Wikipedija:Amministraturi

(Rindirizzat minn Wikipedija:SYSOP)
Din il-paġna turi politika uffiċjali tal-Wikipedija Maltija, politika li hija kkunsidrata bħala standard li kull utent għandu jsegwi. Tibdil f'din il-paġna għandhom jirreflettu kunsens.
Abbrevjazzjonijiet
WP:ADMIN
WP:SYSOP

L-amministraturi tal-Wikipedija bil-Malti (magħrufin ukoll bħala admin minn administrators, jew sysop minn system operators) huma utenti volontarji li ngħataw fiduċja mill-komunità sabiex jesegwixxu ċerti azzjonijiet tekniċi. Dawn ir-responsabilitajiet ivarjaw mill-imblukkar u l-iżblukkar ta' kontijiet u indirizzi IP mill-editjar, il-protezzjoni ta' paġni, it-tħassir u l-irkuprar ta' paġni, it-tibdil mhux ristrett tat-titli ta' paġni, u l-użu ta' għodda oħra.

Utent jingħata dan l-irwol wara li jikseb il-kunsens tal-komunità, kif jiġri fit-talbiet għall-amministrazzjoni. L-amministraturi m'għandhom x'jaqsmu bl-ebda mod mal-figura tal-"amministraturi tas-sistema" tal-Fondazzjoni Wikimedia, jew dik tar-rappreżentant legali. Huma mhumiex obbligati li jagħmlu użu minn dawn l-għodda, u m'għandhom qatt jużawhom sabiex jiksbu vantaġġ f'kunflitt.

L-amministraturi jieħdu dawn ir-responsabilitajiet taħt idejhom bħala voluntiera; huma m'humiex impjegati mal-Fondazzjoni Wikimedia. Mhumiex obbligati li jagħmlu użu mill-għodod tagħhom, u m'għandhomx jużaw dawn tal-aħħar bħala vantaġġ f'xi kunflitt li huma huma involuti fih.

Fiż-żmien bikri tal-Wikipedija, kull utent kien jiffunzjona bħala amministratur sabiex jagħmlu xogħol amministrattiv bl-użu ta' password li kienet tingħatalhom.[1] Is-sistema adottata attwalment hi bbażata fuq kontroll tal-aċċess skont ir-rwol tal-utent. Taħt din is-sistema, il-kontijiet tal-utenti jistgħu jiġu mmarkati skont ir-rwol li jistgħu jesegwixxu, li sussegwentament jiddeterminaw il-funzjonijiet u l-għodda li jkollhom aċċess.

L-amministraturi mhumiex grupp iżolat. Anzi, l-amministraturi għandhom ikunu parti tal-komunità bħal edituri oħrajn. Il-biċċa l-kbira tal-manutenzjoni u l-aspetti amministrattivi tal-Wikipedija jistgħu jsiru minn kulħadd, mingħajr il-bżonn ta' funzjonijiet tekniċi mogħtija lill-amministraturi. Il-fundatur tal-Wikipedija Jimmy Wales, fi Frar tal-2003 ħalla kumment dwar it-titlu u l-proċess ta' amministrazzjoni — riferuti bħala "operaturi tas-sistema" hawn taħt:

Li ridt ngħid hu li ssir operatur tas-sistema m'hija *xejn speċjali*.

Naħseb li se kif ġie ġie u nagħmel lil qabda nies li ilhom hawnhekk operaturi tas-sistema. Irrid inneħħi dan is-sens ta' "awtorità" fuq din il-pożizzjoni. Hija pjuttost materja teknika li poteri li jingħataw lil operaturi tas-sistema ma jingħatawx lil kulħadd.

Ma togħġobnix is-sensazzjoni hawnhekk li jekk tingħata l-istatus ta' operatur tas-sistema hija xi ħaġa speċjali.

Jimmy Wales, daħla fl-arkivju ta' wikimedia.org

Fi ftit kliem, waqt li l-użu korrett tal-għodda u l-kondotta tajba għandha tkun ikkunsidrata bħala importanti, li "tkun amministratur" m'għandhiex.

Hekk kif l-impatt kulturali u l-viżiblità tal-Wikipedija kibret, u l-komunità fi ħdanha kibret, ir-rwol tal-amministratur evolva u l-istandards għall-amministrazzjoni kibru. Ir-rikjesti tal-amministrazzjoni huma mistħarrġa b'attenzjoni.

Għodda tal-amministraturi

immodifika

L-amministraturi għandhom l-abbilità teknika li jesegwixxu l-azzjonijiet segwenti:

  • li jimblukkaw kontijiet tal-utent u indirizzi IP milli jkunu jistgħu jimmodifikaw paġni
  • li japplikaw protezzjoni fuq paġni sabiex jirrestrinġu l-editjar ta' paġni partikulari
  • li jħassru paġni b'5,000 jew inqas reviżjonijiet
  • li jmexxu paġna fuq kwalunkwe titlu mixtieq
  • li jimmodifikaw paġni protetti b'mod permanenti
  • li jaraw u jirkupraw paġni mħassra
  • li jaħbu u jħassru reviżjonijiet ta' paġna

L-użu ħażin ta' dawn l-għodda, u oħrajn, huwa kkunsidrat bħala kwistjoni serja. L-għodda amministrattivi jingħataw lil utenti ta' fiduċja għall-manteniment u xogħol ieħor, u għandhom jintużaw gi ħsieb.

Sitwazzjonijiet komuni fejn l-għodda m'għandhomx jiġu wżati jinkludu:

  • Kunflitt ta' interess jew nuqqas ta' newtralità — L-amministraturi m'għandhomx jagħmlu użu mill-għodda f'materji li huma huma involuti personalment (per eżempju, f'kunflitt fuq il-kontenut fejn huma qegħdin jiddibattu ma' utenti oħrajn).
  • Normi komunali jew politiki — Meta politika jew norma komunali hija ċara u tonda li l-għodda m'għandhomx jintużaw, allura l-għodda m'għandhomx jintużaw mingħajr spjegazzjoni li turi li l-kwistjoni kienet ikkunsidrata u għala din l-eċċezzjoni (rari) hija ġenwina u kkunsidrata raġjonevoli.
  • Treġġa' lura azzjoni ta' amministraturi oħra — B'manjiera li tirrispetta l-amministratur li għamel dik l-azzjoni, u (ħafna drabi) wara konsultazzjoni.

Kif issir amministratur

immodifika

Sabiex utent jingħata l-għodda assoċjati mar-rwol ta' amministratur huwa neċessarju li jissodisfa ż-żewġ kriterji segwenti:

  • il-kunsens espliċitu tal-utent;
  • turija ta' fiduċja espliċita min-naħa tal-komunità tal-Wikipedija.

Jekk trid tikkandida lilek innifsek jew xi utent ieħor,[2] għandek bżonn iddaħħal l-isem tal-kandidat, preżentazzjoni ħafifa u raġuni wara l-kandidatura fil-paġna rispettiva. Meta tkun lest, inti tista' żżid in-nominazzjoni tiegħek f'dik l-istess paġna. Wara sebat ijiem, burokrata jara jekk m'hemmx kunsens dwar jekk il-kandidat għandux jingħata l-istatus ta' amministratur. Bħala regola ġenerali, il-kandidaturi li jkollhom 80% tal-votanti favoreli jew aktar jgħaddu.

Ir-rwol ta' amministratur jingħata b'mod indefinit u jitneħħa biss wara li ssir rikjesta.

Kif titneħħa minn amministatur

immodifika

It-tneħħija tad-dritt bħala amministratur isseħħ:

  • wara rikjesta diretta mill-istess amministratur;
  • wara inattività, hekk kif l-utent ma jkunx għamel l-ebda operazzjoni amministrattiva fi żmien determinat;
  • wara wieħed jew aktar utenti jippruvaw bil-fatti li l-amministratur abbuża l-għodda mogħtija lilu li jkunu ħallu effett dannuż lill-Wikipedija.

Kondotta tal-amministratur

immodifika

L-amministraturi huma mistennija li jagħtu eżempju u li jġibu ruħhom b'mod rispettuż u ċivili. Huma għandhom isegwu l-politiki tal-Wikipedija u jesegwixxu d-dmirijiet tagħhom bl-aħjar mod possibbli. Għalkemm xi żbalji 'l hemm u 'l hawn huma possibbli (fl-aħħar mill-aħħar, ħadd mhu perfett), l-amministraturi li jaħdmu b'manjiera problematika jew ikunu tilfu l-kunfidenza tal-komunità jistgħu jiġu mneħħija mill-pożizzjoni tagħhom.

Amministraturi ta' mt.wiki

immodifika

In-numru totali ta' utenti ta' mt.wiki li għandhom ir-rwol ta' amministratur huwa 4. Il-lista aġġornata awtomatikament tinsab fil-paġna speċjali rispettiva.

Jekk għandek xi rikjesta lil amministratur li hi kompetenza tiegħu, żur il-paġna apposta għar-rikjesti lill-amministraturi. Kun af li ħafna mid-drabi m'hemmx bżonn l-għajnuna jew il-parir dirett ta' amministratur u mhuwiex etikett li tibgħat messaġġi mingħajr distinzjoni lill-amministraturi kollha.

Lista tal-amministraturi

immodifika

It-tabella segwenti turi l-lista sħiħa tal-amministraturi ta' mt.wiki. Agħfas fuq il-vleġeġ sabiex tirranġa l-ordni tat-tabella.

  1. ^ nostalgia:Wiki Administrators
  2. ^ Jekk tinnomina utent ieħor huwa opportun li tiċċekkja d-disponibbiltà tal-kandidat u tipproċedi biss ġaladarba l-utent ikun jaqbel.
  3. ^ Ara l-lista ta' kontribuzzjonijiet sabiex tara jekk l-utent huwiex attiv attwalment (uri l-aħħar 5 minuti jew l-aħħar siegħa).
  4. ^ Lista ta' blokki li saru mill-utent.
  5. ^ Lista ta' protezzjonijiet li saru mill-utent.
  6. ^ Lista ta' paġni mħassra mill-utent.
  7. ^ Ikkuntatja amministratur fuq il-paġna ta' diskussjoni personali.

Ħoloq esterni

immodifika