Røros

muniċipalità f'Trøndelag, in-Norveġja

Røros (bis-Sami tan-Nofsinhar: Plaassja)[1] hija muniċipalità fil-kontea ta' Trøndelag, in-Norveġja. Iċ-ċentru amministrattiv tal-muniċipalità huwa r-raħal ta' Røros. Uħud mill-villaġġi f'Røros jinkludu Brekken, Glåmos, Feragen, Galåa u Hitterdalen.

Røros
 Norveġja
Amministrazzjoni
Stat sovranNorveġja
County of NorwayTrøndelag
Kap tal-Gvern Isak Veierud Busch (en) Translate
Isem uffiċjali Røros kommune
Rossen tjïelte
Ismijiet oriġinali Plassje
Ġeografija
Koordinati 62°34′27″N 11°22′59″E / 62.5742°N 11.3831°E / 62.5742; 11.3831Koordinati: 62°34′27″N 11°22′59″E / 62.5742°N 11.3831°E / 62.5742; 11.3831
Røros is located in Norway
Røros
Røros
Røros (Norway)
Superfiċjenti 1,956.46 kilometru kwadru
Għoli 628 m
Fruntieri ma' Tydal (en) Translate, Holtålen Municipality (en) Translate, Os Municipality (en) Translate, Engerdal Municipality (en) Translateu Härjedalen Municipality (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 5,598 abitanti (1 Jannar 2023)
Unitajiet domestiċi 2,647
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1838
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati Hamina
roros.kommune.no

Ir-raħal tal-estrazzjoni ta' Røros (iċ-ċentru amministrattiv tal-muniċipalità) xi kultant jissejjaħ Bergstaden, li tfisser "raħal tal-muntanja", minħabba l-popolarità storika tiegħu għall-estrazzjoni tar-ram. Dan huwa wieħed minn żewġ irħula fin-Norveġja li ġew iddeżinjati storikament bħala "rħula tal-estrazzjoni", flimkien mar-"raħal tal-fidda" ta' Kongsberg. L-abitanti moderni ta' Røros għadhom jaħdmu u jgħixu fil-binjiet karatteristiċi tas-sekli 17 u 18 li wasslu biex dan ir-raħal jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980.[2] Ir-raħal ta' Røros fih madwar 80 dar tal-injam, il-biċċa l-kbira minnhom madwar pjazez żgħar. Ħafna minnhom għad għandhom faċċati bi zkuk skuri, li jagħtu bixra Medjevali lir-raħal.[3]

Il-muniċipalità għandha erja ta' 1,957 kilometru kwadru (756 mil kwadru) u hija d-39 l-ikbar bħala erja minn 356 muniċipalità fin-Norveġja. Røros hija l-169 muniċipalità l-iktar popolata fin-Norveġja, b'popolazzjoni ta' 5,572 ruħ. Id-densità tal-popolazzjoni tal-muniċipalità hija 3.2 abitanti kull kilometru kwadru (8.3 kull mil kwadru) u l-popolazzjoni tagħha naqset b'0.6 % meta mqabbel ma' għaxar snin ilu.[4][5]

Tagħrif ġenerali

immodifika

Il-parroċċa ta' Røros ġiet stabbilita bħala muniċipalità fl-1 ta' Jannar 1838. Fl-1 ta' Jannar 1875, żona mhux popolata tal-muniċipalità fil-qrib ta' Ålen ġiet ittrasferita lil Røros. Fl-1 ta' Jannar 1926, Røros inqasmet f'erba' muniċipalitajiet: Røros landsogn (popolazzjoni: 701 ruħ), Brekken (popolazzjoni: 1,098 ruħ), Glåmos (popolazzjoni: 983 ruħ), u r-raħal ta' Røros (popolazzjoni: 2,284 ruħ). Matul is-snin 60 tas-seklu 20, kien hemm ħafna fużjonijiet muniċipali fin-Norveġja bis-saħħa tax-xogħol tal-Kumitat ta' Schei. Fl-1 ta' Jannar 1964, l-erba' muniċipalitajiet ta' Glåmos (popolazzjoni: 700 ruħ), Brekken (popolazzjoni: 964 ruħ), Røros landsogn popolazzjoni: 482 ruħ), u r-raħal ta' Røros (popolazzjoni: 3,063 ruħ) reġgħu ngħaqdu taħt l-isem ta' Røros. Fil-21 ta' April 1989, parti mhux popolata ta' Røros ġiet ittrasferita lill-muniċipalità fil-qrib ta' Holtålen. Fl-1 ta' Jannar 2018, il-muniċipalità ġiet ittrasferita mill-kontea antika ta' Sør-Trøndelag għall-kontea l-ġdida ta' Trøndelag.

Il-muniċipalità (oriġinarjament il-parroċċa u r-raħal) ingħatat isem ir-razzett antik ta' Røros (bin-Norveġiż antik: Røyðaróss) peress li dak kien is-sit tar-raħal tal-estrazzjoni ta' Røros. L-ewwel element tal-isem ġej minn isem ix-xmara lokali Røa (Røyðr) u t-tifsira ta' dan l-isem mhix magħrufa. It-tieni element tal-isem ġej minn os li tfisser "ħalq/bokka ta' xmara" (ix-xmara ż-żgħira ta' Røa tnixxi fix-xmara l-kbira ta' Glåma hawnhekk). Il-muniċipalità tissejjaħ ukoll Plaassja, l-isem uffiċjali bil-lingwa tas-Sami tan-Nofsinhar (it-tifsira ta' dan l-isem mhix magħrufa).[6]

L-istemma tar-raħal ingħatat fid-29 ta' Ottubru 1992. Il-motto huwa "Gules, simbolu ta' Venere fuq skalpell u martell kontra ta' xulxin" (bin-Norveġiż: I rødt, en gull kobber over korslagt bergjarn og feisel). Dan ifisser li l-istemma għandha sfond aħmar b'simbolu ta' Venere fuq skalpell u martell kontra ta' xulxin b'lewn ewlieni ta' isfar, iżda jekk tkun magħmula mill-metall, jintuża lewn id-deheb. Id-disinn jissimbolizza l-industrija tal-estrazzjoni tar-ram f'Røros. Is-simbolu ta' Venere huwa s-simbolu l-antik għar-ram li kien jiġi estratt b'mod industrijali f'Røros għal sekli sħaħ. L-istemma ġiet iddisinjata minn Sverre Ødegaard. Il-bandiera muniċipali għandha l-istess disinn tal-istemma.[7][8][9]

Il-Knisja tan-Norveġja għandha erba' parroċċi (sokn) fi ħdan il-muniċipalità ta' Røros. Tagħmel parti mill-Gauldal prosti (dekanat) fid-Djoċesi ta' Nidaros.

Knejjes f'Røros
Parroċċa (sokn) Isem il-knisja Lokalità Sena tal-kostruzzjoni
Røros Knisja ta' Røros Røros 1784
Kappella ta' Røros Røros 1962
Brekken Knisja ta' Brekken Brekken 1878
Glåmos Knisja ta' Glåmos Glåmos 1926
Hitterdalen Kappella ta' Hitterdal Hitterdalen 1959

Il-muniċipalità ta' Røros storikament intużat mill-poplu tas-Sami tan-Nofsinhar għat-trobbija u għar-ragħa tar-renni. Magħrufa għall-impjanti tar-ram tagħha, Røros hija waħda minn żewġ irħula tal-estrazzjoni sinifikanti fuq livell nazzjonali li bdew joperaw fis-seklu 17 (ir-raħal l-ieħor huwa r-"raħal tal-fidda" ta' Kongsberg).

Ir-raħal ta' Røros ingħata n-nar fl-1678 u fl-1679 mill-Armata Żvediża matul il-Gwerra ta' Skanja. Fl-1718, matul il-Gwerra l-Kbira tat-Tramuntana, ir-raħal reġa' ttieħed mill-Armata Żvediża, taħt it-tmexxija tal-Ġeneral De la Barre, li kienet tagħmel parti mill-fergħa tan-Nofsinhar tal-Armata Żvediża prinċipali taħt it-tmexxija ta' Carl Gustaf Armfeldt. De la Barre ħa l-belt u r-ram estratt kollu tagħha bil-forza.

Meta r-Re Karlu XII inqatel ħdejn Fredriksten fit-30 ta' Novembru 1718, De la Barre rtira lejn it-Tramuntana biex jingħaqad mal-kumplament tal-armata prinċipali. Madankollu, dan l-irtirar spiċċa fi traġedja, meta iktar minn 3,000 suldat pjuttost mhux imħejjija sew mietu fil-kundizzjonijiet tat-temp estremi fil-muntanji fil-Majjistral ta' Røros.

Røros u l-poplu tar-raħal saru famużi fost in-Norveġiżi fil-bidu tas-seklu 20 permezz tal-awtur Johan Falkberget, li rrakkonta l-ġrajja tal-komunità tal-estrazzjoni mill-perspettiva tal-minaturi li kellhom ħajja iebsa fl-iktar skaluna soċjali baxxa tas-soċjetà.[10]

Bis-saħħa tal-binjiet tal-injam awtentiċi tar-raħal, ir-raħal ta' Røros tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980.[2]

Impjanti tar-Ram ta' Røros

immodifika

Fl-1644, il-maniġer ġenerali tal-minjiera f'Kongsberg ta l-permess biex tiġi sfruttata vina minerali tar-ram fil-muntanji qrib Rauhaammaaren. Storvola u Gamle Storwartz saru wħud mill-iżjed minjieri importanti tal-kumpanija. Nordgruve, żona tal-estrazzjoni importanti oħra, kienet tinsab lejn il-Grigal ta' Røros.

Fl-1685, f'Røros ġew skoperti għadd konsiderevoli ta' minjieri assoċjati tal-fidda. L-attività tal-estrazzjoni damet għal madwar 40 sena, u ġie estratt total ta' 1,350 tunnellata ta' fidda. Dan ipprovda dħul konsiderevoli għat-teżor Daniż-Norveġiż biex ikun jista' jappoġġa lil Federiku IV fil-kostruzzjoni tal-Palazz ta' Solbjerg.

Mill-1740 'il quddiem, l-impjanti tar-ram ta' Røros kienu fl-aqwa tagħhom, b'diversi minjieri b'rendimenti tajbin. Minħabba l-finanzjament tal-familja rjali Oldenburg, l-iskala tal-minjiera tal-fidda u tar-ram ta' Leros kibret. Peress li l-minjiera tinsab qrib Trondheim u f'altitudni iktar baxxa, l-output tal-minerali huwa ferm ogħla minn dik ta' Falun fl-Iskandinavja. L-introjtu kbir taż-żona tal-estrazzjoni wasslet ukoll biex il-familja rjali kemm-il darba titlob għat-tkabbir tal-estrazzjoni. Id-dinamit intuża mill-1870 u iktar 'il quddiem bdew jintużaw il-magni tat-tħaffir. L-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku ġie pprovdut b'linji tal-elettriku b'tensjoni għolja biex jipprovdu l-elettriku meħtieġ għall-minjieri mill-1897. Il-proċess ta' Bessemer ġie introdott lejn l-aħħar tas-seklu 19. Il-linja ferrovjarja ta' Rørosbanen tlestiet fl-1877. Il-prezzijiet għoljin tar-ram u taż-żingu taw riżultati tajbin, iżda mbagħad il-prezzijiet naqsu u kien hemm diversi snin ta' telf kbir. Wara 333 sena, l-attività tal-estrazzjoni f'Røros waqfet fl-1977.[11]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Ir-Raħal tal-Estrazzjoni ta' Røros u ċ-Ċirkonferenza tiegħu ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980, b'modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit fl-2010.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]

Matul ix-xitwa jiġi organizzat suq tradizzjonali msejjaħ "Rørosmartnan", li jattira medja ta' 60,000-70,000 turist lejn ir-raħal ta' Røros kull sena. Is-suq jibda fl-aħħar Tlieta fi Frar u jdum ħamest ijiem.[12] Jittella' wkoll spettaklu teatrali mużikali fil-beraħ f'Røros biex tiġi mfakkra t-traġedja ta' meta s-suldati Żvediżi ffriżaw u mietu. Dan l-ispettaklu ilu jittella' mill-1994.[13]

Fir-raħal ta' Røros inġibed il-film tar-reċta ta' Henrik Ibsen, "A Doll's House", tar-reġista Joseph Losey.

Il-gazzetti Arbeidets Rett u Fjell-Ljom jiġu ppubblikati f'Røros.

Il-muniċipalitajiet kollha fin-Norveġja, inkluż Røros, huma responsabbli għall-edukazzjoni primarja (sal-għaxar sena), għas-servizzi tas-saħħa outpatient, għas-servizzi tal-anzjani, għall-qgħad u għal servizzi soċjali oħra, għat-tqassim f'żoni, għall-iżvilupp ekonomiku, u għat-toroq muniċipali. Il-muniċipalità hija ggvernata minn kunsill muniċipali magħmul minn rappreżentanti eletti, li mbagħad jeleġġu sindku. Il-muniċipalità taqa' taħt il-Qort Distrettwali ta' Trøndelag u l-Qorti tal-Appell ta' Frostating.[14]

Kunsill muniċipali

immodifika

Il-kunsill muniċipali (Kommunestyre) ta' Røros huwa magħmul minn 27 rappreżentant li jiġu eletti għal mandati ta' erba' snin. Dawn il-listi ta' hawn taħt juru t-tqassim politiku tal-kunsill:

Røros kommunestyre 2020–2024    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 11
Partit Konservattiv (Høyre) 4
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) 6
Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 4
Partit Liberali (Venstre) 1
Lista ta' Røros (Røroslista) 1
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 2016–2019    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 11
Partit Konservattiv (Høyre) 5
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) 3
Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 4
Partit Liberali (Venstre) 2
Lista ta' Røros (Røroslista) 2
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 2012–2015    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 14
Partit tal-Progress (Fremskrittspartiet) 1
Partit Konservattiv (Høyre) 4
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) 2
Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 3
Partit Liberali (Venstre) 1
Lista ta' Røros (Røroslista) 2
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 2008–2011    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 12
Partit tal-Progress (Fremskrittspartiet) 2
Partit Konservattiv (Høyre) 4
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) 2
Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 3
Partit Liberali (Venstre) 1
Lista ta' Røros (Røroslista) 3
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 2004–2007    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 12
Partit tal-Progress (Fremskrittspartiet) 2
Partit Konservattiv (Høyre) 2
Partit tal-Pensjonanti (Pensjonistpartiet) 1
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 5
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) 3
Røros List (Røroslista) 2
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 2000–2003    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 14
Partit Konservattiv (Høyre) 4
Partit tal-Pensjonanti (Pensjonistpartiet) 1
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 2
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) 3
Lista ta' Røros (Røroslista) 3
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 1996–1999    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 10
Partit Konservattiv (Høyre) 2
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 2
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) 10
Lista ta' Røros (Røroslista) 3
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 1992–1995    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 11
Partit Konservattiv (Høyre) 4
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 4
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) 5
Lista ambjentali minn diversi partiti (Tverrpolitisk miljøliste) 3
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 1988–1991    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 14
Partit Konservattiv (Høyre) 5
Alleanza Elettorali tal-Ħomor (Rød Valgallianse) 1
Partit tas-Soċjalisti tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 3
Lista konġunta tal-Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) u tal-Partit Liberali (Venstre) 4
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 1984–1987    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 16
Partit Konservattiv (Høyre) 5
Alleanza Elettorali tal-Ħomor (Rød Valgallianse) 1
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) 2
Partit Soċjalist tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 2
Partit Liberali (Venstre) 1
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 1980–1983    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 14
Partit Konservattiv (Høyre) 5
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) 1
Alleanza Elettorali tal-Ħomor (Rød Valgallianse) 1
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) 3
Lista konġunta tal-Partit Liberali (Venstre) u tal-Partit Popolari Liberali (Liberale Folkepartiet) 2
Lista konġunta tal-Partit Soċjalista tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) u tal-Partit Komunista (Kommunistiske Parti) 1
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 1976–1979    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 14
Partit Konservattiv (Høyre) 3
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) 1
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) 4
Partit Soċjalist tax-Xellug (Sosialistisk Venstreparti) 3
Partit Liberali (Venstre) 2
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 1972–1975    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 15
Partit Konservattiv (Høyre) 2
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) 1
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) 3
Partit Liberali (Venstre) 3
Lista komuni tas-Soċjalisti (Venstresosialistiske felleslister) 3
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 1968–1971    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 16
Partit Konservattiv (Høyre) 2
Partit Komunista (Kommunistiske Parti) 1
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) 1
Partit taċ-Ċentru (Senterpartiet) 2
Partit Popolari Soċjalista (Sosialistisk Folkeparti) 2
Partit Liberali (Venstre) 3
Għadd totali ta' membri: 27
Røros kommunestyre 1964–1967    
Isem il-Partit (bin-Norveġiż) Għadd ta' rappreżentanti
Partit Laburista (Arbeiderpartiet) 18
Partit Konservattiv (Høyre) 3
Partit Komunista (Kommunistiske Parti) 1
Partit Demokratiku Kristjan (Kristelig Folkeparti) 1
Partit Liberali (Venstre) 2
Lista/i Lokali (Lokale lister) 2
Għadd totali ta' membri: 27

Is-sindki ta' Røros:

  • 1838–1845: Knud Olsen
  • 1846–1847: Peter Ascanius Schult
  • 1848–1850: Julius Begtrup
  • 1851–1856: Diderik Iversen Tønseth
  • 1857–1860: Johannes Berg
  • 1861–1882: Diderik Iversen Tønseth (V)
  • 1883–1901: Anders Bergan (V)
  • 1902–1904: Marius Müller (H)
  • 1905–1913: Lars T. Ormhaug (V)
  • 1914–1919: Lars Tørres (Ap)
  • 1920–1922: Johannes Iv. Ødegaard (Ap)
  • 1923–1925: Anders O. Sandkjernan (Bp)

(Municipality was divided into four other municipalities from 1926-1964.)

  • 1964–1967: Ole J. Kværneng (Ap)
  • 1968–1971: Per A. Strickert (Ap)
  • 1972–1973: Rolf Køste (Ap)
  • 1973–1975: Per A. Strickert (Ap)
  • 1976–1979: Knut W. Larssen (Ap)
  • 1980–1987: Erling Sven Busch (Ap)
  • 1987-1987: Anders Døhl (Ap)
  • 1988-1993: Arne Kokkvoll (Ap)
  • 1993-1999: Even Erlien (Sp)
  • 1999-2007: John Helge Andersen (Ap)
  • 2007-2019: Hans Vintervold (Ap)
  • 2019–present: Isak Veierud Busch (Ap)

Ġeografija

immodifika

Ir-raħal ta' Røros jinsab fuq promontorju b'xaqliba ħafifa madwar 630 metru (2,070 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. L-inħawi qrib ir-raħal huma miksija b'foresti ta' siġar l-iktar tal-betulla u taż-żnuber. L-ikbar lag fi ħdan il-muniċipalità huwa dak ta' Aursund u x-xmara Glåma toriġina minnu. L-iżjed parti fit-Tramuntana ta' Femund, it-tielet l-ikbar lag fin-Norveġja, tinsab f'Røros, kemm kemm fil-Punent tal-Park Nazzjonali ta' Femundsmarka. Dawn il-lagi u oħrajn f'Røros, bħal Bolagen u Flensjøen, huma adattati għall-kayaking u għas-sajd. Lagi oħra jinkludu Feragen, Håsjøen, Rambergsjøen, Korssjøen, Nedre Roasten, Rogen u Rien.

Ir-raħal ta' Røros għandu klima sub-Artika. Fil-biċċa l-kbira mkenni mill-influwenzi oċeaniċi, u jinsab f'altitudni ta' madwar 650 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, Røros irreġistra l-iżjed temperaturi kesħin fin-nofs tan-Nofsinhar tan-Norveġja b'−50.3 °C (−58.5 °F) fil-bidu ta' Jannar 1914. Fis-sirda li ħakmet l-Ewropa f'Jannar 2010, Røros irreġistra temp. baxxa rekord ta' −42 °C (−44 °F). L-iżjed xhur kesħin irreġistrati huma Jannar 1941 u Jannar 1942, it-tnejn li huma b'medja ta' −20.6 °C (−5.1 °F), u b'temperatura baxxa medja ta' kuljum ta' −26.9 °C (−16.4 °F) f'Jannar 1941. Ix-xtiewi f'Røros dejjem ikunu kesħin. L-iżjed Jannar "sħun" (1973) kellu temperatura medja ta' −2.8 °C (27.0 °F), u l-iżjed xahar "sħun" li ġie rreġistrat fix-xitwa huwa dak ta' Diċembru 2006 b'temperatura medja ta' −0.5 °C (31.1 °F), filwaqt li l-iżjed Marzu "sħun" (2012) kellu temperatura medja ta' −0.3 °C (31.5 °F). Ir-rekord ta' sħana inġenerali kien ta' 30.7 °C (87.3 °F) li ġie rreġistrat f'Lulju 2008. L-iżjed xahar sħun irreġistrat fis-sajf kien dak ta' Lulju 2014 b'temperatura medja ta' 16 °C (61 °F), filwaqt li Lulju 2018 kellu l-iżjed temperatura sħuna medja ta' kuljum b'23.3 °C (73.9 °F).

Normalment il-kundizzjonijiet tal-iskijjar fix-xitwa jkunu eċċellenti, u l-aqwa perjodu jkun minn Frar sa April, peress li x-xemx tkun ogħla u l-jiem ikunu itwal milli fix-xitwa. L-iżjed borra fonda rreġistrata f'Røros kienet ta' 200 ċentimetru (79 pulzier) f'Marzu 1956. Iktar reċentement, ġew irreġistrati 87 ċentimetru (34 pulzier) f'Marzu 2009. Minn Diċembru sal-bidu ta' April prattikament dejjem ikun hemm il-borra f'Røros. Fil-bidu ta' Mejju 1997 kien hemm 76 ċentimetru ta' borra.

Haugan, insedjament mhux inkorporat li jinsab żewġ kilometri (1.2 mil) mill-Ajruport ta' Røros, huwa l-post fejn hemm impjant tat-tbassir tat-temp operat mill-Istitut Meteoroloġiku Norveġiż (bin-Norveġiż: Meteorologisk institutt).

L-iżjed temperaturi baxxi rekord huma antiki sew; l-iżjed reċenti ġiet irreġistrata f'Diċembru 1978, filwaqt li iktar minn nofs it-temperaturi għoljin rekord fix-xahar huma mis-sena 2000 jew wara.

Data klimatika għal Røros (625 m; 1981 - 2010; jiem bi preċipitazzjoni 1961-90, temp. estremi 1900 - 2018)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 10.4

(50.7)

10.8

(51.4)

14.5

(58.1)

19.0

(66.2)

26.7

(80.1)

29.5

(85.1)

30.7

(87.3)

29.8

(85.6)

25.7

(78.3)

21.2

(70.2)

11.8

(53.2)

7.6

(45.7)

30.7

(87.3)

Temp. għolja medja f'°C (°F) −4.9

(23.2)

−3.6

(25.5)

0.3

(32.5)

4.8

(40.6)

11

(52)

15.2

(59.4)

18.1

(64.6)

16.4

(61.5)

11.4

(52.5)

5.1

(41.2)

−1

(30)

−4.8

(23.4)

5.7

(42.2)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) −9.6

(14.7)

−8.8

(16.2)

−4.8

(23.4)

0.3

(32.5)

5.8

(42.4)

9.9

(49.8)

12.7

(54.9)

11.4

(52.5)

7.1

(44.8)

1.7

(35.1)

−4.5

(23.9)

−9.4

(15.1)

1.0

(33.8)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) −14.4

(6.1)

−13.9

(7.0)

−9.9

(14.2)

−4.2

(24.4)

0.6

(33.1)

4.5

(40.1)

7.2

(45.0)

6.4

(43.5)

2.6

(36.7)

−1.8

(28.8)

−8

(18)

−14

(7)

−3.7

(25.3)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −50.3

(−58.5)

−43.5

(−46.3)

−41.0

(−41.8)

−32.3

(−26.1)

−18.9

(−2.0)

−5.6

(21.9)

−3.4

(25.9)

−4.9

(23.2)

−11.3

(11.7)

−28.4

(−19.1)

−36.4

(−33.5)

−44.0

(−47.2)

−50.3

(−58.5)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) 39.3

(1.55)

32

(1.3)

25.9

(1.02)

24.7

(0.97)

33.6

(1.32)

58.6

(2.31)

75.8

(2.98)

74.3

(2.93)

50.8

(2.00)

37.8

(1.49)

36.4

(1.43)

35

(1.4)

524.2

(20.7)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 9 8 7 7 7 9 12 11 12 10 10 11 113
Sors 1: Meteo climat stats[15]
Sors 2: met.no/eklima[16]

Trasport

immodifika

Il-muniċipalità hija moqdija mil-linja ferrovjarja ta' Rørosbanen fl-Istazzjon ta' Røros. L-Ajruport ta' Røros joffri servizz skedat lejn il-belt kapitali ta' Oslo. It-Triq tal-Kontea Norveġiża Nru 30 (Fylkesvei 30) tikkollega lil Røros man-Nofsinhar sa Tynset u mal-Majjistral mill-wied ta' Gaula sa Trondheim. Hemm ukoll it-Triq tal-Kontea Norveġiża Nru 750 li tmur lejn it-Tramuntana sa Selbu u Stjørdal, u t-Triq tal-Kontea Norveġiża Nru 31 (Fylkesvei 31) li tmur lejn il-Lvant lejn l-Iżvezja.

 
Johan Falkberget.

Nies notevoli

immodifika
  • Stein Erik Gullikstad (twieled f'Røros tal-1952), skijjatur ikkombinat Nordiku, li kkompeta fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa tal-1976;
  • Monicha Nergaard (twieled fl-1968), arċiera Norveġiża, rebbieħa tal-medalja tad-deheb fil-kampjonat Norveġiż;
  • Kjell Jakob Sollie (twieled f'Røros fl-1953), skijjatur cross-country, li kkompeta fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa tal-1980.

Gallerija

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Stedsnamn faktaark - for søk på stedsnavn og tilhørende fakta". stadnamn.kartverket.no. Miġbur 2023-09-02.
  2. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Røros Mining Town and the Circumference". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-02.
  3. ^ "Røros - the mining town - Hurtigruten US". web.archive.org. 2011-02-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-02-07. Miġbur 2023-09-02.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "06913: Population 1 January and population changes during the calendar year (M) 1951 - 2023. Statbank Norway". SSB (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-02.
  5. ^ "09280: Area of land and fresh water (km²) (M) 2007 - 2023. Statbank Norway". SSB (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-02.
  6. ^ Rygh, Oluf (1901). Norske gaardnavne: Søndre Trondhjems amt (bin-Norveġiż) (14 ed.). Kristiania, Norge: W. C. Fabritius & sønners bogtrikkeri. p. 199.
  7. ^ "Kommunevåpen - coat of arms - crest of Røros". Heraldry of the World (bl-Ingliż). 2023-08-20. Miġbur 2023-09-02.
  8. ^ "Røros kommune, våpen". foto.digitalarkivet.no (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-02.
  9. ^ "Kommunevåpenet på Røros - Bergstaden Røros og Kobberverket". www.bergstaden.org. Miġbur 2023-09-02.
  10. ^ "Not found - Verdensarven Røros". verdensarvenroros.no. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-09-02. Miġbur 2023-09-02.
  11. ^ "Not found - Verdensarven Røros". verdensarvenroros.no. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-09-02. Miġbur 2023-09-02.
  12. ^ "Velkommen til den 168. Rørosmartnan". rorosmartnan.no (bin-Norveġiż). Miġbur 2023-09-02.
  13. ^ "Ren Røros Digital AS". www.detbrinnereneld.no. Miġbur 2023-09-02.
  14. ^ Hansen, Tore; Vabo, Signy Irene (2023-08-23). kommunestyre (bin-Norveġiż). Miġbur 2023-09-02.
  15. ^ "Météo climat stats | Moyennes 1981/2010 / Données Météorologiques Gratuites". meteo-climat-bzh.dyndns.org. Miġbur 2023-09-02.
  16. ^ "Klima stats".