Fenek ta' denbu qotni
Fenek ta' denbu qotni jew kif jissejjaħ ukoll denb qotni u denb il-qoton, jista' jkun wieħed minn sbatax-il speċi ta' lagomorfi leporidi, li jagħmlu parti mill-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha u kollha klassifikati fil-ġeneru Sylvilagus maqsuma ma' tliet sottoġeneri (Microlagus, Sylvilagus u Tapeti).
Fenek ta' denbu qotni | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Sottodiviżjoni: | 16-il speċi |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Sylvilagus Gray, 1867 |
L-ispeċi kollha ta' dnieb qotnin huma nattivi tal-kontinenti Amerikani u huma kkunsidrati bħala fniek għax kollha jkollhom iż-żrameġ bla pil, għomja u totalment dipendenti fuq l-omm fit-twelid.
Il-fniek ta' denbhom qotni, fl-apparenza tagħhom huma simili ħafna tal-Fenek Ewropew selvaġġ Oryctolagus cuniculus. L-isem ta' dawn il-fniek ġej mill-fatt li l-biċċa l-kbira tal-ispeċi għandhom denbhom abjad fuq in-naħa ta' taħt magħmul minn pil fin ħafna qisu qoton. Din il-parti tad-denb juruh biċ-ċar waqt li jkunu qegħdin jaħarbu mil-periklu. Madankollu, din il-karatteristika mhijiex tal-ġeneru Sylvilagus biss (eż. il-Fenek Ewropew ukoll għandu dan it-tip ta' denb), u lanqas il-membri tal-ġeneru Sylvilagus kollha ma għandhom din il-karatteristika (eż. il-Fenek xkupilja Sylvilagus bachmani għandu n-naħa ta' taħt ta' denbu kulur ġriż).
Il-ġeneru Sylvilagus għandu distribuzzjoni wiesgħa mal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, għalkemm il-biċċa l-kbira ta' dawn l-ispeċi huma iżolati ġeografikament jew għandhom distribuzzjoni limitata f'reġjuni partikulari. Minbarra fl-Amerika ta' Fuq dan il-ġeneru huwa preżenti fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel ukoll bi ftit speċi.
Speċijiet
immodifika- Fenek tal-art mistgħadra, Sylvilagus aquaticus
- Fenek ta' denbu qotni tad-deżert, Sylvilagus audubonii
- Fenek xkupilja, Sylvilagus bachmani
- Fenek ta' denbu qotni tal-foresta, Sylvilagus brasiliensis
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus
- Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku, Sylvilagus cunicularis
- Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei
- Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
- Fenek ta' denbu qotni tat-Tres Marias, Sylvilagus graysoni
- Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus
- Fenek xkupilja ta' San Jose, Sylvilagus mansuetus
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji, Sylvilagus nuttallii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach, Sylvilagus obscurus
- Fenek tal-bassasa, Sylvilagus palustris
- Fenek robust, Sylvilagus robustus
- Fenek ta' denbu qotni tal-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis
- Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Veneżwela, Sylvilagus varynaensis
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Sylvilagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Fenek tal-art mistgħadra, Sylvilagus aquaticus
- Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti, Sylvilagus brasiliensis
- Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei
- Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus
- Fenek tal-bassasa, Sylvilagus palustris
- Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Veneżwela, Sylvilagus varynaensis
- Sottoġeneru Sylvilagus
- Fenek ta' denbu qotni tad-deżert, Sylvilagus audubonii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus
- Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku, Sylvilagus cunicularis
- Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
- Fenek ta' denbu qotni tat-Tres Marias, Sylvilagus graysoni
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji, Sylvilagus nuttallii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach, Sylvilagus obscurus
- Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis
- Fenek robust, Sylvilagus robustus
- Sottoġeneru Microlagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Ġeneru Sylvilagus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
Referenzi
immodifika- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Id-Databażi Palebijoloġika
- Tassonomija tal-Mammiferi