Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis

(Rindirizzat minn Fenek robust)

Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis jew fenek robust, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus robustus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, endemiku tal-Istati Uniti.

Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis
Stat ta' konservazzjoni

Vulnerabbli  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
KlassiMammalia
OrdniLagomorpha
FamiljaLeporidae
ĠeneruSylvilagus
speċi Sylvilagus robustusu Sylvilagus holzneri
Bailey, 1905
,
Distribuzzjoni ġeografika

Dan id-denb qotni huwa simili ħafna tal-fenek ta' denbu qotni tal-Lvant (Sylvilagus floridanus) u diffiċli ħafna biex jingħarfu minn xulxin. Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis żmien ilu kien meqjus bħala sottospeċi tal-fenek ta' denbu qotni tal-Lvant.

Sylvilagus floridanus robustus huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Sylvilagus robustus ta' Bailey (1905).

Distribuzzjoni

immodifika

Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis huwa speċi ta' denb qotni li hija ristretta u għandha distribuzzjoni fuq il-Muntanji Davis biss, endemiku tal-istat tat-Texas, fl-Istati Uniti f'arja mhux protetta bejn Guadalupe u l-Park Nazzjonali ta' Big Bend.

Klassifikazzjoni

immodifika

Dan il-fenek huwa wieħed minn disa' speċi ta' dnieb qotna, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u m'hemmx sottospeċi rikonoxxuti.

Referenzi

immodifika