Pandemija tal-COVID-19

l-imxija tal-COVID-19 li bdiet fl-2019

Il-pandemija tal-COVID-19 hija pandemija dinjija attwali kkawżata mill-virus SARS-CoV-2. L-imxija faqqgħet fil-belt ta' Wuhan, fiċ-Ċina, f'Diċembru 2019. Sad-9 ta' Mejju 2020, 'il fuq minn 3.96 miljun każ ta' COVID-19 ġie rappurtat f'187 pajjiż u territorju, u rriżulta f'aktar minn 275,000 imwiet. Iktar minn 1.33 miljun ruħ irkupraw.[1] L-ewwel każijiet f'Malta ġew irrappurtati fis-7 ta' Marzu 2020.[2] L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat l-imxija bħala pandemija fil-11 ta' Marzu 2020.[3]

Mudell atomiku bir-reqqa xjentifika tal-istruttura esterna tas-SARS-CoV-2. Kull "ballun" huwa atomu.

Il-virus huwa trażmess bejn nies f'kuntatt mill-qrib, ġeneralment minn qtar żgħar meta wieħed jisgħol, jagħtas jew jitkellem.[4][5] In-nies jistgħu jiġu infettati wkoll billi jmissu ma' wċuħ ikkontaminati u wara jmissu wiċċhom. Is-sintomi komuni jinkludu deni, sogħla, għeja, nuqqas ta' nifs u telf tas-sens tax-xamm.[4] Iż-żmien mill-esponiment sal-ewwel sinjali tas-sintomi huma tipikament ħamest ijiem, però jistgħu jkunu bejn jumejn u erbatax-il ġurnata.[6]

Il-pandemija kkawżat bosta diżordnijiet soċjoekonomiċi globali kbar, fosthom l-ikbar riċessjoni mid-Dipressjoni l-Kbira.[7] Din wasslet għat-tħassir ta' avvenimenti sportivi, reliġjużi, politiċi u kulturali,[8] u skejjel u universitajiet għalqu fuq bażi nazzjonali jew lokali f'194 pajjiż.[9]

Epidemjoloġija immodifika

Nhar il-31 ta' Diċembru 2019, awtoritajiet tas-saħħa f'Wuhan, fil-provinċja ta' Hubei, iċ-Ċina, irrappurtaw numru ta' każijiet ta' polmonite mingħajr kawża oriġinali magħrufa, u investigazzjoni ġiet miftuħa fil-bidu ta' Jannar 2020.[10] Il-biċċa l-kbira tal-każijiet kellhom x'jaqsmu mas-suq ta' Huanan li jbigħ annimali ħajjin u frott tal-baħar. Il-virus li kkawża l-imxija huwa magħruf bħala SARS‑CoV‑2, virus ġdid li għandu x'jaqsam ma' coronaviruses tal-farfett il-lejl, coronaviruses tal-pangolin, u SARS-CoV. Il-kunsens xjentifiku hu li l-COVID-19 kellu oriġini naturali.[11]

L-ewwel persuna magħrufa li kellha sintomi kienet skoperta li mardet fl-1 ta' Diċembru 2019, u li l-persuna ma kellha l-ebda konnessjoni mal-każijiet tas-suq. Mill-ewwel grupp ta' każijiet irrappurtati f'dak ix-xahar, żewġ terzi nstab li kellhom konnessjoni mas-suq.[12]

Każijiet immodifika

 
Mappa ta' każijiet ikkonfermati per capita sad-9 ta' Mejju 2020
     Iktar minn 10,000 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 3,000 u 10,000 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 1,000 u 3,000 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 300 u 1,000 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 100 u 300 każ ikkonfermat għal kull miljun      Bejn 0 u 100 każ ikkonfermat għal kull miljun      L-ebda każ ikkonfermat jew informazzjoni mhix disponibbli

Il-każijiet jirreferu għan-numru ta' persuni li ġew ittestjati għall-COVID-19 u liema test ġie pożittiv skont il-protokolli uffiċjali. Sad-29 ta' April 2020, il-pajjiżi li ppubblikaw l-informazzjoni dwar l-ittestjar tagħhom urew li n-numru ta' testijiet li saru kienu ta' madwar 1.4 % tal-popolazzjoni tagħhom, filwaqt li l-ebda pajjiż kien għadu ma ttestja iktar minn 14 % tal-popolazzjoni.[13]

F'analiżi li saret fiċ-Ċina wriet li l-propozjon ta' każijiet li jaffettwaw individwi iżgħar minn 20 sena huwa wieħed żgħir. Għadu mhuwiex ċert jekk dan ifissirx li ż-żgħażagħ huma inqas suxxettibbli għall-infezzjoni, jew għandhom inqas ċans li jiżviluppaw sintomi serji u jirrikorru għal għajnuna medika.[14]

Imwiet immodifika

Sad-9 ta' Mejju 2020, madwar 275,000 imwiet ġew attribwiti bħala kawża tal-COVID-19. L-ewwel mewta ġiet konfermata f'Wuhan fid-9 ta' Jannar 2020,[15] u l-ewwel mewta barra ċ-Ċina seħħet fil-Filippini nhar l-1 ta' Frar 2020.[16]

L-istatistika uffiċjali tal-imwiet bil-COVID-19 ġeneralment tirreferi għal nies li mietu wara li jkunu ttestjaw pożittiv skont il-protokolli. Din tista' teskludi mwiet ta' nies li mietu mingħajr ittestjar, eżempju f'darhom jew fid-djar tal-anzjani. Min-naħa l-oħra, imwiet ta' nies li kellhom kundizzjonijiet oħra tas-saħħa jista' jwassal għal numri ikbar. Meta jitqabblu l-istatistika tal-imwiet tal-każijiet kollha mal-medja staġjonali dawn juru mwiet eċċessivi f'ħafna pajjiżi.[17]

Sintomi immodifika

 
Sintomi tal-COVID-19

Is-sintomi tal-COVID-19 jistgħu ma jkunux speċifiċi u persuni infettati jistgħu jkunu mingħajr sintomi. L-aktar żewġ sintomi komuni huma deni (88 %) u sogħla vojta (68 %). Sintomi oħra inqas komuni huma l-għeja, it-telf tas-sens tax-xamm, it-telf tas-sens tat-togħma, in-nuqqas ta' nifs, l-uġigħ fil-muskoli u l-ġogi, l-uġigħ fil-griżmejn, l-uġigħ ta' ras, bard, remettar, emoptisi u dijarea.[18][19]

Uħud mill-infettati jistgħu ma jurux sintomi u huma biss ir-riżultati tat-test li jikkonfermaw l-infezzjoni. Għalhekk, ir-riċerkaturi avżaw li dawk li jkunu f'kuntatt qarib ma' persuni oħra infettati għandhom ikunu osservati mill-qrib u eżaminati. Il-perjodu ta' inkubazzjoni (iż-żmien bejn l-infezzjoni u meta jibdew jidhru s-sintomi) ivarja bejn ġurnata u erbatax-il ġurnata.[20] Aktar ma tiżviluppa l-marda, aktar iwassal għal kumplikazzjonijiet fatali fosthom polmonite, sepsi, xokk settiku u insuffiċjenza tal-kliewi.[19]

Distribuzzjoni immodifika

Numri aġġornati sat-8 ta' Awwissu 2021[21]
Postijiet Każijiet Imwiet Irkupri
226 202,490,807 4,291,462
  Stati Uniti 36,274,881 626,843
  Indja 31,895,385 427,371 31,055,861
  Brażil 20,151,779 562,752 18,894,631
  Russja 6,447,750 164,881 5,755,507
  Franza 6,305,158 112,250
  Renju Unit 6,069,362 130,320
  Turkija 5,895,841 52,088 5,498,520
  Arġentina 5,012,754 107,302 4,658,028
  Kolombja 4,834,634 122,277 4,643,087
  Spanja 4,588,132 82,006
  Malta 34,846 426 33,079

Rispons internazzjonali immodifika

Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar immodifika

Kawża tal-pandemija, diversi pajjiżi u reġjuni imponew kwarantina, projbizzjonijiet fuq id-dħul u restrizzjonijiet oħra għal ċittadini jew viżitaturi riċenti ta' żoni affettwati. Pajjiżi u reġjuni oħra imponew restrizzjonijiet globali li japplikaw għall-pajjiżi u għat-territorji barranin kollha, jew jipprevjenu liċ-ċittadini tagħhom milli jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom.

Flimkien man-nuqqas ta' rieda li wieħed jivvjaġġa, ir-restrizzjonijiet kellhom impatt ekonomiku u soċjali negattiv fis-settur tal-ivvjaġġar f'dawk ir-reġjuni.

Referenzi immodifika

  1. ^ Università Johns Hopkins (ed.). "COVID-19 Dashboard by the Center for Systems Science and Engineering (CSSE) at Johns Hopkins University (JHU)" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  2. ^ Times of Malta (ed.). "Malta's first coronavirus cases are girl and parents" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  3. ^ Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa (ed.). "WHO Director-General's opening remarks at the media briefing on COVID-19—11 March 2020" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  4. ^ a b Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (ed.). "Q&A on coronaviruses" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  5. ^ Fuljett maħruġ mill-Uffiċċju tad-Deputat Ministru u Ministru tas-Saħħa, intitolat "Informazzjoni għal persuni li jagħmlu t-test tal-COVID-19 fil-COVID Ċentru tal-Ittestjar Ħal Luqa"
  6. ^ US Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti) (ed.). "Symptoms of Novel Coronavirus (2019-nCoV)" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  7. ^ The New York Times (ed.). "Here Comes the Coronavirus Pandemic: Now, after many fire drills, the world may be facing a real fire" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  8. ^ The New York Times (ed.). "A List of What's Been Canceled Because of the Coronavirus" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  9. ^ UNESCO (ed.). "COVID-19 Educational Disruption and Response" (bl-Ingliż).
  10. ^ news.cgtn.com (ed.). "27 cases of viral pneumonia reported in central China's Wuhan City" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-03-10. Miġbur 2020-05-03. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  11. ^ Scripps Research Institute (ed.). "The COVID-19 coronavirus epidemic has a natural origin, scientists say—Scripps Research's analysis of public genome sequence data from SARS‑CoV‑2 and related viruses found no evidence that the virus was made in a laboratory or otherwise engineered" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  12. ^ Joseph, Andrew. Stat (ed.). "New coronavirus can cause infections with no symptoms and sicken otherwise healthy people, studies show" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  13. ^ Our World in Data (ed.). "Total tests for COVID-19 per 1,000 people" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  14. ^ Statista (ed.). "China: age distribution of novel coronavirus patients 2020" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  15. ^ The New York Times (ed.). "Coronavirus Death Toll Climbs in China, and a Lockdown Widens" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |date= (għajnuna)
  16. ^ Ramzy, Austin. The New York Times (ed.). "Philippines Reports First Coronavirus Death Outside China" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  17. ^ The Economist (ed.). "Tracking covid-19 excess deaths across countries" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  18. ^ Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti) (ed.). "Symptoms of Coronavirus" (bl-Ingliż).
  19. ^ a b Centers for Disease Control and Prevention (Stati Uniti) (ed.). "Interim Clinical Guidance for Management of Patients with Confirmed Coronavirus Disease (COVID-19)" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)
  20. ^ Pan X, Chen D, Xia Y, Wu X, Li T, Ou X, Zhou L, Liu J (April 2020). "Asymptomatic cases in a family cluster with SARS‑CoV‑2 infection". The Lancet. Infectious Diseases. 20: 410–411.
  21. ^ "COVID-19 Dashboard by the Center for Systems Science and Engineering (CSSE) at Johns Hopkins University (JHU)". arcgis.com (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċess= (għajnuna)

Ħoloq esterni immodifika