Serbja u Montenegro fil-Festival tal-Eurovision

Is-Serbja u Montenegro pparteċipa fil-Festival tal-Eurovision darbtejn biss, fejn iddebutta fl-2004, fejn kien debutt b'suċċess meta Željko Joksimović spiċċa fit-tieni post. Fl-2005, No Name, grupp minn Podgorica, Montenegro kiseb is-seba' post.

Serbja u Montenegro
Serbja u Montenegro
Stazzjon membru RTS, RTCG
Selezzjoni nazzjonali Evropesma
Parteċipazzjoni
Dehriet {{{dehriet}}}
L-ewwel dehra 2004
L-aħħar dehra 2005
L-aqwa riżultat 2 (2004)
L-agħar riżultat 7 (2005)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

No Name kienu qrib li jipparteċipaw għat-tieni darba konsekuttiva, fil-Festival tal-Eurovision 2006 li kien se jiġi ospitat f'Ateni, fil-Greċja, però minħabba li r-rebħa fl-2005 kienet diskussa mill-ġurija ta' RTCG, u li fl-2006 ġara l-istess ħaġa, il-UJRT, l-unjin nazzjonali tax-xandara, ma laħqitx ftehim biex tibathom fil-festival għal darb'oħra. Fl-20 ta' Marzu, 2006, is-Serbja u Montenegro rtiraw uffiċjalment mill-Eurovision. Il-pajjiż xorta pparteċipa fil-votazzjoni tal-finali. Fl-2006, is-semifinali ma kinitx imxandra ġewwa l-Montenegro, u għalhekk il-voti tas-Serbja u Montenegro, kienu prattikament mis-Serbja biss.

Mill-2007 'il quddiem iż-żewġ pajjiżi bagħtu kanzunetti separati wara li spiċċat l-unjoni bejn is-Serbja u l-Montenegro permezz ta' referendum f'Ġunju tal-2006.

Rappreżentanti tas-Serbja u Montenegro immodifika

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2004 Željko Joksimović Lane moje (Лане моје) 2 263 1 263
2005 No Name Zauvijek moja 7 137

Votazzjoni immodifika

Is-Serbja u Montenegro tat l-aktar punti lil (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1   Maċedonja 27
2   Kroazja 25
=   Greċja 25
3   Bosnja-Ħerzegovina 22
4   Albanija 16
5   Ukrajna 12

Is-Serbja u Montenegro irċiviet l-aktar minn minn (finali biss):

Nu. Pajjiż Punti
1   Awstrija 24
=   Kroazja 24
=   Żvizzera 24
2   Bosnja-Ħerzegovina 22
=   Slovenja 22
3   Ċipru 20
=   Maċedonja 20
4   Franza 16
=   Russja 16
=   Żvezja 16
5   Ukrajna 15

Sors: eurovisioncovers.co.uk

Ara wkoll immodifika