Għajnuna:Kronoloġija

Navigazzjoni
Tfittxija, [ Mur ]
Links li jwasslu hawn
Paġna kwalunkwe
Paġni speċjali
Verżjoni għall-ipprintjar

Tibdil
Tibdil riċenti
Tibdil relatat
Lista t'osservazzjoni
Kronoloġija
Diff
Paġna ta' l-immaġini
Kontribuzzjonijiet

Kontijiet
Login
Preferenzi
immodifika dan l-indiċi

Il-kronoloġija ta' paġna tikkonsisti minn lista ta' varjetà ta' verżjonijiet tal-paġna wara modifiki mill-utenti. Fil-prattika, kull modifika tiġġenera verżjoni ġdida tal-paġna, identifikata permezz ta' numru u tad-data u l-ħin eżatt meta sar l-editjar. Il-verżjonijiet kollha preċedenti jiġu arkivjati u disponibbli għall-konsultazzjoni, flimkien mal-informazzjoni dwar kull modifika unika. Għalhekk hu possibli li wieħed jeffetwa xi paragun bejn żewġ verżjonijiet.

Il-kronoloġija hi disponibbli għal kull paġna tal-enċiklopedija, barra xi paġni speċjali li huma ġenerati awtomatikament. Biex tmur fuq il-kronoloġija, ikklikja fuq il-link li jġib l-istess isem fuq il-parti ta' fuq tal-paġna, jew inkella utilizzaw l-għodda "cron" disponibbli f'diversi paġni ta' servizz, bħal eżempju "Tibdil riċenti", "Tibdil relatat", "Kontribuzzjonijiet tal-utent" u "Lista t'osservazzjoni". Jekk fil-preferenzi għażilt li jintuża "Tibdil riċenti avanzati", ikun hemm disponibbli wkoll l-għodda tal-"Verżjoni preċedenti".

Il-paġni li kienu mħassra (mhux dawk il-paġni li l-kontenut tagħhom kien imħassar) ikollhom eċċezzjoni fejn l-uniku dokument viżibbli għal dawk li mhumiex amministraturi hu l-"log" tal-kanċelazzjoni. Madanakollu, il-kronoloġija tkun konservata u tkun tista' tiġi rkuprata minn amministratur.

Il-politika tal-konservazzjoni tal-kronoloġija tal-paġni mħassra ma kinitx użata fil-bidu tal-Wikipedija. Il-kronoloġiji tal-paġni mħassra f'dak il-perjodu ma kinux disponibbli.

Użu tal-kronoloġija

immodifika

Meta wieħed jidħol fil-kronoloġija ta' xi paġna, tiġilek tidher paġna b'diversi linji. Kull linja tikkorrispondi għal modifika li saret f'dik l-istess paġna (ikun hemm biss linja waħda jekk tkun ikkrejata paġna imma l-ebda modifika ma tkun saret wara l-kreazzjoni). Dawn il-linji huma taħt ordni kronoloġiku, u b'hekk l-aktar linja għolja hi l-aħħar modifika li saret; dik kurrenti.

Partikularment, kull linja tikkonsisti minn (mix-xellug għal-lemin):

  1. (kurr): tiħdok f'paġna ta' diff, fejn turi d-differenza bejn dik il-modifika u l-verżjoni kurrenti. Ir-reviżjoni kurrenti tidher taħt it-tibdil, biex b'hekk int tkun tista' tara kif il-paġna tinsab issa.
  2. (preċ): tiħdok f'paġna ta' diff, fejn turi l-modifiki bejn dik l-modifika partikulari u l-verżjoni preċedenti. L-aktar verżjoni riċenti tidher wara t-tibdil, b'hekk int tkun tista' tara kif il-paġna tinsab issa.
  3. Iż-żewġ kolonni ta' radio buttons tista tiġi wżata biex tagħżel kwalunkwe verżjoni mit-tnejn disponibbli u tagħfas fuq "Ikkompara il-verżjonijiet magħżula." biex tagħmel il-komparazzjoni.
  4. Ħin u d-data tal-modifika, espressi fil-ħin lokali skond kif hu ssetjat fil-preferenzi. Id-data u l-ħin huma ħolqa għall-verżjoni ta' dik il-ġurnata u l-ħin. Il-ħin u d-data tal-ewwel linja tillinkja għall-verżjoni tal-paġna kurrenti.
  5. Isem tal-utent jew l-indirizz IP ta' min għamel il-modifika.
  6. L-ittra "m" b'tipa ħoxna tidher biss jekk il-modifika kienet senjalata bħala modifika minuri
  7. Sommarju tal-modifika: tidher (f'parentesi tondi) f'każ li nkitbet mill-utent.

Jekk intużat fil-passat l-għodda tat-"tmexxija ta' paġna" biex jitbiddel l-isem ta' paġna, l-istorja kollha tal-artiklu, qabel u wara t-trasferiment, jidhru. It-titlu l-antik isir redirect u jitlef l-istorja ta' modifiki. Jekk żewġ paġni jiġu magħqudin f'paġna waħda, tipikament waħda ssir redirect. F'dan il-każ, ir-reviżjoni tal-kronoloġija tar-redirect jibqa' miżmum.

Kronoloġija tal-istampi

immodifika

Stampa (u ġeneralmemt, kwalunkwe fajl li jkun imtella fis-server) tista' tiġi modifikata, jew aktar komuni, verżjoni ġdida tal-fajl tkun imtella billi ttella' fajl bl-istess isem. Kull verżjoni tibqa' salvata. Il-kronoloġija tal-istampa tidher fil-parti tad-deskrizzjoni, li tidher fil-paġna tal-istampa.

Stampi li ġew imħassra (mhux stampi li ma jintużawx f'artikli) mhumiex miżmuma, fejn l-unika rekord li hu disponibbli hu r-reġistru tal-fajls imtella', ir-reġistru tat-tħassir u possibilment fl-arkivju tal-"voti għat-tħassir".

Special:Export

immodifika

Permezz ta' Special:Export is-sors tal-kodiċi tal-verżjoni attwali u tal-verżjonijiet preċedenti bl-informazzjoni kollha tal-kronoloġija tista tiġi miġbura flimkien f'fajl XML. Aktar minn hekk, anki l-lista tal-paġni tista' tkun mixħuta f'fajl wieħed. Dan jippermetti biex wieħed ikun jista' jfittex test partikulari f'verżjonijiet flimkien. Ara wkoll Għajnuna:Export.

Li wieħed iżomm arkivju ta' test partikulari f'paġna oħra, kontenut li mhux aktar ta' użu imma ta' konservazzjoni, hi teknika aħjar milli wieħed jibbaża ruħu fuq il-kronoloġija: it-test arkivjat f'paġna oħra jista' jkun misjub mill-muturi ta' riċerka u bl-użu tal-funzjoni ta' riċerka ta' MediaWiki. Il-kontenut tal-paġni l-qodma jista' jkun imfittex biss, jekk l-esportazzjoni kienet effetwata. Aktar minn hekk, il-paġni tal-arkivju jistgħu jkunu organizzati u jistgħu jitpoġġew xi titli deskrittivi, waqt li fil-kuntrarju s-sommarju tal-modifiki ma jistgħu jkunu rkuparti. Hu possibli li jiġi fornit indiċi tal-verżjonijiet antiki tal-paġni.