Harold Meyssen u Nordin Jbari li provaw instrumentali li jevitaw ir-relegazzjoni, u l-bord ta' Cercle għażel li ma jestendix il-kuntratt ta' Tipurić. Harm Van Veldhoven kien magħżul sabiex jissostitwieh, u mexxa tliet staġuni deċenti iżda ma kienx spettakolari għal Cercle, huma tjiebu mill-emerġenza tat-talent ta' Stijn De Smet u Tom De Sutter. Meta Van Veldhoven tħabbar bħala kowċ ġdid ta' G. Beerschot, Cercle għażlu l-eks plejer ta' Anderlecht u l-assistent kowċ Glen De Boeck bħala s-suċċessur tiegħu. Fis-sena debutt tiegħu, De Boeck kien sorpriż bil-futbol ta' attakkaw u attraenti. Cercle ntemmu r-raba staġun fl-ogħla diviżjoni, l-aħjar pożizzjoni wara l-gwerra. L-istaġun 2009-10 ra lil Cercle jispiċċaw it-tieni post fit-Tazza Belġjana, li dan kien biżżejjed biex jikkwalifikaw għall- Europa League. Ftit wara, il-kowċ Glen De Boeck sorprendentement iffirma kuntratt ma' Germinal Beerschot, biss xahar wara ffirma kuntratt ġdid ta' 4 snin ma Cercle Brugge. Cercle Brugge ħatru l-eks kowċ ta' KAA Gent Bob Peeters bħala l-kowċ ġdid tagħhom. Din se tkun l-ewwel esperjenza ta' Peeters fis-Ewwel Diviżjoni. Dan l-istaġun ressaq ukoll lil Cercle fl-ewwel attendenza Ewropea fil-UEFA Europa League 2010–11, fejn għelbu TPS tal-Finlanja u laħqu t-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni li kienu tilfu kontra Anorthosis Famagusta FC. F'Novembru 2012 Peeters jiġuh ħafna riżultati ħżiena. Minkejja li attiraw il-plejer stilla Eidur Gudjohnsen, huwa naqas milli jaqla lil Cercle mill-aħħar post u kien sostitwit minn Foeke Booy. It-tim issa qiegħed jitħabat biex jevita r-relegazzjoni.

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

immodifika

Minn Lulju 2010.

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Home Away Aggregat
1985–86 UEFA Cup Winners' Cup 1   Dynamo Dresden 3-2 1-2 4-4
1996–97 UEFA Cup Winners' Cup 1   SK Brann 3-2 0-4 3-6
2010–11 UEFA Europa League 2K   Turun Palloseura 0-1 2-1 2-2
3K   Anorthosis Famagusta 1-0 1-3 2-3

Notes:

  1. Ruysschaert issostitwixxa s-sospensjoni ta' Versyp għal ftit xhur.

Presidenti

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika