Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi

(Rindirizzat minn Sylvilagus insonus)


Il-Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus, huwa mammiferu plaċentat erbivoru (magħruf biss minn anqas minn 10 eżemplari) endemiku tal-Messiku li jgħix f' arja ristretta ħafna u l' ilu ma jidher mis-snin 1960.

Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. insonus
Isem binominali
Sylvilagus insonus
Nelson, 1904
Firxa tal-Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi

MacPhee u Flemming fl-1999 ikkunsidraw din l-ispeċi bħala każ ta' estinzjoni moderna tal-llum il-ġurnata solvut. Madankollu Cervantes et al. (fl-istampar) eżamina ġilda ta' annimal li nnġabar fil-viċinanzi fl-1998 minn residenti tal-post. L-eżemplari rriżulta li huwa ġenetikament distint minn Sylvilagus cunicularius, speċi li tinsab fil-madwar u li il-kulur tal-pil jaqbel ma' deskrizzjonijiet ta' Sylvilagus insonus li kienu saru fil-passat. Cervantes et al. (fl-istampar) ikkonkluda li l-ispeċi għada teżisti u probabilment tigħx ristretta fil-muntanji umdi, miksijin bil-foresta li qiegħda fil-qrib ta' Omiltemi.

Distribuzzjoni

immodifika

Il-Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, huwa speċi endemika tal-Messiku u jgħix biss f' Sierra Madre del Sur fl-istat ta' Guerrero, u jippreferi ambjent ta' foresta maquda tas-sħab f' għoli ta' bejn 2,300m u 5,280m.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika
  • Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus insonus Fil-Periklu kritiku ta' estinzjoni. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006