Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien

(Rindirizzat minn Micoureus regina)

L-Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien magħruf xjentifikament bħala Micoureus regina, huwa wieħed minn 6 speċi ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinenti Amerikani u mifrux fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Micoureus
(Lesson,1842)
Isem binominali
Micoureus regina
(Thomas, 1898)
Sottospeċi
Firxa ta' l-Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien Micoureus regina

L-Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien, huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix mal-art) u l-quċċata ta' l-attività tiegħu tkun matul il-lejl (notturna). Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f' dawk subtropikali u tropikali xotti.

Micoureus regina huwa mammiferu marsupjal b' dieta omnivora. Din tikkonsisti prinċipalment minn frott, varjeta ta' insetti u żrieragħ, għalkemm bajd, annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn, bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jintieklu ukoll.

Distribuzzjoni

immodifika

L-Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien għandu distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fl-Amerika ċentrali u fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux mal-Bolivja, Ekwador, Kolombja u Peru

Referenzi

immodifika

Ħoloq Esterni

immodifika