Opossum ġurdien sufi żgħir

(Rindirizzat minn Micoureus phaeus)

L-Opossum ġurdien sufi żgħir, magħruf xjentifikament bħala Micoureus phaeus, huwa wieħed minn sitt speċi ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinent Amerikan u mifrux fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Opossum ġurdien sufi ta' żgħir
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill, 1872)
Familja: Didelphidae
(Gray, 1821)
Sottofamilja: Didelphinae
(Gray, 1821)
Ġeneru: Micoureus
(Lesson, 1842)
Speċi: M. phaeus
Isem binominali
Micoureus phaeus
(Thomas, 1899)

Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'dawk subtropikali u tropikali xotti.

Micoureus phaeus huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix mal-art) u l-quċċata tal-attività tiegħu tintlaħaq matul il-lejl. Id-dieta tiegħu hija waħda omnivora. Din tikkonsisti prinċiparjament minn frott u varjetà ta' insetti, għalkemm bajd tal-għasafar, annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jittieklu kull meta tinqala' l-opportunità.

Dan l-opossum jinsab fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsab mifrux fil-Kolombja biss u b'hekk huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika
  • Infonatura, sit b'informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel