Il-Fenek xkupilja Sylvilagus bachmani jew kif xi kultant inhu msejjaħ ukoll Fenek ta' denbu qotni xkupilja huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq.

Fenek xkupilja
Fenek xkupilja, Sylvilagus bachmani
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. bachmani
Isem binominali
Sylvilagus bachmani
(Waterhouse, 1839)
Sottospeċijiet
Firxa tal-Sylvilagus bachmani
Fenek xkupilja Sylvilagus bachmani

Numru kbir ta' sottospeċi li huma ġografikament separati ġew proposti; f' Oregon, Sylvilagus bachmani ubericolor; f' California, Sylvilagus bachmani cinerascens, Sylvilagus bachmani mariposae, Sylvilagus bachmani riparius, Sylvilagus bachmani tehamae u Sylvilagus bachmani trowbridgii; u f' Baja Kalifornja, Sylvilagus bachmani cerrosensis, Sylvilagus bachmani exiguus, Sylvilagus bachmani howelli, Sylvilagus bachmani peninsularis u Sylvilagus bachmani rosaphagus u Sylvilagus bachmani bachmani, Sylvilagus bachmani macrorhinus u Sylvilagus bachmani virgulti huma ħafna inqas ristretti ġografikament. Sylvilagus bachmani riparius, qiegħed f' periklu kbir ta' estinzjoni u għalkemm qabel kien numeruż ma' tul ix-xmajjar ta' San Joaquin u Stanislaus, illum il-ġurnata baqa biss popolazjoni ta' ftit mijjiet fil-Park ta' Caswell Memorial State.

Mis-sottospeċijiet varji li ġew proposti, għal mument ġew rikonoxxuti Sylvilagus bachmani ubericolor, Sylvilagus bachmani cinerascens, Sylvilagus bachmani bachmani, Sylvilagus bachmani exiguus, Sylvilagus bachmani howelli u Sylvilagus bachmani cerrosensis, il-bqijja qegħdin jistennew li jiġu rikkonoxxuti uffiċjalment jew meqjusa bħala sinonimi.

Riproduzzjoni

immodifika

L-irġiel ġeneralment jitgħammru ma' aktar minn fenka waħda matul is-sena kollha , iżda jilħqu l-quċċata minn Frar sa Awissu. It-tqala jew il-ġestazjoni hija madwar 22 ġurnata u dawn jista' jkollhom saħansitra sa 5 btan żrameġ fis-sena. Il-boton ikun magħmul minn 1 sa 7 żrameġ li jitwieldu għomja, bla pil u totalment dippendenti fuq l-omm.

Distribuzzjoni

immodifika

Il-Fenek xkupilja għandu distribuzjoni mal-kosta fin-naħa tal-Punent tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, mix-xmara Columbia f' Oregon sal-ponta fin-Nofs in-nhar tal-penisula ta' Baja California. Il-firxa tmur 'il bogħod fil-Lvant sal-ġnub fil-Lvant ta' Sierra Nevada u l-muntanji Cascade.

Klassifikazzjoni

immodifika

Dan id-denb qotni huwa 1 minn 2 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Microlagus u bħala speċi maqsuma minn ta' linqas f' 6 sottospeċi rikonoxxuti.

Referenzi

immodifika