Fenek tat-Tres Marias

(Rindirizzat minn Sylvilagus graysoni)

Il-Fenek tat-Tres Marias jew Fenek ta' denbu qotni tat-Tres Marias jew Denb qotni tat-Tres Marias li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus graysoni huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-Messiku.

Fenek tat-Tres Marias
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. graysoni
Isem binominali
Sylvilagus graysoni
(J.A. Allen, 1887)
Firxa tal-Fenek tat-Tres Marias

Dan id-denb qotni jgħix fil-foresti xotti tas-siġar li jwagħqu l-weraq u l-foresti umdi li huma l-veġetazzjoni dominanti fil-gżejjer tat-Tres Marias li huma tipikament karatterizzati b' ħafna speċi ta' siġar.

Distribuzzjoni

immodifika

Il-Fenek tat-Tres Marias huwa speċi ta' denb qotni endemiku għall-gżejjer tat-Tres Marias, grupp ta' gżejjer kontinentali madwar 84 kilometru 'l bogħod minn Nayarit, fil-Messiku.

Klassifikazzjoni

immodifika

Dan id-denb qotni huwa 1 minn 9 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Syvilagus u m' hemmx sottospeċi rikonoxxuti.

Referenzi

immodifika