Opossum ġurdien sufi
Opossum ġurdien sufi jista jkun wieħed minn 6 speċi ta' opossumi magħrufin xjentifikament bħala Micoureus sp. (l-ispeċi kollha li qegħdin ikklassifikati fil-ġeneru Micoureus). Dawn huma mammiferi marsupjali, membri tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattivi tal-kontinenti Amerikani u mifruxin mill-Amerika ċentrali, sa n-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Opossum ġurdien sufi | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Micoureus (Lesson,1842) |
Speċi | |
Dawn huma speċi ta' opossumi li ġeneralment jippreferu jgħixu f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'dawk subtropikali u tropikali xotti.
L-Opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus kollha, huma didelfimorfji ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħixu fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħixu mal-art) u l-quċċata tal-attivita tagħhom tkun matul il-lejl (notturni).
Dieta
immodifikaL-Opossumi ġrieden sufin huma mammiferi marsupjali omnivori u d-dieta prinċipali tagħhom tikkonsisti minn bajd, frott, insetti varji u annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerrimin.
Distribuzzjoni
immodifikaDawn l-opossumi ġrieden sufin għandhom distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fil-kontinenti Amerikani u jinsabu mifruxin fl-Arġentina, Beliże, Bolivja, Brażil, Ekwador, Gujana, Gujana Franċiża, Gwatemala, Ħonduras, Kolombja, Kosta Rika, Nikaragwa, Panama, Paragwaj, Peru, Surinam u Venezwela.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Monodelphini
- Ġeneru Micoureus
- Opossum ġurdien sufi ta' Alston, Micoureus alstoni
- Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda, Micoureus constantiae
- Opossum ġurdien sufi tal-pil twil, Micoureus demerarae
- Opossum ġurdien sufi ta' Tate, Micoureus paraguayanus
- Opossum ġurdien sufi żgħir, Micoureus phaeus
- Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien, Micoureus regina
- Ġeneru Micoureus
- Tribù Monodelphini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.
Ħoloq/Linkijiet Esterni
immodifika- New World Marsupial Specialist Group 1996.Micoureus alstoni In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Micoureus constantinae In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Micoureus demerarae In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Micoureus regina In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Infonatura, sit b' informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel inklużi il-marsupjali tal-ġeneru Micoureus.