Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda

(Rindirizzat minn Micoureus constantiae)

L-Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda magħruf xjentifikament bħala Micoureus constantiae, huwa wieħed minn 6 speċijiet ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinenti Amerikani u mifrux fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Micoureus
(Lesson,1842)
Isem binominali
Micoureus constantiae
(Thomas, 1904)
Firxa ta' l-Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda Micoureus constantiae

L-Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda, huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix mal-art) u l-quċċata tal-attività tiegħu tkun matul il-lejl (notturna). Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'dawk subtropikali u tropikali xotti.

Micoureus constantiae huwa mammiferu marsupjal b' dieta omnivora. Din tikkonsisti prinċipalment minn frott, żrieragħ u varjeta ta' insetti, għalkemm annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jintieklu kull meta tinqala l-okkażżjoni.

Distribuzzjoni

immodifika

L-Opossum ġurdien sufi ta' żaqqu bajda għandu distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fl-Amerika ċentrali u fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fl-Arġentina, Brażil u l-Kolombja.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq/Linkijiet Esterni

immodifika