Wikipedija:Politika dwar it-tħassir
Fi ftit kliem: L-amministraturi għandhom l-abbilità li jħassru artikli u paġni oħra tal-Wikipedija, u li jirkupraw paġni li qabel kienu ġew imħassra. Dawn il-poteri huma eżerċitati skont il-politika u l-linji gwida stabbiliti, u l-kunsens mill-komunità. |
Il-politika dwar it-tħassir fil-Wikipedija tiddeskrivi kif paġni li ma jikkonformawx mal-kriterji tal-kontenut tal-enċiklopedija huma identifikati u mneħħija mill-Wikipedija.
It-tħassir ta' artiklu mill-Wikipedija jneħħi l-verżjoni attwali u l-verżjonijiet kollha preċedenti milli jkunu aċċessibbli lill-pubbliku. Huma biss l-amministraturi li jistgħu jħassru, jaraw paġni mħassra u rreġgħu lura paġni li ġew imħassra. Dawn l-azzjonijiet kollha jiġu mniżżla fir-reġistru tat-tħassir. Jekk ikun hemm xi dubju fuq il-kunsens jekk għandiex titħassar paġna jew le, ġeneralment il-paġna titħalla.
Raġunijiet għat-tħassir
immodifikaIr-raġunijiet għat-tħassir jinkludu, imma mhumiex limitati, għas-sussegwenti:
- Kontentut li jilħaq wieħed mill-kriterji għat-tħassir minnufih
- Vjolazzjonijiet tad-dritt tal-awtur (copyright)
- Vandaliżmu
- Reklamar jew spam ieħor mingħajr kontenut relevanti jew enċiklopediku
- Artikli li ma jistgħux jiġu attribwiti għal sorsi affidabbli jew li attentati sabiex jinstabu sorsi affidabbli għall-verifikazzjoni fallew
- Artikli li s-suġġetti tagħhom ifallu l-linji gwida tan-notabilità
- Artikli li jiksru l-politika tal-Wikipedija dwar bijografiji ta' persuni ħajjin
- Mudelli doppji jew mingħajr użu
- Kategoriji wisq granulari
- Fajls li ma jintużawx, skaduti jew jivvjolaw il-politika tal-użu ħieles
- Kwalunkwe kontentut ieħor li mhuwiex addattat għal enċiklopedija
Alternattivi għat-tħassir
immodifikaTiswija u diskussjoni
immodifikaJekk il-paġna tista' titjieb, din għandha tkun l-ewwel għażla qabel ma tiġi mħassra. Jekk ikun hemm tilwim fuq il-kontenut tal-paġna, ġeneralment is-soluzzjoni ma tkunx li titħassar il-paġna (b'eċċezzjoni f'każijiet estremi). Il-problemi fl-artiklu għandhom jiġu diskussi fil-paġna ta' diskussjoni.
Numru ta' tikketti jistgħu jiġu miżjuda f'artiklu sabiex jelenkaw problemi li l-artiklu għandu. Uħud minn dawn jinkludu:
- {{Mhux bil-Malti}} għal artikli miktubin b'lingwa barranija
- {{Npov}} għal artikli li mhumiex miktubin minn punt newtrali
- {{Stub}} għal artikli qosra
- {{Twaħħid}} għal artiklu żgħir li jista' jingħaqad ma' wieħed ikbar
Paġni b'ismijiet mhux korretti jistgħu jerġgħu jiġu msemmijin permezz tal-proċedura taċ-ċaqlieq.
In-nuqqas ta' ftehim fuq politika jew linja gwida ma jfissirx li titħassar. Bl-istess mod, problemi b'paġna tal-utent li għandha kontenut mhux mixtieq ħafna drabi jistgħu jissolvew b'diskussjoni mal-utent.
Twaħħid
immodifikaArtikli li huma qosra u li ma tantx hemm ċans li jikbru jistgħu jitwaħħdu ma' artikli u listi ikbar. Per eżempju, informazzjoni dwar membri tal-familja ta' ċelebrità li mhumiex tant popolari huma ġeneralment inklużi, jew imwaħħda, fl-artiklu ta' dik iċ-ċelebrità. Paġni dwar karattri minuri fuq xogħol ta' finzjoni huma ġeneralment imwaħħda f'artikli ta' listi jew artikli li jkopru x-xogħol ta' finzjoni li fih jidhru.
Jekk żewġ paġni huma dupplikati jew żejda, waħda għandha tiġi mwaħħda u rindirizzata lejn l-oħra, u l-isem l-iktar komuni jew ġenerali għandu jintuża bħala t-titlu prinċipali. Dan mhuwiex neċessarju li jinvolvi proċess formali ta' dibattitu minn qabel.
Proċeduri
immodifikaHemm erba' proċessi bażiċi għat-tħassir u hu tajjeb li wieħed jirrevedi r-riżultat ta' dawn il-proċessi.
Vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur
immodifikaMinħabba raġunijiet legali, il-Wikipedija ma tistax tospita kontenut li hu fil-vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur.
- Fejn issibhom: Wikipedija:Suspett ta' vjolazjoni ta' copyright
- Kif tamilha: Għal immaġini, żid il-paġna ta' deskrizzjoni u żid fil-bidu t-template {{immaġini-vjolazzjoni}}. Għal paġni oħra, immodifika l-paġna biex minflok il-kontenut kollu tuża' {{subst:copyright-vjolazzjoni|url=indirizz tal-materjal ikkupjat}}. Għal paġna sħiħa li tkun ivvjolat il-copyright, int tista' tuża' t-template {{ħassar}}.
- Jekk ma taqbilx: Ipprova ikkuntatja lill-awturi tat-test jew l-immaġini u ara jekk humiex lesti li xogħolhom joħorġuh (1) taħt il-GFDL, jew (2) fid-dominju pubbliku. Bil-permess li tuża' xogħol "fuq il-Wikipedija biss" jew "għal użu non-kummerċjali biss" mhuwiex biżżejjed, minħabba li mhix kompatibbli mal-liċenzja tagħna.
- Rinominazzjonijiet: Rikreazzjonijiet ta' kontenut bil-copyright huwa immedjatament imħassar. Huwa ta' interferenza li toqgħod tippersisti biex toħloq kontenut bħal dan.
Tħassir immedjat
immodifikaXi paġni jistgħu jiġu mħassrin mingħajr ebda diskussjoni jekk jilħqu waħda mill-kriterji għat-tħassir immedjat. Paġni fuq tħassir propost jew diskussjoni fuq it-tħassir (ara hawn isfel) huma xorta suġġett għat-tħassir minnufih, li tissupera l-proċess l-ieħor.
- Fejn issibhom: Lista tal-paġni kollha, senjalati għat-tħassir immedjat jistgħu jinstabu fuq Category:Għat-tħassir immedjat.
- Kif tamilha: L-amministraturi jistgħu jħassru paġni bħal dawn mal-ewwel, anke jekk ikunu kontestati. Edituri oħra jistgħu jagħmlu rikjesta għat-tħassir immedjat billi jimmodifikaw il-paġna relevanti u jżidu template tat-tħassir immedjat fil-parti ta' fuq tal-paġna.
- Jekk ma taqbilx: Kulħadd barra l-kreatur tal-paġna jista' jikkontesta t-tħassir immedjat ta' paġna billi jneħħi l-avviż tat-tħassir mill-paġna. Jekk paġna li ħloqt int hi senjalata għat-tħassir immedjat, int tista' żżid {{kontest-tħassir}}, jew inkella tejjeb il-paġna jew spjega r-raġuni fil-paġna ta' diskussjoni. Din it-template tgħin biex tagħti ftit aktar ħin; il-paġna tista' tiġi xorta mħassra jekk tilħaq il-kriterji għat-tħassir immedjat. Jekk paġna tkun ġiet imħassra immedjatament u m'hemmx qbil fuq jekk kellhiex tiġi mħassra jew le, din għandha tiġi diskussa fuq rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna, deskritta hawn isfel.
- Rinominazzjonijiet: Kemm jekk paġna tikkwalifikax għall-kriterji għat-tħassir immedjat jew le. Jekk hemm argument fuq jekk paġna tilħaqx il-kriterji, l-affari tiġi mposta fuq id-diskussjonijiet għat-tħassir.
Tħassir propost
immodifikaEditur li jemmen, mingħajr ebda kontroversja, li paġna ma tippartjenix għal enċiklopedija jista' jipproponi t-tħassir tagħha. Dawn il-paġni jistgħu jkunu mħassra minn amministratur jekk, wara ħamest ijiem, ħadd ma joġġezzjoni t-tħassir propost. Jekk ikun hemm xi oġġezzjoni jew diskussjoni fuq it-tħassir, paġna tista' ma tkunx proposta għat-tħassir għal darb'oħra. Dan il-proċess japplika biss għal paġni bl-ispazju tal-isem Artiklu, User, u User talk.
- Fejn issibhom: Lista tal-paġni kollha, senjalati għat-tħassir immedjat jistgħu jinstabu fuq Category:Tħassir propost.
- Kif tamilha: Immodifika l-paġna biex iżżid it-test segwenti fil-bidu: {{subst:prop-tħassir|raġuni}}, fejn tikteb il-motiv fil-parametru "raġuni".
- Jekk ma taqbilx: Kwalunkwe editur li ma jaqbilx ma' tħassir propost jista' sempliċiment ineħħi t-template. Anke meta l-paġna titħassar, kwalunkwe modifikatur jista' jkollu l-paġna restawrata minn amministratur billi sempliċiment isaqsi. Fiż-żewġ każijiet, l-editur hu inkoraġġut biex isolvi l-problema, li jkun intebaħ biha, mal-paġna.
- Rinominazzjonijiet: Meta paġna jkollha t-tħassir propost oġġezzjonat, din ma tistax terġa' tiġi proposta għat-tħassir. Jekk editur xorta jibqa' tal-fehma li għandha tiġi mħassra, diskussjoni dwar it-tħassir għandha tiġi wżata, kif indikata hawn isfel.
Diskussjoni fuq it-tħassir
immodifikaPaġni li ma jaqgħux fit-tliet kategoriji t'hawn fuq jistgħu jkunu mħassrin wara diskussjoni bejn il-komunità f'waħda mid-diskussjonijiet ta' tħassir, fejn ir-riżultati tagħhom jistgħu jkunu riveduti wara l-fatt fir-rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna (ara hawn isfel). Din tinkludi tħassir immedjat jew propost ikkontestat. Hawnhekk, l-edituri li jixtieq jipparteċipaw jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq x'jista' jsir bil-paġna.
Dawn il-proċessi mhumiex deċiżi skond in-numru, għalhekk il-parteċipanti huma inkoraġġuti biex jispjegaw l-opinjoni tagħhom u jirreferu għal politika. Id-diskussjoni tkompli tal-anqas sa ħamest ijiem; wara, il-paġni huma mħassra minn amministratur jekk hemm kunsens li jsir dan. Jekk ma jkunx hemm kunsens biżżejjed, il-paġna tibqa' u hi għal darb'oħra suġġett għal modifikar normali, fużjoni jew rinidirizzi approprjati.
Nominazzjoni li jkollha respons żgħir wara ħamest ijiem tista' terġa' titniżżel jekk l-editur li jkun għalaqha jemmen li aktar ħin ikun aħjar biex jiġġenera kunsens aħjar.
Hu ikkunsidrat bħala ħaġa inapproprjata li tistaqsi lil nies barra l-Wikipedija biex imorru fid-diskussjoni b'mod li jinfluwenzaw ir-riżultat. Kummenti bħal dawn għandhom jiġu injorati, imma mhux imħassra. F'ċerti każi, dibattu dwar tħassir tista' tkun semi-protetta.
Hi ħaġa inapproprjata wkoll li tagħmel rikjesta għat-tħassir minħabba argument editorjali. Argumenti bħal dawn mhumiex solvuti bit-tħassir tal-paġna kollha; minflok, uża riżoluzzjoni tal-argument.
- Fejn issibhom: Wikipedija:Paġni għat-tħassir
- Kif tamilha: Segwi l-istruzzjonijiet fuq il-paġna msemmija
- Jekk ma taqbilx: Mur fil-paġna u spjega għala ma taqbilx. Tneħħix l-avviż minn fuq il-paġna. Għal aktar informazzjoni fuq dan il-proċess, aqra l-Gwida għat-tħassir.
- Rinominazzjonijiet: Wara dibattu dwar it-tħassir jikkonkludi u l-paġna tinżamm, l-utenti jridu jħallu ammont konsidervoli ta' żmien qabel ma jerġgħu jinnominaw l-istess paġna għat-tħassir, biex tagħti lill-edituri l-ħin biex itejbu l-paġna. Rinominazzjonijiet ftit wara d-dibattu huma ġeneralment magħluqa mal-ewwel. Tkun ta' distrazzjoni li kontinwament toqgħod tinnomina paġna b'xewqa li jkollha riżultat differenti.
Reviżjoni ta' tħassir
immodifikaJekk temmen li paġna kienet ġiet imħassra bi żball, jew kellha tiġi mħassra u ma ġietx, jew diskussjoni fuq tħassir kienet ġiet imwaqqfa b'mod skorrett, int tista' tiddiskuti mal-persuna li effettwat it-tħassir, jew li għalaq id-dibattitu, fuq il-paġna ta' diskussjoni. Jekk l-eżitu ma jkunx solvut, int tista' tagħmel rikjesta biex tiġi riveduta t-tmiem tad-diskussjoni fuq Wikipedija:Rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna.
Jekk paġna ġiet imħassra mingħajr ebda proċess, allura amministratur jista' jagħżel li jirkupraha immedjatament. F'każi bħal dawn, l-amministratur li ħassar il-paġna irid ikun infurmat. Madanakollu, li tiġi rkuprata xi ħaġa mingħajr ma tikseb kunsens tista' tidher bħala interuzzjoniji, u għalhekk dawn għandu jittieħdu b'kura.
Jekk paġna kienet ġiet imħassra taħt Tħassir propost, allura din trid tiġi rkuprata minnufih mar-rikjesta. Madanakollu, din tista' tiġi mwassla fuq WP:Paġni għat-tħassir.
Jekk artiklu kien imħassar minħabba nuqqas ta' kontenut jew minħabba li kellu kontenut inapproprjat (din tapplika l-aktar għal ħafna mit-tħassir immedjat) u tixtieq li toħloq artiklu aħjar dwar l-istess suġġett, int tista' sempliċiment toħolqu, mingħajr ebda bżonn ta' reviżjoni. Hu telf ta' ħin li tmur f'reviżjoni ta' tħassir ta' stub mingħajr sors, meta l-alternattiva hi li toħloq artiklu bis-sors.
- Fejn issibhom: Wikipedija:Rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna
- Kif tamilha: Segwi l-istruzzjonijiet fuq il-paġna msemmija
- Jekk ma taqbilx: Mur fil-paġna u spjega għala ma taqbilx.
- Rinominazzjonijiet: Bħala m'hu l-każ dwar diskussjoni fuq it-tħassir, ċerti ammont ta' żmien irid jgħaddi bejn nominazzjonijiet ripetuti għal reviżjoni ta' tħassir, u dawn ir-rikjesti jridu jkunu konsidrati fid-dawl tal-politika. Rinominazzjonijiet li huma neqsin minn argumenti jew evidenzi ġodda huma probabbli li jingħalqu mill-ewwel.
Aċċess għal paġni mħassrin
immodifikaPaġni li ġew imħassra ma jistgħux ikunu aktar viżibbli, imma temporanjament jibqgħu fid-database u huma aċċessibbli mill-amministraturi, flimkien mal-kronoloġija tagħhom. Kull utent b'raġuni ġenwina jista' jagħmel rikjesta biex jara temporanjament paġna mħassra. Għandek tkun taf li dawn ir-rikjesti huma miċħuda jekk il-kontenut kien ġiet imħassar minħabba raġunijiet legali (bħal diffamazzjoni jew vjolazzjoni tal-copyright), jew jekk ma tingħatax l-ebda raġuni valida għar-rikjesta.