Enriku VIII tal-Ingilterra

Enriku VIII (28 ta' Ġunju, 1491 - 28 ta' Jannar, 1547) kien intitolat bħala r-Re tal-Ingilterra mill-1509 sa mewtu. Huwa magħruf l-iżjed għax-xiżma mill-Papa, għall-Knisja Kattolika kif ukoll għad-diversi żwiġijiet li kellu ma' sitt nisa wara xulxin.

Enriku VIII tal-Ingilterra
King of Ireland (en) Translate

18 Ġunju 1542 - 28 Jannar 1547 (Gregorian)
Henry VII of England (en) Translate - Edward VI of England (en) Translate
monarch of England (en) Translate

21 April 1509 - 28 Jannar 1547
Henry VII of England (en) Translate - Edward VI of England (en) Translate
Lord of Ireland (en) Translate

1509 - 1542
Earl of Chester (en) Translate

Frar 1503 - 21 April 1509
Prinċep ta' Wales

Frar 1503 - 21 April 1509
Duke of Cornwall (en) Translate

Ottubru 1502 - 21 April 1509
Duke of York (en) Translate

31 Ottubru 1494 - 18 Frar 1504
Earl Marshal (en) Translate

1494 -
Lord Warden of the Marches (en) Translate

1494 -
Lord Lieutenant of Ireland (en) Translate

1494 -
Lord Warden tas-Cinque Ports

1493 -
Ħajja
Twelid Palace of Placentia (en) Translate, 28 Ġunju 1491
Nazzjonalità Renju tal-Ingilterra
Mewt Palace of Whitehall (en) Translate, 28 Jannar 1547
Post tad-dfin St George's Chapel, Windsor (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali
Familja
Missier Henry VII of England
Omm Elizabeth of York
Konjuga/i Catherine of Aragon (en) Translate  (11 Ġunju 1509 -  23 Mejju 1533)
Anne Boleyn (mul) Translate  (25 Jannar 1533 -  17 Mejju 1536)
Jane Seymour (mul) Translate  (30 Mejju 1536 -  24 Ottubru 1537)
Anne of Cleves (en) Translate  (6 Jannar 1540 -  9 Lulju 1540)
Catherine Howard (mul) Translate  (28 Lulju 1540 -  13 Frar 1542)
Katerina Parr  (12 Lulju 1543 -  28 Jannar 1547)
Koppja/i Elizabeth Blount (mul) Translate
Mary Boleyn (en) Translate
Elizabeth Stafford, Countess of Sussex (en) Translate
Joan Dingley (en) Translate
Margaret Shelton (en) Translate
Jane Popincourt (en) Translate
Anne Bassett (en) Translate
Elizabeth Carew (en) Translate
Anne Stafford, Countess of Huntingdon (en) Translate
Ulied
Aħwa
Familja
Tribù House of Tudor (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Taljan
Franċiż
Latin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni monarka
kompożitur
Premjijiet
Enriku VIII

Enriku twieled fil-Palazz ta' Greenwich u kien it-tieni iben ta' Enriku VII tal-Ingilterra u Eliżabetta ta' York. Huwa kellu ħuh wieħed, Arturu, il-Prinċep ta' Wales, u żewġt aħwa bniet, Margerita u Marija. Arturu kellu jilħaq re wara l-mewt ta' missierhom, iżda Arturu miet qabel missieru, u għalhekk Enriku inħatar bħala l-ewwel wieħed fil-linja għat-tron. Imbagħad, Enriku żżewweġ lill-armla ta' Arturu, Katerina ta' Aragona.

Żgħożija

immodifika
 
Katerina ta' Aragona, armla żagħżugħa, pittura tal-pittur tal-qorti, Michel Sittow, madwar 1502

Missier u omm, Enriku VII (7) u Eliżabetta ta' York, ma tantx kellhom x'jaqsmu ma' wliedhom. Enriku kellu l-impjegati u l-menestrelli tiegħu, kif ukoll buffu jismu John Goose. Kellu wkoll tifel li kien jissawwat minfloku meta kien jagħmel xi ħaġa ħażina. Il-Prinċep Enriku kien iħobb il-mużika u kien jinqala' ħafna fiha. Meta kellu 10 snin kien jaf idoqq ħafna strumenti, fosthom il-fifra, l-arpa, il-vjolin u t-tnabar. Enriku VIII kien ukoll studjuż, lingwista, mużiċista u atleta meta kien għadu żgħir. Huwa kien jaf jitkellem sewwa bil-Latin, bil-Franċiż u bl-Ispanjol. Kellu l-aħjar għalliema u tgħallem il-ġostra, il-qaws u snajja' militari oħra. Enriku kien reliġjuż ħafna. Ħuh il-kbir, Arturu, iżżewweġ lill-Prinċipessa Spanjola, Catalina de Aragon, meta kien għad kellu 15-il sena. Arturu miet ftit xhur wara t-tieġ tiegħu bit-tuberkulożi, iżda xi wħud jsostnu li kien miet bil-pesta.

Wara li miet ħuh, Enriku VIII (8) sar ħabib ħafna ma' Catalina de Aragon, ħbiberija li mbagħad ffjorixxiet fi żwieġ. Kellhom xi problemi biex jiżżewġu billi l-ktieb ta' Levitku 21, kien jgħid li "Min jiżżewweġ lill-mara ta' ħuh ikun qiegħed jagħmel xi ħaġa moqżieża, għax ikun kixef l-għera ta' ħuh, u jibqa' bla wlied." Għalhekk Katarina kellha taħlef li ż-żwieġ ma' Arturu ma kienx ikkonsomat.

Issa, ż-żagħżugħ Enriku VIII kien l-eredi għat-tron. Filwaqt li missieru kien ħaj kien mgħasses ħafna billi r-Re kien imħasseb fuq is-siġurtà tal-eredi maskili waħdieni tiegħu. Enriku seta' joħroġ barra minn bieb privat biss, u mbagħad kienu jarawh nies li kienu speċjalment appuntati. Ħadd ma seta' jkellem lil Enriku. Huwa kien iqatta' ħafna mill-ħin tiegħu f'kamartu, li d-dħul għaliha kien mill-kamra tas-sodda ta' missieru. Enriku qatt ma kellu l-opportunità li jitkellem fil-pubbliku, ħlief biex jirrispondi xi domanda li kien isaqsih missieru. Kien irażżan il-personalità entużjasta tiegħu fl-okkażjonijiet pubbliċi għax kien jibża' mill-għadab ta' missieru. Missieru ma tantx ħarrġu għar-rwol futur tiegħu bħala re, u kien jafda ħafna fil-kunsillieri tiegħu, partikolarment fl-ewwel snin tar-renju. Fl 1509, Enriku VII (7) miet bit-tuberkulożi u ibnu sar ir-Re Enriku VIII (8). Enriku kellu 18-il sena meta ġie nkurunat re u Katerina ġiet inkurunata reġina konsorti.

Ir-renju

immodifika
   
Anne Boleyn, madwar 1534 (xellug) u Jane Seymour, pittura ta' Hans Holbein iż-żgħir, 1536-1537 (lemin)

L-iktar ġrajja importanti fl-Ingilterra matul ir-renju ta' Enriku kienet il-bidla tar-reliġjon tal-pajjiż. Billi l-ewwel mara tiegħu, Katerina ta' Aragona, nisslet biss tifla waħda, u ma kellu l-ebda ulied subien bħala eredi tiegħu, Enriku talab lill-Papa biex jagħtihom il-permess mixtieq sabiex ikunu jistgħu jiddivorzjaw, iżda l-Papa ma riedx. Karlu V (5), l-Imperatur Ruman Imqaddes li kien qawwi ħafna kien in-neputi ta' Katerina. Barra minn hekk, il-familja ta' Katerina kienet taħkem fuq Spanja, li kienet l-ikbar pajjiż Kattoliku. Imbagħad Enriku,għażel lill-Arċisqof ġdid ta' Canterbury , raġel li kien jismu Thomas Cranmer. Enriku kien jaf li Cranmer kien ser jagħmel dak kollu li jgħidlu, infatti Cranmer kien qabel bis-sħiħ mad-deċiżjoni ta' Enriku, li jkun jista' jiddivorzja minn ma' Katerina. Malli sar jaf b'dan, il-papa tant irrabja li skomunika lil Enriku mill-knisja kattolika. Enriku pattihielu u għalhekk fl-1534 għadda l-"Att tas-Supremazija", li bih ir-Re, mhux il-Papa, kien meqjus bħala l-kap tal-knisja fl-Ingilterra. Imbagħad ġiegħel lill-qassisin u lill-isqfijiet kollha biex jaċċettawh bħala l-mexxej il-ġdid. Kull min irrifjuta ġie kkastigat.

Wara li Enriku kien irnexxielu jġiegħel lill-patrijiet u lis-sorijiet iħallu l-monasterji,il-kunventi, ta l-ġid u l-art tagħhom lil dawk li kienu jappoġġjawh. Il-parti l-kbira minn dawk li ngħataw l-art u l-flus kienu Protestanti. Din il-ġrajja hija magħrufa bħala d-"Dissoluzzjoni tal-monasterji" fl-istorja tal-Ingilterra.

Wara li rnexxa d-divorzju minn ma' Katerina ta' Aragona, ir-re Enriku VIII(8) iżżewweġ lil Anne Boleyn, li kienet iżgħar minn Katerina , tattika inġenjali għax dan kien ifisser li hi seta' jkollha t-tfal. Meta Anne, bħal Katerina, kellha tifla biss u l-ebda tifel, Enriku ried jeħles minnha. Thomas Cromwell,li kien l-iktar ministru fidil lejh, għenu biex jagħmel hekk billi sab xi nies li xehdu li kellha maħbubin oħra u li kienet saħħara. Anne ittellgħet quddiem il-qorti fejn instabet ħatja u ġiet ġie ordnat li għandha tmut billi tinqataghlha rasha. Wara mewtha Enriku reġa' beda jfittex mara oħra, sabiex jipprova jkollu tifel li jkun jista' jieħu t-tron tiegħu wara mewtu.

 
Anne ta' Cleves, pittura ta' Hans Holbein iż-żgħir, 1539

It-tielet mara ta' Enriku kien jisimha Jane Seymour. Ma damitx ma wellditlu tifel li semmew Edwardu. Enriku kien ferħan ħafna imma, Jane mietet wara ftit jiem mit-twelid tal-uniku tifel tiegħu. Enriku kien iħobbha ħafna u ħass it-telfa tagħha għal kollox, in-niket tiegħu kien kollu mdawwar mal-mewt inaspettata taghħa. Tilef l-interess f'kollox u ħxien. Irrabja ma' Thomas Cromwell meta dan issuġġerixxa li għandu jerġa' jiżżewweġ mara oħra wara l-mewt ta' Jane.

Wara li kien għadda ftit taż-żmien, Enriku bidel il-fehmtu. Billi kellu iben biss, deherlu li aħjar jerġa' jiżżewweġ, u qabel li jiżżewweġ lil Anne ta' Cleves, prinċipessa Ġermaniża. Meta Anne waslet l-Ingilterra, Enriku ma rahiex sabiħa daqs kemm kient fir-ritratti li kien ra, u ma kienx kuntent biha. Anne ukoll ma kinitx kuntenta, u qablet li kellhom jiddivorzjaw wara ftit xhur biss. Sadattant Enriku tefa' għajnejh fil-qorti bl-isem ta' Catherine Howard, u ħaseb li hi tista' tkun mara tajba. Catherine Howard kienet il-kuġina tat-tieni mara ta' Enriku, Anne Boleyn. Enriku u Catherine iżżewwġu fl-1540, iżda Catherine kienet ħafna iżgħar minn Enriku u ma damitx ma xebgħet u bdiet tifflirtja ma' rġiel oħra. Meta kienu miżżewġin għal ftit aktar minn sena, Enriku sab li Catherine kellha affari ma' xi ħadd ieħor. Instabet ħatja ta' tradiment u ġiet esegwita, bħalma kienet ġiet maqtula Anne Boleyn ftit snin qabel.

   
Catherine Howard, minjatura ta' Hans Holbein iż-żgħir, 1540 (xellug) u Catherine Parr (lemin)

Is-sitt u l-aħħar mara ta' Enriku kien jisimha Catherine Parr. Kienet mara li kellha bejn it-tletin u l-erbgħin sena, hi kienet diġà żżewġet darbtejn. L-ewwel żewġt irġiel tagħha kienu ħafna ikbar minnha, u t-tnejn kienu mejtin. Enriku ħaseb li hi tkun iżjed bil-għaqal u leali min-nisa l-oħra li kellu, u ġara li kellu raġun. Catherine Parr baqgħet marbuta ma' Enerkiu għal iżjed minn tlett isnin, sakemm miet, huma ma kellhomx tfal.

Wara li ddivorzja minn ma' Katerina ta' Aragona, Enriku beda jbati minn ħafna mard, u qatt ma ġie f'tiegħu għal kollox. Miet fit-28 ta' Jannar tal-1547 u ndifen fil-Kastell ta' Windsor. Enriku kien il-missier ta' żewġ reġini u ta' re. Dawn kienu Marija I tal-Ingilterra, Eliżabetta I tal-Ingilterra, u Edwardu VI tal-Ingilterra. Ħadd minnhom ma kellu wlied.

Iżjed Informazzjoni

immodifika
  • Ives, E. W. "Henry VIII (1491–1547)", f' The Oxford Dictionary of National Biography (2004).
  • Pollard, A. F. Henry VIII (1905) 470 pp; edizzjoni online
  • Rex, Richard. Henry VIII and the English Reformation. (1993). 205 pp.
  • Ridley, Jasper. Henry VIII. (1985). 473 pp.