Tim nazzjonali tal-futbol tat-Turkija
Turkija | |
Assoċċazzjoni | Turkish Football Federation |
Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |
Kowċ | Fatih Terim |
Captain | Hakan Şükür |
L-Aktar Dehriet | Rüştü Reçber (114) |
L-Aktar Gowls | Hakan Şükür (51) |
Grawnd Nazzjonali | Atatürk Olympic Stadium |
L-Ewwel Internazzjonali | Turkija 2 - 2 Rumanija (Istanbul, Turkija; 26 ta' Ottubru, 1923) |
L-Ikbar Rebħiet | Turkija 7 - 0 Sirja (Ankara, Turkija; 20 ta' Novembru, 1949) Turkija 7 - 0 Korea t'Isfel (Ġeneva, Svizzera; 20 ta' Ġunju, 1954) Turkija 7 - 0 San Marino (Istanbul, Turkija; 10 ta' Novembru, 1996) |
L-Ikbar Telfiet | Polonja 8 - 0 Turkija (Chorzow, Polonja; 24 ta' April, 1968) Turkija 0 - 8 Ingilterra (Istanbul, Turkija; 14 ta' Novembru, 1984) Ingilterra 8 - 0 Turkija (Londra, Ingilterra; 14 ta' Ottubru, 1987) |
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tat-Turkija hu t-tim nazzjonali tal-futbol tat-Turkija u hu mmexxi mill-Turkish Football Federation. Huma huma affiljati mal-UEFA. L-aqwa riżultati għal dan it-tim waslu fit-Tazza tad-Dinja 2006 meta huma spiċċaw it-tielet. It-Turkija laħqu wkoll il-kwarti tal-finali ta' l-Euro 2000 u spiċċaw fit-tielet post tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fl-2003.
Storja
immodifikaTazza tad-Dinja 1950 u 1954
immodifikaIt-Turkija kkwalifkaw għat-Tazza tad-Dinja 1950 meta rebħu 7-0 lis-Sirja imma rtiraw wara problemi finanzjarji.
It-Turkija imbagħad ikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 1954 wara play-off kontra Spanja. Fil-grupp ta' kwalifikazzjoni li kien ikkontestat mit-Turkija u minn Spanja, l-ewwel it-tim Torj tilef 4-1 kontra Spanja, imma r-rebħa 1-0 fil-partita ta' wara biex ġew bl-istess punti fil-grupp. Intlagħbet play-off bejn dawn iż-ewġ timijiet, u f'din il-logħba huma spiċċaw pari ta' 1-1. It-Turkija rebħet din il-logħba wara tfigħ ta' munita. It-Turkija spiċċat fil-grupp ma' l-Ungerija u l-Ġermanja tal-Punent. It-Turkija qatt ma' lagħbet kontra l-Ungerija, minħabba l-format tal-kompetizzjoni, u t-telfa ta' 4-1 kontra l-Ġermaniżi kienet segwita b'rebħa għat-Torok ta' 7-0 kontra l-Korea t'Isfel. Huma tilfu 7-2 fil-play-off kontra l-Ġermanja tal-Punent.
Snin Sittin u Sebgħin
immodifikaMinkejja l-introduzzjoni tal-kampjonat nazzjonali, u dehriet tat-timijiet Torok fil-kompetizzjoni Ewropeja, it-tim nazzjonali naqas li jikkwalifkaw għal xi kompetizzjoni mportanti. Is-snin tmenin raw lit-Turkija titlef għal darbtejn 8-0 kontra l-Ingilterra. It-Turkija tilfu l-aħħar logħba fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1990 biex tilfu din l-edizzjoni.
Euro 1996 u 2000
immodifikaIt-Turkija kkwalifikaw għall-Euro 1996 meta rebħu kemm lill-Isvizzera u lill-Isvezja 2-1, imma wara tilfu l-partiti kollha u skurjaw gowl wieħed. Minkejja dan kollu, huma rritornaw darhom b'unur: unur għall-aktar logħob rett (fair-play), li kien mogħti lil Alpay Özalan.
Fl-Euro 2000 it-Torok kienu preżenti meta rebħu play-off kontra r-Repubblika Irlandiża. It-Turkija tilfu l-ewwel logħba tagħhom, 2-1 kontra l-Italja, pari ta' 0-0 kontra l-Isvezja u rebħa ta' 2-0 fuq il-pajjiż ospitu tal-Beġju, biex b'hekk din kienet l-ewwel darba li fil-Kampjonati Ewropej il-pajjiż ospitu spiċċa barra fl-ewwel rawnd. It-Turkija spiċċaw barra fil-kwarti tal-finali b'telfa ta' 2-0 kontra l-Portugall.
Tazza tad-Dinja 2002
immodifikaIt-tim Tork beda l-kampanja tat-Tazza tad-Dinja 2002 b'telfa ta' 2-1 kontra l-Brażil. It-Turkija għaddew għar-rawnd ta' wara b'rebħa ta' 3-0 fuq it-Tim Nazzjonali tal-Futbol taċ-Ċina.
It-Turkija affrontaw wara lill-pajjiż ospitu tal-Ġappun u irnexxielhom jirbħu 1-0. It-tim Tork kompla mixi fuq nota pożittiva meta rebaħ lis-Senegal 1-0 wara l-ħin miżjud. Fis-semi-finali huma reġgħu ltaqgħu mal-Brażil u għal darb'oħra tilfu, din id-darba 1-0. Fil-logħba għat-tielet u r-raba' post, huma rnexxielhom jirbħu l-midalja tal-bronż meta rebħu 3-2 lill-Korea t'Isfel. Hakan Şükür skorja l-ewwel gowl tat-Turkija wara 11-il sekonda li huwa l-iktar gowl kmieni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
L-Iskwadra tat-Turkija
immodifikaGowlers:
Difensuri:
Midfielders:
- Serdar Kurtuluş
- Arda Turan
- Tümer Metin
- Mehmet Aurélio
- Hüseyin Çimşir
- Gökdeniz Karadeniz
- Mehmet Topuz
- Yıldıray Baştürk
- Nuri Şahin
- Hamit Altıntop
- Emre Belözoğlu
- Tuncay Şanlı
Attakkanti:
Storja tal-Kompetizzjonijiet
immodifika- 1930 - Ma ħaditx sehem
- 1934 - Irtirat
- 1938 - Ma ħaditx sehem
- 1950 - Ikkwalifikat, imma rtirat
- 1954 - L-Ewwel Rawnd
- 1958 - Irtirat
- 1962 sa l-1998 - Ma kkwalifikatx
- 2002 - Tielet Post
- 2006 - Ma kkwalifikatx
- 1960 sa l-1992 - Ma kkwalifikatx
- 1996 - L-Ewwel Rawnd
- 2000 - Kwarti tal-Finali
- 2004 - Ma kkwalifikatx
- 2008 - Ikkwalifikat
Plejers
immodifikaL-Aktar Apparenzi
immodifika# | Isem | Karriera | Partiti | Gowls |
---|---|---|---|---|
Rüştü Reçber | 1993-preżent | |||
Hakan Şükür | 1992-preżent | |||
Bülent Korkmaz | 1990-2005 | |||
Tugay Kerimoğlu | 1990-2007 | |||
Alpay Özalan | 1995-2005 | |||
Ogün Temizkanoglu | 1990-2002 | |||
Abdullah Ercan | 1992-2003 | |||
Oğuz Çetin | 1988-1998 | |||
Fatih Akyel | 1997-preżent | |||
Arif Erdem | 1994-2003 |
L-Aktar Gowls
immodifika# | Isem | Karriera | Partiti | Gowls |
---|---|---|---|---|
Hakan Şükür | 1992-2005 | |||
Lefter Küçükandonyadis | 1948-1963 | |||
Cemil Turan | 1969-1979 | |||
Metin Oktay | 1969-1979 |