Wikipedija:Amministraturi/Kandidati/ToniSant
- Id-diskussjoni t'hawn taħt ġiet preservata bħala arkivju ta' rikjesta b'suċċess għal amministratur. Jekk jogħġbok ħalliha kif inhi.
Werrej
Agħti l-opinjoni tiegħek (paġna ta' diskussjoni) (6/0/0) (aġġorna); Skedata li tispiċċa 12:54, 14 April 2020 (UTC)
Nominazzjoni
immodifika[[::Utent:ToniSant|ToniSant]] ([[::Diskussjoni utent:ToniSant|diskussjoni]] · [[::Speċjali:Kontribuzzjonijiet/ToniSant|kontribuzzjonijiet]]) – Din in-nominazzjoni qed tiġi ppreżentata fuq suġġeriment ta' Leli Forte, l-unika amministratur attwalment attiv fuq il-Wikipedija bil-Malti. --ToniSant (d) 12:54, 7 Apr 2020 (UTC)
- Għażiż kandidat, jekk jogħġbok indika li taċċetta din in-nominazzjoni hawnhekk: naċċetta n-nominazzjoni - --ToniSant (d) 12:55, 7 Apr 2020 (UTC)
Mistoqsijiet għall-kandidat
immodifikaGħażiż kandidat, grazzi talli għażilt li sservi lill-Wikipedija bħala amministratur. Huwa suġġerit li tirrispondi dawn il-mistoqsijiet sabiex tagħti gwida lill-parteċipanti:
- 1. F'liema xogħol amministrativ mistenni li tieħu sehem?
- T: Hemm bżonn kbir li jkollna numru ta' amministraturi għall-Wikipedija bil-Malti. Għall-ewwel se naħdem mill-qrib mal-amministraturi preżenti biex naraw sew x'hemm bżonn. Dan mhux faċli anke għax huwa biss Utent:Leli Forte li huwa attiv bħala amministratur bħalissa, u burokrati attivi m'għandnix anqas hawn. Ikun essentjali ukoll li naraw min aktar jista' jkun amministratur u/jew burokrata fuq dan il-proġett bħala parti mill-ħidma amministrattiva. Apparti dan hemm bżonn ħafna xogħol fuq l-interface li bħalissa juri ħafna messaġġi bit-Taljan, kif ukoll ħidma biex inżidu l-kontribuzzjonijiet ta' kwalità billi ninkoraġġixxu edituri ġodda u oħrajn b'esperjenza minn lingwi oħra li jafu jiktbu bil-Malti ukoll.
- 2. X'inhuma l-aqwa kontribuzzjonijiet tiegħek fil-Wikipedija, u għaliex?
- T: L-aktar żewġ kontribuzzjonijiet għal qalbi huma l-ħidma li għamilt ma' Wikimedia UK, meta kont impjegat hemm biex nikkordina l-programm edukattiv tal-Wikipedia, kif ukoll it-twaqqif ta' Wikimedia Community Malta. Ma' dan hemm ukoll id-diversi paġni li ħloqt fuq il-Wikipedia bl-Ingliż kif ukoll, l-aktar ħaġa riċenti, il-koordinazzjoni tal-konkors Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2020.
- 3. Kont f'xi kunflitt ta' editjar fil-passat jew xi utent ħoloqlek xi problemi? Kif solvejtha u x'se tagħmel fil-futur jekk terġa' titfaċċa?
- T: Ftit li xejn sibt ruħi f'sitwazzjonijiet bħal dawn fil-passat. Qabel xejn dejjem nassumi rieda tajba mill-utenti l-oħra, u jekk u fejn inħoss li hemm nuqqas ta' rieda tajba allura nirreferi għal utenti b'aktar esperjenza minni, inkluż amministraturi eċċ, kif ukoll il-kumitat tal-arbitrazzjoni ċentrali li jeżisti biex jiffaċilità azzjoni xierqa f'dawn iċ-ċirkostanzi. Fil-Wikipedija bil-Malti, nifhem li huwa preċiż għal din ir-raġuni li għandna bżonn ukoll numru akbar ta' amministraturi u mill-anqas żewġ burokrati attivi fil-futur qarib.
Kummenti ġenerali
immodifika- Ħoloq relatati ma' ToniSant: ToniSant (diskus · kontrib · tħassir · għadd · logs · blokks · lu · rgħar · rgħk · rgk · pups · fittex an, ani, cn, an3)
Jekk jogħġbok żomm id-diskussjoni kostruttiva u ċivili. Jekk m'intix familjari mal-kandidat, jekk jogħġbok irrevedi hawnhekk il-kontribuzzjonijiet tagħhom qabel ma tikkumenta.
Diskussjoni
immodifika- Id-diskussjoni bdiet fuq il-paġna tad-diskussjoni tiegħi imma għandha tkompli hawn, skond il-bżonn. Grazzi. --ToniSant (d) 13:16, 7 Apr 2020 (UTC)
Favur
immodifika- Nappoġġa bil-qawwa l-kandidatura ta' Toni Sant. Għandu ħafna esperjenza bħala kontributur u editur fuq en.wikipedia. Ilu membru fundatur tal-Grupp tal-Komunità tal-Utenti tal-Wikimedia, Malta, mill-2015 u kien impjegat ta' Wikimedia UK fejn kien jikkoordina l-Programm Edukattiv mill-2013 sal-2013. Għandna bżonn b'urġenza kbira li naħtru ammininistratuti ġodda billi jien l-uniku ammininistratur attiv. Leli Forte (d) 15:21, 7 Apr 2020 (UTC)
- Nappoġġja lil Toni Sant għal din il-ħatra. Toni mhux biss huwa persuna kwalifikata mill-aspett akkademiku, imma saħansitra għandu l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa biex iwettaq din il-ħidma. Fuq kollox huwa bniedem mhux nieqes mill-idejat u għandu ħafna ħeġġa. Mewga (d) 17:47, 7 Apr 2020 (UTC)
- Jien ukoll naghti l-appogg tieghi ghan-nomina ta' Toni Sant. Ili nafu aktar minn 25 sena u kelli cans nahdem mieghu fuq diversi progetti. Dejjem rajt sens ta' responsabbilita, lealta, dover u rispett lejn kull progett u persuna li hadem maghha. Nemmen li Toni ghandu hafna x'joffri f'din il-kariga. Angie Balzan (d) 18:09, 7 Apr 2020 (UTC)
- Nappoġġja kompletament il-kandidatura ta' ToniSant għar-rwol ta' Amministratur. Kelli l-opportunità naħdem miegħu fuq numru ta' proġetti, inkluż proġetti relatati mad-dinja tal-Wikipedia, u dejjem ammirajt il-ħila, l-viżjoni u l-ħeġġa li għandu biex jispira utenti ġodda u jtejjeb il-kontenut fuq il-Wikipedia. Konvint li se jkun qed juża dawn il-kwalitajiet biex itejjeb il-Wikipedija fir-rwol ta' Amministratur. Il-preżenza tiegħu f'dan ir-rwol se tkun importanti ħafna għall-futur tal-Wikipedija. --Nevborg (d) 11:11, 8 Apr 2020 (UTC)
- Jien ukoll nappoġġja din in-nomina. --Xwejnusgozo (d) 15:30, 13 Apr 2020 (UTC)
- Bħala ko-fundatur tal-Wikipedija u eks-amministratur, qed nieħu gost nara n-nomina ta' Toni Sant. Konvint li l-ħatra tiegħu tkun ta' ġid għall-iżvilupp tal-proġett. --Roderick Mallia (d) 09:07, 14 Apr 2020 (UTC)