Yuliya Gushchina
Yuliya Aleksandrovna Gushchina (bir-Russu: Ю́лия Александровна Гу́щина, twieldet fl-4 ta' Marzu 1983 f'Novocherkassk, l-Oblast ta' Rostov) hija atleta veloċista Russa li tispeċjalizza fit-tlielaq tal-200 metru.[1][2]
Yuliya Gushchina | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Novocherkassk (en) , 4 Marzu 1983 (41 sena) |
Nazzjonalità | Russja |
Familja | |
Konjuga/i | Ivan Buzolin (en) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Russu |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
veloċista atleta kompetittiva |
Mudell:Infobox biography/sport/athletics | |
Piż | 59 kg |
Tul | 173 cm |
Premjijiet |
Fit-30 ta' Novembru 2017, ir-riżultati tagħha mil-Logħob Olimpiku tal-2012 ġew skwalifikati minħabba li rriżultat pożittiva għat-test tad-doping.[3]
Karriera
immodifikaGushchina rrappreżentat lir-Russja fil-Logħob Olimpiku tal-2008 f'Beijing u kkompetiet fir-relay tal-4x100 metru, flimkien ma' Aleksandra Fedoriva, Yuliya Chermoshanskaya u Yevgeniya Polyakova. Fit-tieni round tal-kwalifikazzjoni ġew it-tieni wara l-Ġamajka, iżda qabel il-Ġermanja u ċ-Ċina. Permezz ta' dan ir-riżultat ikkwalifikaw għall-finali fejn lestew it-tellieqa fi 42.31 sekonda, u b'hekk ġew l-ewwel u rebħu l-medalja tad-deheb. Il-Belġju u n-Niġerja ġew it-tieni u t-tielet. It-tim tal-Ġamajka ma lestiex it-tellieqa minħabba żball huma u jgħaddu t-tubu tat-tellieqa lil xulxin.[1] F'Awwissu 2016, il-medalja tad-deheb ta' Gushchina u t-tliet atleti Russi sħabha l-oħra fil-Logħob Olimpiku ġiet irrevokata minħabba ksur tar-regoli dwar id-doping min-naħa ta' Chermoshanskaya.[4][5]
Wara t-tħabbira tal-2017 tal-iskwalifikazzjoni tat-tim Russu tal-4x400 tal-2012, minħabba ksur tar-regoli dwar id-doping min-naħa ta' Antonina Krivoshapka, it-tliet medalji Olimpiċi ta' Gushchina ġew irrevokati.
Fil-Kampjonati tad-Dinja tal-2009 li saru f'Berlin, Gushchina bidlet mit-tellieqa tal-400 metru għal dik tal-200 metru u kkompetiet sas-semifinali iżda bi żbrixx ma għaddietx għal finali. Fir-relay tal-4x100 metru, ir-Russja ġiet ir-raba' fil-finali u dan kien diżappunt kbir. Fl-ewwel post ġiet il-Ġamajka, fit-tieni l-Bahamas u fit-tielet il-Ġermanja.
Fil-Kampjonati tad-Dinja tal-2013, matul iċ-ċerimonja tal-għoti tal-medalji għar-relay tal-4x100 metru tan-nisa, ittieħdu ritratti ta' Kseniya Ryzhova u Yuliya Gushchina jbusu lil xulxin fuq ix-xofftejn u dawn saru popolari ferm fuq il-midja soċjali. Dawn ġew interpretati bħala protesta fir-rigward tal-liġijiet kontra l-persuni omosesswali fir-Russja.[6] Kemm Ryzhova kif ukoll Gushchina ċaħdu kwalunkwe intenzjoni li jagħmlu tali protesta, u qalu li sempliċement kienu ferħanin se jtiru bis-suċċess atletiku li kisbu, u stqarru li t-tnejn kienu miżżewġin ma' rġiel.[7] Għalkemm il-mezzi tax-xandir iffukaw fuq Ryzhova u Gushchina, l-erba' atleti Russi tar-relay biesu lil xulxin fuq ix-xofftejn għal żmien qasir meta ngħataw il-medalji.[8] Ryzhova ddeskriviet l-allegazzjonijiet tal-konnessjoni tagħha mal-LGBT bħala insult.[9] Il-Ministru Russu għall-Isport, Vitaly Mutko, qal li l-mezzi tax-xandir tal-Punent kienu kabbru l-kwistjoni żżejjed, u saħaq li r-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess mhumiex illegali fir-Russja u li l-mezzi tax-xandir lokali ma għamlux l-istess għagħa li għamlu dawk tal-Punent.[10]
Kompetizzjonijiet internazzjonali
immodifikaSena | Kompetizzjoni | Post | Pożizzjoni | Avveniment | Ħin | Noti |
---|---|---|---|---|---|---|
2002 | Kampjonati tad-Dinja taż-Żgħar | Kingston, il-Ġamajka | il-11-il-post (sf) | 200 m | 24.12 | riħ: +0.4 m/s |
it-tielet | 4 × 400 m relay | 3:30.72 | ||||
2003 | Kampjonati Ewropej ta' taħt it-23 sena | Bydgoszcz, il-Polonja | il-ħames | 200 m | 23.59 | riħ: 1.0 m/s |
l-ewwel | 4 × 400 m relay | 3:29.55 | ||||
2005 | Kampjonati Ewropej fuq Ġewwa | Madrid, Spanja | – | 200 m | DQ | |
Kampjonati tad-Dinja | Helsinki, il-Finlandja | is-sitt | 200 m | 22.75 | ||
– | 4 × 100 m relay | DNF | ||||
Finali Dinjija tal-Atletika | Monte Carlo, Monaco | is-sitt | 200 m | 23.18 | ||
2006 | Kampjonati Ewropej | Gothenburg, l-Iżvezja | il-ħames | 100 m | 11.31 | |
it-tieni | 200 m | 22.93 | ||||
l-ewwel | 4 × 100 m relay | 42.71 | ||||
2007 | Kampjonati Ewropej fuq Ġewwa | Birmingham, ir-Renju Unit | is-17-il post (h) | 60 m | 7.31 | |
Kampjonati tad-Dinja | Osaka, il-Ġappun | il-ħames | 4 × 100 m relay | 42.97 | ||
2008 | Kampjonati tad-Dinja fuq Ġewwa | Valencia, Spanja | l-ewwel | 4 × 400 m relay | 3:28.17 | |
Logħob Olimpiku | Beijing, iċ-Ċina | ir-raba' | 400 m | 50.01 | ||
skwalifika (l-ewwel) | 4 × 100 m relay | 42.31 | ||||
skwalifika (it-tieni) | 4 × 400 m relay | 3:18.82 | ||||
2009 | Kampjonati tad-Dinja | Berlin, il-Ġermanja | is-17-il post (sf) | 200 m | 23.24 | |
ir-raba' | 4 × 100 m relay | 43.00 | ||||
2010 | Kampjonati Ewropej | Barċellona, Spanja | il-ħames | 4 × 100 m relay | 42.91 | |
2011 | Kampjonati tad-Dinja | Daegu, il-Korea t'Isfel | it-18-il post (sf) | 200 m | 23.26 | |
is-sitt | 4 × 100 m relay | 42.93 | ||||
2012 | Kampjonati tad-Dinja fuq Ġewwa | Istanbul, it-Turkija | it-tielet | 4 × 400 m relay | 3:29.55 | |
2013 | Kampjonati tad-Dinja | Moska, ir-Russja | skwalifika (l-ewwel) | 4 × 400 m relay | 3:20.19 |
L-aqwa ħinijiet personali
immodifika- 100 metru – 11.13 s (2006)
- 200 metru – 22.53 s (2005)
- 400 metru – 49.28 s (2012)
Referenzi
immodifika- ^ a b "Athlete - The official website of the BEIJING 2008 Olympic Games". web.archive.org. 2008-08-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-08-28. Miġbur 2021-05-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Yuliya GUSHCHINA | Profile". www.worldathletics.org. Miġbur 2021-05-05.
- ^ "Full decision regarding Yulia Gushchina at International Olympic Committee" (PDF).
- ^ "Payne, Marissa. "Russia stripped of 4×100 gold medal from 2008 Olympics because of doping". washingtonpost.com".
- ^ "IOC sanctions Yulia Chermoshanskaya for failing anti-doping test at Beijing 2008". International Olympic Committee (bl-Ingliż). 2021-04-28. Miġbur 2021-05-05.
- ^ "World Athletics Championships 2013: gay row 'invented by Western media' insists Russian sports minister". www.telegraph.co.uk. Miġbur 2021-05-05.
- ^ "Russian athlete denies kiss with relay partner was in protest at anti-gay law". the Guardian (bl-Ingliż). 2013-08-19. Miġbur 2021-05-05.
- ^ "VIDEO: Russian relay team kiss on podium in Moscow, World Athletics Championships 2013. 3 News".
- ^ "Рыжова: западные СМИ оскорбили и нас с Юлей, и всю федерацию". Газета.Ru (bir-Russu). Miġbur 2021-05-05.
- ^ Palmer, Justin (2013-08-18). "Russia's anti-gay law uproar an "invented problem" - minister" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-05.