Philippe Villiers de L'Isle-Adam
Philippe de Villiers de L'Isle-Adam (1464 – 21 ta' Awwissu 1534) kien membru prominenti tal-Kavallieri Ospitallieri f'Rodi u wara Malta. Wara li laħaq Prijur tal-Langue ta' Auvergne, ġie elett l-44 Gran Mastru tal-Ordni fl-1521.
Philippe Villiers de L'Isle-Adam | |||
---|---|---|---|
1521 - 21 Awwissu 1534 ← Fabrizio del Carretto - Piero de Ponte → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Beauvais, 1464 | ||
Nazzjonalità | Franza | ||
Mewt | Rabat, 21 Awwissu 1534 | ||
Familja | |||
Missier | Jacques de Villiers de l'Isle-Adam | ||
Omm | Jeanne de Clermont-Nesle | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Franċiż nofsani | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | patri ġellied | ||
Servizz militari | |||
Iġġieldu | Assedju ta' Rodi |
Hu mexxa lill-Ordni waqt l-Assedju twil u mdemmi ta’ Rodi mas-Sultan Suleiman fl-1522, meta 600 kavallieri u 4,500 suldat irreżistew forza invadenti ta’ madwar 100,000 raġel għal sitt xhur, [1] iżda eventwalment innegozja l-kapitulazzjoni u t-tluq tal-kavallieri fl-1 ta' Jannar 1523 għal Kreta.
Wara dan mexxa l-Ordni għal diversi snin mingħajr domiċilju permanenti—l-ewwel Kandi fi Kreta, imbagħad suċċessivament Messina, Viterbo u finalment Nizza (1527–1529). Fl-1530 de L'Isle-Adam kiseb il-gżejjer ta' Malta u Għawdex u l-belt port ta' Tripli fl-Afrika ta' Fuq bħala fief għall-Ordni mingħand l-Imperatur Karlu V u stabbilixxa l-Ordni, minn issa 'l quddiem magħrufa bħala l-Kavallieri ta' Malta, fil-bażi l-ġdida tagħhom. L-Ordni waslet fil-gżira fis-26 ta’ Ottubru 1530 fuq il-bastiment ewlieni tagħhom, is-Santa Anna.
L'Isle-Adam ħa l-pussess formali tal-gżejjer fit-13 ta' Novembru, meta ċ-ċavetta tal-fidda tal-kapitali l-Imdina ngħatat lill-Gran Mastru. Minkejja dan, l-Ordni stabbiliet ruħha fil-belt kostali tal-Birgu bħala l-belt kapitali tagħha. Huma stabbilixxew bażi fil-Forti Sant'Anġlu, li serviet kemm bħala fortifikazzjoni kif ukoll bħala palazz. Il-belt ġiet imsaħħa u eventwalment inbnew Berġa għal kull waħda mil-Langues. Minkejja dan, il-Gran Mastru u l-Ordni xorta komplew jittamaw li xi darba jerġgħu jirbħu lura Rodi u kien biss 35 sena wara l-Ordni ddeċidiet li tagħmel lil Malta d-dar permanenti tagħha, wara l-Assedju l-Kbir.[2]
L'Isle-Adam miet fil-kunvent tal-Madonna ta' Ġesù (ta' Ġieżu) fir-Rabat, Malta, fil-21 ta' Awwissu 1534.[3] Ġie midfun fil-Kappella ta’ Sant’Anna ġewwa l-Forti Sant’Anġlu, iżda reġa’ ndifen fil-kripta tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil- Belt Valletta lejn l-aħħar tas-seklu 16.[4]
Referenzi
immodifika- ^ L. Kinross, The Ottoman Centuries: The Rise and Fall of the Turkish Empire, 176
- ^ "Philippe Villiers de l' Isle-Adam". South African Relief Organisation of the Order of Malta. Miġbur 21 September 2014.
- ^ "Grand Master L'Isle Adam's room open for viewing". Times of Malta. 20 November 2011. Miġbur 21 September 2014.
- ^ Mallia-Milanes, Victor (2008). The Military Orders: History and heritage. Aldershot: Ashgate Publishing Limited. p. 62. ISBN 9780754662907. Miġbur 21 September 2014.
Predeċessur Fabrizio del Carretto |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann 1521–1534 |
Suċċessur |