Wikipedija:Amministraturi/Kandidati/Nevborg
- Id-diskussjoni t'hawn taħt ġiet preservata bħala arkivju ta' rikjesta b'suċċess għal amministratur. Jekk jogħġbok ħalliha kif inhi.
Werrej
Agħti l-opinjoni tiegħek (paġna ta' diskussjoni) (5/0/0) (aġġorna); Skedata li tispiċċa 16:28, 6 Mejju 2020 (UTC)
Nominazzjoni
immodifikaNevborg (diskussjoni · kontribuzzjonijiet) – Nevborg ilu attiv fil-moviment globali tal-Wikimedia għal dawn l-aħħar ħames snin u għandu esperjenza tajba biex ikun amministratur fuq mt.wikipedia. Qed ninnominah ukoll għax għandna bżonn inkabbru n-numru ta' amministraturi attivi fuq dan il-wiki. ToniSant (d) 16:28, 29 Apr 2020 (UTC)
- Għażiż kandidat, jekk jogħġbok indika li taċċetta din in-nominazzjoni hawnhekk: Naċċetta din in-nominazzjoni--Nevborg (d) 10:36, 30 Apr 2020 (UTC)
Mistoqsijiet għall-kandidat
immodifikaGħażiż kandidat, grazzi talli għażilt li sservi lill-Wikipedija bħala amministratur. Huwa suġġerit li tirrispondi dawn il-mistoqsijiet sabiex tagħti gwida lill-parteċipanti:
- 1. F'liema xogħol amministrativ mistenni li tieħu sehem?
- T:Se nkun qed niddiskuti mal-amminstraturi preżenti (u attivi) sabiex nikkordinaw ix-xogħol li jrid isir. Il-Wikipedija hija riżorsa importanti li għandha bżonn ċertu xogħol ta' manteniment u titjib, kemm fil-kwalita' u firxa ta' kontenut, kif ukoll fejn jidħol il-user interface sabiex inħeġġu aktar nies jagħtu l-kontribut tagħhom fuq il-Wikipedija. Din se tkun prijorita' għalija fix-xogħol tiegħi bħala amministratur
- 2. X'inhuma l-aqwa kontribuzzjonijiet tiegħek fil-Wikipedija, u għaliex?
- T:L-aqwa kontribut tiegħi fil-Wikipedija kien bħala wieħed mill-individwi li waqqaf l-għaqda volontarja Wikimedia Community Malta. Bħala membru ta' din l-għaqda matul dawn l-aħħar snin tajt il-kontribut tiegħi sabiex il-kontenut dwar Malta fuq il-Wikipedija jitjieb (b'mod partikolari fejn tidħol il-kultura u l-wirt ta' Malta), permezz tal-koordinament u involviment tiegħi f'bosta proġetti u attivitajiet, fosthom Wiki Loves Monuments, Art+Feminism, u Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2020.
- 3. Kont f'xi kunflitt ta' editjar fil-passat jew xi utent ħoloqlek xi problemi? Kif solvejtha u x'se tagħmel fil-futur jekk terġa' titfaċċa?
- T:Kien hemm numru ta' drabi fejn kont involut b'mod indirett f'sitwazzjonijiet fejn kien hemm nuqqas ta' qbil dwar edits li saru. F'dawn il-każijiet huwa importanti li nassumu r-rieda tajba ta' kull utent u niddiskutu l-argumenti differenti permezz tal-paġni ta' diskussjoni. Kien hemm inċidenti wkoll fejn ħareġ biċ-ċar li utent jew utenti ma kellhomx ir-rieda tajba u kellhom intenzjonijiet malizzjużi. F'dawn il-każijiet għandna nirreferu l-inċident lil utenti li għandhom iżjed esperjenza minna u, fejn hemm bżonn, lil kumitat tal-arbitrazzjoni ċentrali.
Kummenti ġenerali
immodifika- Ħoloq relatati ma' Nevborg: Nevborg (diskus · kontrib · tħassir · għadd · logs · blokks · lu · rgħar · rgħk · rgk · pups · fittex an, ani, cn, an3)
Jekk jogħġbok żomm id-diskussjoni kostruttiva u ċivili. Jekk m'intix familjari mal-kandidat, jekk jogħġbok irrevedi hawnhekk il-kontribuzzjonijiet tagħhom qabel ma tikkumenta.
Diskussjoni
immodifikaFavur
immodifika- Lil Nevborg ili nafu jaħdem fuq proġetti ta' Wikimedia għal diversi snin u l-biċċa l-kbira minnhom ħdimna fuqhom, u għadna naħdmu fuqhom flimkien. Għandu esperjeza addattata ferm biex ikun amministratur fuq mt.wikipedia u kien għalhekk li nnomminajtu għal dan ir-rwol. --ToniSant (d) 16:07, 30 Apr 2020 (UTC)
- Nevborg huwa persuna addattata ferm biex ikun f'fin il-kariga Mewga (d) 17:33, 30 Apr 2020 (UTC)
- Nappoġġa l-kandidatura ta' Nevborg, jidher li hu ideali għal din il-kariga.Leli Forte (d) 17:46, 30 Apr 2020 (UTC)
- Nappoġġa l-kandidatura ta' Nevborg --Dans (d) 08:30, 1 Mejj 2020 (UTC)
- Nappogga l-kandidatura ta' Nevborg. Nemmen li ghandu hafna x'joffri f'din il-kariga. Angie Balzan (d) 04:33, 2 Mejj 2020 (UTC)