Fenek tal-art mistgħadra
Il-Fenek tal-art mistgħadra jew Denb qotni tal-art mistgħadra, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus aquaticus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-Amerika ta' fuq.
Fenek tal-art mistgħadra | |
---|---|
Ferħ ta' Fenek tal-art mistgħadra, Sylvilagus aquaticus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Sylvilagus |
Speċi: | S. aquaticus |
Isem binominali | |
Sylvilagus aquaticus (Bachman, 1837) |
Deskrizzjoni
immodifikaFid-dehra tiegħu Sylvilagus aquaticus huwa simili ħafna tad-dnieb qotnin l-oħrajn, għalkemm fid-daqs huwa jibqa wieħed mill-akbar fost l-ispeċijiet tal-ġeneru Sylvilagus. Dan il-fenek ġeneralment ikun ta' lewn kannella, bin-naħa ta' taħt id-denb mbaċċaċ fil-bajdani. Il-fniek adulti ta' din l-ispeċi, kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa, normalment ikunu jiżnu bejn 1.5 u 2.7 kilogrammi.
Il-Fenek tal-art mistgħadra, huwa għawwiem kapaċi ħafna u kemm-il darba jaqsam nixxiegħat, xmajjar u għadajjar bl-għawm. Meta jinqala' l-bżonn, dan id-denb qotni semi-akkwatiku, kapaċi jistaħba mill-għedewwa naturali tiegħu billi joqgħod bil-qiegħda mingħajr ma jiċċaqlaq fl-ilma baxx, b'imnieħru biss barra mill-ilma biex jieħu n-nifs. Iżda dan mhuwiex l-uniku mod biex jevita l-għadu tiegħu. Dan il-fenek kapaċi jiġri b' veloċità ta' aktar minn 45 mil fis-siegħa li normalment tkun bl-għamla ta' żigżag.
Dieta
immodifikaIl-Fenek tal-art mistgħadra għandu dieta bbażata fuq qasab, hxejjex u xtieli li huma nattivi tal-ambjent tal-artijiet mistgħadra li jgħix fiħ hu.
Distribuzzjoni
immodifikaIl-Fenek tal-art mistgħadra huwa speċi ta' denb qotni b' distribuzzjoni fl-Amerika ta' fuq, b' firxa mal-artijiet mistgħadra fin-Nofsinhar tal-iStati Uniti.
Klassifikazzjoni
immodifikaDan il-fenek huwa 1 minn 6 speċijiet ta' dnieb qotnin, li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Tapeti. Din l-ispeċi ma' għandha 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.
Referenzi
immodifika- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus aquaticus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.