Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda
L-Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda magħruf xjentifikament bħala Micoureus constantiae, huwa wieħed minn 6 speċijiet ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinenti Amerikani u mifrux fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Micoureus (Lesson,1842) |
Isem binominali | |
Micoureus constantiae (Thomas, 1904) | |
Firxa ta' l-Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda Micoureus constantiae |
L-Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda, huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix mal-art) u l-quċċata tal-attività tiegħu tkun matul il-lejl (notturna). Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'dawk subtropikali u tropikali xotti.
Dieta
immodifikaMicoureus constantiae huwa mammiferu marsupjal b' dieta omnivora. Din tikkonsisti prinċipalment minn frott, żrieragħ u varjeta ta' insetti, għalkemm annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jintieklu kull meta tinqala l-okkażżjoni.
Distribuzzjoni
immodifikaL-Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda għandu distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fl-Amerika ċentrali u fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fl-Arġentina, Brażil u l-Kolombja.
Klassifikazzjoni
immodifikaReferenzi
immodifika- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.
Ħoloq/Linkijiet Esterni
immodifika- New World Marsupial Specialist Group 1996.Micoureus cinstantiae In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Infonatura, sit b' informazjoni dwar il-fawna tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel inkluż il-marsupjal Micoureus constantinae.