Tazza Ażjatika tal-Futbol
It-Tazza Ażjatika hija kompetizzjoni tal-futbol organizzata mill-Konfederazzjoni Ażjatika tal-Futbol (AFC) bejn il-pajjiżi Ażjatiċi. It-tim rebbieħ isir iċ-ċampjin tal-Asja u awtomatikament jikkwalifika għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Tazza Ażjatika tal-Futbol 2011 | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1956 |
Nru. ta' timijiet | 16 |
Reġjun | Asja (AFC) |
Ċampjin attwali | Iraq |
L-aktar rebħiet |
Iran Ġappun Arabja Sawdija (tliet titli) |
Sit elettroniku | the-afc.com |
It-Tazza Ażjatika kienet issir darba kull erba' snin mill-1956 'il quddiem, imma, minħabba li l-Logħob Olimpiku tas-sajf u l-Kampjonati Ewropej isiru fl-istess sena tat-tazza (2004, 2008, 2012 etċ.), il-kalendarju kellu jinbidel. L-AFC iddeċidiet li dan il-kampjonat jiġi skedat f'ħin fejn ikun hemm nuqqas ta' avvenimenti, u b'hekk wara l-2004, dan it-turnew sar fl-2007, biex issa se jkompli jsir kull erba' snin minn dik is-sena.
Matul is-snin, it-Tazza Ażjatika kienet iddominata mill-aqwa timijiet Ażjatiċi, tipikament dawk li ġejjin mill-Punent u mil-Lvant tal-Asja. Timijiet bħar-Repubblika Koreana, l-Iran, il-Ġappun u l-Arabja Sawdija kważi kull sena kienu laħqu l-finali. Timijiet oħra li kisbu suċċess jinkludu lill-Iraq, il-Kuwajt, iċ-Ċina u l-Emirati Għarab Magħquda.
Riżultati
immodifikaTimijiet nazzjonali ta' suċċess
immodifikaTim | Titli | It-Tieni Post | It-Tielet Post | Ir-Raba' Post |
---|---|---|---|---|
Arabja Sawdija | 3 (1984, 1988, 1996) | 3 (1992, 2000, 2007) | - | |
Iran | 3 (1968*, 1972, 1976*) | - | 4 (1980, 1988, 1996, 2004) | 1 (1984) |
Ġappun | 3 (1992*, 2000, 2004) | - | - | 1 (2007) |
Korea t'Isfel | 2 (1956, 1960*) | 3 (1972, 1980, 1988) | 3 (1964, 2000, 2007) | - |
Iżrael # | 1 (1964*) | 2 (1956, 1960) | 1 (1968) | |
Kuwajt | 1 (1980*) | 1 (1976) | 1 (1984) | 1 (1996) |
Iraq | 1 (2007) | - | - | 1 (1976) |
Ċina | - | 2 (1984, 2004*) | 2 (1976, 1992) | 2 (1988, 2000) |
Emirati Għarab Magħquda | - | 1 (1996*) | - | 1 (1992) |
Indja | - | 1 (1964) | - | - |
Mjanmar | - | 1 (1968) | - | - |
Tajpej Ċiniżi | - | - | 1 (1960) | 1 (1968) |
Ħong Kong | - | - | 1 (1956*) | 1 (1964) |
Tajlandja | - | - | 1 (1972*) | - |
Vjetnam t'Isfel | - | - | - | 2 (1956,1960) |
Baħrejn | - | - | - | 1 (2004) |
Kambodja | - | - | - | 1 (1972) |
Korea ta' Fuq | - | - | - | 1 (1980) |
- * = bħala ospiti
- # = L-Iżrael ġie sospiż mill-AFC fis-snin sebgħin
Prestazzjoni min-nazzjonijiet ospiti
immodifikaSena | Nazzjon ospitu | Fażi |
---|---|---|
1956 | [[Stampa:{{{flag alias-1910}}}|22x20px|border |ħolqa=]] Ħong Kong | It-tielet post |
1960 | Korea t'Isfel | Rebbieħ |
1964 | Iżrael | Rebbieħ |
1968 | Iran | Rebbieħ |
1972 | Tajlandja | It-tielet post |
1976 | Iran | Rebbieħ |
1980 | Kuwajt | Rebbieħ |
1984 | Singapor | Fażi tal-gruppi |
1988 | Qatar | Fażi tal-gruppi |
1992 | Ġappun | Rebbieħ |
1996 | Emirati Għarab Magħquda | Finalista tellief |
2000 | Libanu | Fażi tal-gruppi |
2004 | Ċina | Finalista tellief |
2007 | Vjetnam Indoneżja Tajlandja Malażja |
Kwarti tal-finali Fażi tal-gruppi Fażi tal-gruppi Fażi tal-gruppi |
2011 | Qatar | Kwarti tal-finali |
L-aqwa prestazzjoni skont ir-reġjun
immodifikaFederazzjoni (Reġjun) | L-aqwa prestazzjoni |
---|---|
WAFF (Punent tal-Asja) | 9 titli, mirbuħa mill-Iran (3), Arabja Sawdija (3), Kuwajt (1), Iraq (1) , Iżrael (1) |
EAFF (Lvant tal-Asja) | 5 titli, mirbuħa mill-Ġappun (3), Repubblika Koreana (2) |
AFF (Xlokk tal-Asja) | Finalista tellief (Mjanmar, 1968) |
SAFF (Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar) | Finalista tellief (Indja, 1964) |
Rekords u statistika
immodifikaL-aqwa skorers (ta' kull żmien)
immodifikaL-aktar dehriet fil-kompetizzjoni
immodifikaPlejer | Dehriet | Edizzjonijiet |
---|---|---|
Mehdi Mahdavikia | 4 | 1996, 2000, 2004, 2007 |
Li Ming | 4 | 1992, 1996, 2000, 2004 |
Adnan Al-Talyani | 4 | 1984, 1988, 1992, 1996 |
Nazzjonijiet parteċipanti
immodifika
11-il darba 9 darbiet 8 darbiet 7 darbiet 6 darbiet |
4 darbiet 3 darbiet darbtejn |
darba |
Statistika ġenerali
immodifika
|
|